<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-115/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0115</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:240">EU:C:2018:240</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Kokott – Kawża C‑115/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Administration Des Dounes et Droits Indirects u Franceagrimer</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fit‑<DATE ISO="20180412">12 ta’ April 2018</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑115/17</HT></P><P>Administration des douanes et droits indirects</P><P>u</P><P>Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)</P><P>vs</P><P>Hubert Clergeau <HT TYPE="ITALIC">et</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il‑Qorti tal-Kassazzjoni, Franza))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli</KEYWORD><KEYWORD>It-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ ċanga u vitella bla għadma</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni miksuba permezz ta’ manuvri jew dikjarazzjonijiet foloz li jikkonċernaw in-natura tal-oġġetti esportati</KEYWORD><KEYWORD>Oġġetti li, fid-data li fiha ġew ssottomessi d-dikjarazzjonijiet foloz, ma kinux jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni, iżda li sussegwentement ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha wara emenda fil-leġiżlazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Tista’ tiġi ssanzjonata persuna li, permezz ta’ dikjarazzjoni falza dwar l-oġġetti esportati minnha tkun kisbet, b’mod frawdolenti, appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, jekk l-oġġetti li effettivament ġew esportati fiż-żmien li fih twettaq il-ksur ma kinux eliġibbli, iżda saru eliġibbli wara emenda fid-dispożizzjonijiet rilevanti wara t-twettiq tal-ksur?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tistħarreġ din il-problema fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tagħha huwa stabbilit il-prinċipju ta’ applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli (<HT TYPE="ITALIC">lex mitior</HT>), dritt fundamentali ta’ sinjifikat prattiku sostanzjali u li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet adita kemm-il darba bl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>F’dan ir-rigward, għandha tissemma partikolarment is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050503">3 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:270">EU:C:2005:270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara, barra minn hekk, speċifikament fir-rigward tal-leġiżlazzjoni dwar l-agrikoltura, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040701">1 ta’ Lulju 2004</DATE>, <NAME.CASE>Gerken</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑295/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:400">EU:C:2004:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Campina</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:154">EU:C:2007:154</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121004">4 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Société ED et F Man Alcohols</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑669/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:618">EU:C:2012:618</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fl-isfond ta’ dan il-każ hemm skandlu tal-laħam fuq skala kbira li kien hemm diversi dibattiti fuqu anki fi Franza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>B’dan il-mod, fit‑<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE> fil-gazzetta <HT TYPE="ITALIC">Sud Ouest</HT>, Pierre-Marie Lemaire rrapporta taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Clergeau: tambouille et carambouille<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>vaste escroquerie présumée aux fonds agricoles européens<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></NOTE>. L-imputati tal-kawża prinċipali ssottomettew jew kienu kompliċi fis-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet foloz lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ ċanga u vitella intiża għall-esportazzjoni lejn Stati terzi. B’hekk, l-impriża li għaliha kienu jaħdmu l-imputati kisbet appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni fil-forma ta’ ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċanga u vitella, għalkemm f’dak iż-żmien ma kinux previsti sussidji, iffinanzjati mill-kontribwenti Ewropej, fuq l-esportazzjoni ta’ dak it-tip ta’ biċċiet ta’ laħam. Huwa biss fi stadju sussegwenti li dan it-tip ta’ laħam sar eliġibbli għal appoġġ Ewropew bħala riżultat ta’ emenda fil-leġiżlazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Hija proprju din l-emenda sussegwenti fil-leġiżlazzjoni li qegħdin jinvokaw l-imputati sabiex jitolbu impunità. Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jisħqu li d-dikjarazzjoni falza li saret dak iż-żmien dwar il-biċċiet tal-laħam inkwistjoni kienet u tibqa’ dikjarazzjoni falza li għandha tiġi ssanzjonata, irrispettivament minn jekk ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni korrispondenti dwar l-appoġġ ġewx sadanittant emendati jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Bis-sentenza tagħha f’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tipprovdi kontribuzzjoni importanti għall-ġestjoni prattika tal-mekkaniżmi ta’ sanzjonijiet, li bihom għandhom jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 325 TFUE fuq il-livell tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku tal-Unjoni ta’ dan il-każ fil-qofol tiegħu huwa stabbilit mill-Artikolu 49(1) tal-Karta. Barra minn hekk, għandu jsir riferiment għall-Artikolu 4(3) TUE u għall-Artikolu 325(1) TFUE kif ukoll għar-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit <HT TYPE="ITALIC">ġenerali</HT> tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, (KEE) Nru 1964/82<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l‑<DATE ISO="19820720">20 ta’ Lulju 1982</DATE> li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 5, p. 146).</P></NOTE>, (KE) Nru 2469/97<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2469/97 tal‑<DATE ISO="19971211">11 ta’ Diċembru 1997</DATE> li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1964/82 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ rifużjonijiet speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti qatgħat ta’ laħam bl-għadma ta’ l-annimali bovina, (KEE) Nru 3846/87 li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifondi fuq l-esportazzjoni u (KE) Nru 1445/95 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji għall-importazzjoni u l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 22, p. 125).</P></NOTE> u (KE) Nru 1359/2007<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1359/2007 tal‑<DATE ISO="20071121">21 ta’ Novembru 2007</DATE> li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 304, p. 21</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat‑<DATE ISO="19951218">18 ta’ Diċembru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).</P></NOTE>, li ssemma minn uħud mill-partijiet fil-kawża, ma huwiex ta’ rilevanza għaliex jirrigwarda biss sanzjonijiet amministrattivi, iżda mhux kriminali, intiżi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt primarju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-legalità tal-pieni huwa stabbilit fl-Artikolu 49(1) tal-Karta u jipprovdi hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-ebda persuna m’għandha tiġi kkundannata għal xi att jew ommissjoni li, fiż-żmien meta sar jew saret, ma kienx jew ma kenitx reat skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi internazzjonali. Lanqas m’għandha tingħata piena akbar minn dik li kienet applikabbli fiż-żmien meta twettaq ir-reat. Jekk wara li twettaq ir-reat, il-liġi tipprovdi għal piena inqas, dik il-piena għandha tkun applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri huwa espress fl-Artikolu 4(3) TUE:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Skond il-prinċipju tal-koperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f’rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.</P><P>L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jitwettqu.</P><P>L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’ periklu l-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-Artikolu 325(1) TFUE wieħed isib id-dispożizzjoni li ġejja dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkumbattu l-frodi u l-attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni permezz ta’ miżuri, li jittieħdu skond dan l-Artikolu u li jservu ta’ deterrent kif ukoll li jkunu tali li joffru protezzjoni effettiva fl-Istati Membri, kif ukoll fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt sekondarju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 966/2012 jistipula r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, l-Artikolu 59(2) tal-imsemmi regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="059.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jkunu qed iwettqu l-kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi dawk leġislattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġiferi:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jipprevjenu, isibu u jikkoreġu irregolaritajiet u frodi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>Biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità, u f’konformità ma’ dan l-Artikolu, u r-regoli rilevanti speċifiċi għas-settur, iwettqu kontrolli <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> inkluż, fejn xieraq, kontrolli fuq il-post fuq kampjuni rappreżentattivi u/jew ibbażati fuq ir-riskju ta’ tranżazzjonijiet. Għandhom ukoll jirkupraw fondi li ma kellhomx jitħallsu u jressqu proċedimenti legali jekk meħtieġ f’dan ir-rigward.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jimponu penali effettivi, dissważivi u proporzjonati fuq ir-riċevituri fejn stipulat fir-regoli speċifiċi għas-setturi u f’dispożizzjonijiet speċifiċi fil-leġislazzjoni nazzjonali.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella bla għadma</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ ċanga u vitella bla għadma mill-Unjoni lejn Stati terzi ġew emendati bosta drabi matul is-snin. Inizjalment dawn kienu stipulati fir-Regolament Nru 1964/82, imbagħad ġew emendati bir-Regolament Nru 2469/97 u finalment ġew riprodotti f’verżjoni kkodifikata fir-Regolament Nru 1359/2007.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-verżjoni inizjali tar-Regolament Nru 1964/82</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1964/82 inizjalment kien jipprevedi din id-dispożizzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Qatgħat bla għadam minn robbi warranija friski jew imkessħa ta’ bhejjem adulti maskili imgeżwer individwalment għandhom, meta t-termini ta’ dan ir-Regolament jiġu osservati, jikkwalifikaw għal rifużjoni speċjali ta’ l-esportazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tar-Regolament Nru 1964/82 tipprovdi tagħrif dwar il-kuntest tal-imsemmija dispożizzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Billi, minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-intenzjoni li jinbiegħu [l-opportunitajiet ta’ bejgħ ta’] ċerti prodotti fis-settur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit; billi, b’mod partikolari, kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti qatgħat ta’ laħam li jsiru bid-dissussar tar-robbi warranija ta’ bhejjem maskili;<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-verżjoni emendata tar-Regolament Nru 1964/82</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Lejn l-aħħar tal‑1997, ġiet adottata verżjoni ġdida tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1964/82:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara [friski jew imkessħa] ta’ qobla maskili adulti b’medja ta’ kontenut ta’ dgħif tal-laħam ta’ 55 % jew aktar għandu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għal rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-verżjoni tal-aħħar tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1964/82 ġiet introdotta permezz tar-Regolament Nru 2469/97. Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 2469/97 kien irregolat fl-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid‑<DATE ISO="19980119">19 ta’ Jannar 1998</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Għandu japplika għal operazzjonijiet li dwarhom [hija aċċettata] id-dikjarazzjoni li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 3(1) jew dik li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KEE) Nru 3665/87, akkumpanjata b’liċenzja ta’ l-esportazzjoni maħruġa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tar-Regolament Nru 2469/97 tipprovdi tagħrif dwar ir-raġunijiet għad-dispożizzjoni l-ġdida introdotta permezz ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Billi, b’segwiment ta’ l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż matul il-Laqgħa ta’ l-Urugwaj ta’ Negozjati ta’ Kummerċ Multilaterali, arranġamenti għandhom jiddaħħlu li jippermettu miri aħjar għall-prodotti taċ-ċanga u l-vitella li dwarhom għandha tingħata preferenza għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi; billi l-introduzzjoni ta’ rifondi speċjali għal qatgħat bl-għadam [bla għadam] mill-kwarti ta’ quddiem ta’ qobla maskili adulti għandhom iwasslu biex jintlaħaq dak l-objettiv; billi l-arranġamenti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KEE) Nru 1964/82 għandhom għalhekk jiġu estiżi għal dawk il-prodotti;<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1359/2007</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Illum il-ġurnata, l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1359/2007 japplika, u huwa fformultat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Qatgħat bla għadam mill-kwarti ta’ quddiem u l-kwarti ta’ wara friski jew iffriżati [imkessħa] ta’ qobla maskili adulti b’medja ta’ kontenut ta’ dgħif tal-laħam ta’ 55 % jew aktar għandu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, jikkwalifikaw għal rifondi speċjali ta’ l-esportazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikoli 11 u 12 tiegħu, ir-Regolament Nru 1359/2007 daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20080101">1 ta’ Jannar 2008</DATE> u b’effett minn dak il-jum ħassar ir-Regolament Nru 1964/82. Kif jista’ jiġi dedott mill-premessa 1 tiegħu, dan iservi għall-kodifikazzjoni tal-bosta emendi li saru fir-rigward tar-regolament tal-aħħar, għall-finijiet ta’ iktar ċarezza u razzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 3 tar-Regolament Nru 1359/2007:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Minħabba s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-intenzjoni li jinbiegħu ċerti prodotti fis-settur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-ħlas tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq dawn il-prodotti għandu jiġi stabbilit. B’mod partikolari, kondizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti għal ċerti qatgħat ta’ laħam li jsiru bid-dissussar tar-robbi ta’ bhejjem maskili.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt nazzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 426 tal-Kodiċi Doganali Franċiż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Code des douanes.</P></NOTE>, li fid-data li twettaq ir-reat diġà kien fis-seħħ, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Bħala importazzjoni jew esportazzjoni mingħajr dikjarazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti jitqiesu:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri li l-iskop tagħhom huwa li jinkiseb, b’mod sħiħ jew parzjali, ħlas lura, eżenzjoni, tnaqqis tal-imposti jew kwalunkwe tip ieħor ta’ vantaġġ b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni, bl-eċċezzjoni ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-kwalità jew l-imballaġġ meta dan il-ksur ma għandux l-għan li jwassal għall-ksib ta’ ħlas lura, eżenzjoni, tnaqqis tal-imposti jew vantaġġ ekonomiku;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-Artikolu 414 tal-Code des douanes (il-Kodiċi Doganali Franċiż), l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti pprojbiti mingħajr dikjarazzjoni hija punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ mhux iktar minn tliet snin u diversi pieni supplimentari ta’ natura patrimonjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Finalment, fl-Artikolu 112‑1 tal-Kodiċi Kriminali Franċiż<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Code pénal.</P></NOTE> huwa stabbilit il-prinċipju tal-legalità tal-pieni kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Huma punibbli biss dawk l-atti li fid-data tat-twettiq tagħhom kienu jikkostitwixxu ksur.</ALINEA><ALINEA>Jistgħu jiġu imposti biss dawk il-pieni li f’dik id-data kienu applikabbli skont il-liġi.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, dispożizzjonijiet ġodda, li huma inqas stretti mid-dispożizzjonijiet preċedenti, huma applikabbli wkoll għall-ksur imwettaq qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom jekk dan ma jkunx wassal għal kundanna li tkun kisbet l-awtorità ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura fil-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Id-disa’ imputati fil-kawża prinċipali qegħdin jiġu akkużati, fi proċedura kriminali quddiem il-qrati Franċiżi, bi ksur doganali, fejn dawn allegatament kienu involuti bħala atturi jew bħala kompliċi. Il-qofol tal-allegazzjoni huwa li, fil-perijodu bejn l‑1987 u l‑1992, l-imputati, permezz ta’ dikjarazzjonijiet doganali foloz u manuvri frawdolenti kisbu iżjed ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella għall-kumpannija Franċiża Clergeau SA<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Kif stqarr il-Gvern Franċiż, hija kkonċernata impriża li hija attiva fix-xiri u fil-bejgħ, fit-trasportazzjoni, fl-importazzjoni u fl-esportazzjoni tal-laħam kif ukoll fil-qasam tal-biċċeriji.</P></NOTE> milli kienet intitolata għalihom din l-impriża skont id-dritt tal-Unjoni fiż-żmien li fih twettaq il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Speċifikament, l-imputati qegħdin jiġu akkużati li b’intenzjoni frawdolenti ddikjaraw ċanga u vitella <HT TYPE="ITALIC">minn kwarti ta’ quddiem</HT> ta’ qobla maskili adulti bħala ċanga u vitella <HT TYPE="ITALIC">minn kwarti ta’ wara</HT>. Madankollu, fil-perijodu inkwistjoni, iċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ quddiem, b’differenza għaċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ wara, kienu għadhom ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar il-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni, iżda ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni biss f’data sussegwenti – fid‑<DATE ISO="19980119">19 ta’ Jannar 1998</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fuq in-naħa tal-Istat Franċiż, il-partijiet fil-proċedura kriminali huma l-Administration des douanes et droits indirects<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-Amministrazzjoni Doganali (Franza).</P></NOTE> (Administration des douanes) kif ukoll, bħala parti ċivili, l-Établissement national des produits de l’Agriculture et de la Mer<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Aġenzija Nazzjonali għal Prodotti Agrikoli u għas-Sajd (Franza).</P></NOTE> (FranceAgriMer). Din tal-aħħar hija responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar sussidji agrikoli u l-kontrolli assoċjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’sentenza tat‑<DATE ISO="20131203">3 ta’ Diċembru 2013</DATE>, it-Tribunal correctionnel de La Rochelle<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Il-Qorti Kriminali ta’ La Rochelle (Franza).</P></NOTE> illiberat l-imputati kollha filwaqt li invokat il-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-piena l-iktar favorevoli, fid-dawl tal-fatt li llum il-ġurnata mhux iċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ wara biss huma eliġibbli għal ħlas lura speċjali fuq l-esportazzjoni kif stabbilit bid-dritt tal-Unjoni, iżda anki dawk minn kwarti ta’<?PAGE NO="7"?> quddiem. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fit-tieni istanza mill-Cour d’appel de Poitiers<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Il-Qorti tal-Appell ta’ Poitiers (Franza).</P></NOTE> b’sentenza tat‑<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE>. Wara li tressqu l-appelli ta’ kassazzjoni mill-Administration des douanes<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>B’mod iktar preċiż, huwa kkonċernat id-Direction nationale du renseignement et des enquètes douanières, dipartiment ta’ investigazzjoni f’materji relatati ma’ frodi doganali.</P></NOTE> u minn FranceAgriMer, il-proċedura kriminali issa hija pendenti quddiem id-Diviżjoni Kriminali tal-Cour de cassation Franċiża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Il-Qorti tal-Kassazzjoni (Franza).</P></NOTE> għall-finijiet ta’ stħarriġ tal-legalità tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’sentenza tat‑<DATE ISO="20161123">23 ta’ Novembru 2016</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda li ġejja għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li persuna tinstab ħatja li kisbet ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni li ma kinux dovuti permezz ta’ manuvri jew dikjarazzjonijiet foloz li jikkonċernaw in-natura tal-oġġetti li fir-rigward tagħhom intalbu l-ħlasijiet lura, meta, permezz ta’ tibdil fil-leġiżlazzjoni li jkun daħal fis-seħħ wara l-akkadut ta’ dawn il-fatti, l-oġġetti li din il-persuna tkun effettivament esportat ikunu saru eliġibbli għal dawn il-ħlasijiet lura?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, il-qorti tar-rinviju spjegat, b’mod supplimentari, li l-imputati tal-kawża prinċipali ġew ipproċessati minħabba s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew minħabba manuvri li, b’mod sħiħ jew parzjali, wasslu għall-ksib ta’ ħlas lura, eżenzjoni, tnaqqis tal-imposti jew għal kwalunkwe tip ieħor ta’ vantaġġ b’rabta mal-esportazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, erbgħa mill-imputati tal-kawża prinċipali ppreżentaw nota komuni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dawn huma l-imputati H. Clergeau, J. Labrousse, A. Bouchet u J. Matrat.</P></NOTE>; barra minn hekk, il-Gvern Franċiż, il-Gvern Grieg u l-Gvern Awstrijak kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Awstrijak, l-istess partijiet fil-proċedura kienu rrappreżentati wkoll fis-seduta tat‑<DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Bit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tat-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta, li tistabbilixxi, fuq il-livell tal-Unjoni, il-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-imputati tal-kawża prinċipali huma mħassba li d-drittijiet tagħhom stabbiliti fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta jistgħu jiġu ssagrifikati għall-finijiet tal-ġlieda l-iktar effettiva kontra l-frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, dan it-tħassib huwa infondat. Huwa ovvju li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ tinkiseb biss b’mezzi li josservaw l-istat tad-dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>F’dan is-sens, ara wkoll is-sentenza reċenti tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għaldaqstant, il-garanzija proċedurali fundamentali stabbilita fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tapplika għal kull min jinżamm responsabbli skont il-liġi kriminali f’sitwazzjoni rregolata mid-dritt tal-Unjoni u ħadd ma jista’ jċaħħad lill-imputati milli jinvokaw id-drittijiet li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni. Madankollu, f’dan il-każ għandu jiġi ċċarat il-kontenut preċiż tal-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-applikabbiltà tat-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51(1) tagħha, f’dan il-każ il-Karta hija applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> peress li l-kwistjoni tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli tqum fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawn huma kompetenti għall-pagament u l-monitoraġġ tal-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni li tagħti l-Unjoni għaċ-ċanga u l-vitella u f’dak ir-rigward għandhom iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inkluż permezz tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ta’ natura effettiva, proporzjonali u dissważiva (Artikolu 4(3) TUE, Artikolu 325(1) TFUE u Artikolu 59(2) tar-Regolament Nru 966/2012)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, fl-istess sens, b’rabta mal-issanzjonar kriminali ta’ irregolaritajiet fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130226">26 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 27 u 28) u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>M.A.S. u M.B.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑42/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:936">EU:C:2017:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-applikazzjoni tat-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta lanqas ma hija prekluża mill-fatt li l-atti li fir-rigward tagħhom hemm prosekuzzjoni mill-ġustizzja Franċiża f’dan il-każ twettqu qabel l‑<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE>, jiġifieri qabel il-jum li fih il-Karta kisbet effett legali vinkolanti u status kostituzzjonali bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ara b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) TUE). Dan għaliex fid-dispożizzjoni tal-Karta li qiegħda tiġi interpretata huwa stabbilit prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni li qabel id-dħul fis-seħħ tagħha diġà kien jirriżulta kemm mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni tal-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050503">3 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:270">EU:C:2005:270</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110428">28 ta’ April 2011</DATE>, <NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:72">EU:C:2012:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> kif ukoll mill-ftehimiet internazzjonali konklużi minn dawn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara, b’mod partikolari, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (li nfetaħ għall-firem fid‑<DATE ISO="19661219">19 ta’ Diċembru 1966</DATE>, UN Treaty Series, Volum 999, p. 171). Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tqis li l-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli huwa inkluż fl-Artikolu 7 tal-KEDB; ara s-sentenza tal-Awla Manja tal-Qorti EDB tas‑<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Scoppola vs L-Italja (Nru 2) (Rikors Nru 10249/03, CE:ECHR:2009:0917JUD001024903, punti 108 u 109).</P></NOTE>, u kien ġie rrikonoxxut kemm-il darba mill-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-interazzjoni ta’ dispożizzjonijiet kriminali u dispożizzjonijiet mhux kriminali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Id-diffikultajiet partikolari li qiegħda taffaċċja l-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza) f’dan il-każ fir-rigward tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmi prinċipju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>B’mod marġinali biss ninnota li fit‑<DATE ISO="20161118">18 ta’ Novembru 2016</DATE>, jiġifieri ftit jiem biss qabel it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa f’dan il-każ, is-seduta plenarja tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) kienet adita bi kwistjoni simili dwar il-prinċipju tad-dritt tal-Unjoni tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli, madankollu mingħajr ma rrinvijat il-kawża deċiża f’dak iż-żmien quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE (sentenza Nru 15‑21.438, ECLI:FR:CCASS:2016:AP00630).</P></NOTE> fl-aħħar mill-aħħar ġejjin mill-interazzjoni bejn dispożizzjoni kriminali u dispożizzjoni mhux kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni kriminali, inkwantu tali, hija inkluża fid-dritt nazzjonali u hija limitata għall-penalizzazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet foloz u manuvri frawdolenti li għandhom l-għan jew l-effett li jinkiseb vantaġġ ekonomiku indebitu waqt l-importazzjoni jew l-esportazzjoni (il-punt 4 tal-Artikolu 426 tal-Kodiċi Doganali Franċiż). Madankollu, x’jikkostitwixxi tali vantaġġ finanzjarju indebitu jista’ jiġi dedott biss minn dispożizzjoni mhux kriminali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-agrikoltura jew fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċ barrani – f’dan il-każ mir-regoli dwar il-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Filwaqt li d-dispożizzjoni kriminali fil-punt 4 tal-Artikolu 426 tal-Kodiċi Doganali Franċiż ma ġietx emendata, id-dispożizzjoni mhux kriminali tad-dritt tal-Unjoni nbidlet matul iż-żmien: fil-fatt, filwaqt li inizjalment skont l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1964/82 iċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ wara biss kienu eliġibbli għal ħlas lura speċjali fuq l-esportazzjoni, b’riżultat tal-emendi li daħlu fis-seħħ permezz tar-Regolament Nru 2469/97 mid‑<DATE ISO="19980119">19 ta’ Jannar 1998</DATE> saru eliġibbli wkoll iċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ quddiem; is-sitwazzjoni legali ta’ din tal-aħħar imbagħad ġiet ikkodifikata fl-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1359/2007 u għadha tapplika sal-lum.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jista’ wieħed isostni li daħlet fis-seħħ liġi kriminali iktar moderata jekk tkun ġiet emendata biss id-dispożizzjoni mhux kriminali – hawnhekk dik dwar l-eliġibbiltà ta’ ċerti oġġetti għall-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni li jingħataw mill-Unjoni –, filwaqt li d-dispożizzjoni ġenwinament kriminali – f’dan il-każ, dik li tirrendi kriminali dikjarazzjonijiet foloz u manuvri – baqgħet l-istess? Din hija essenzjalment id-domanda li biha hija kkonfrontata l-Qorti tal-Ġustizzja f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta ser nirrikorri għas-sens u l-iskop tal-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sens u l-iskop tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ liġijiet kriminali iktar favorevoli suċċessivi tikkostitwixxi eċċezzjoni mill-prinċipju fundamentali tal-legalità tal-pieni (<HT TYPE="ITALIC">nullum crimen, nulla poena sine lege</HT>), peress li tinvolvi l-applikazzjoni retroattiva ta’ dispożizzjoni differenti minn dik li kienet fis-seħħ fid-data tal-fatti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:624">EU:C:2004:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0159">159</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:552">EU:C:2011:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, din l-eċċezzjoni hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ ekwità<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:624">EU:C:2004:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0160">160</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:552">EU:C:2011:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-applikazzjoni retroattiva ta’ liġijiet kriminali iktar favorevoli hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li imputat ma għandux jiġi kkundannat għal aġir li, skont l-opinjoni (riveduta) tal-leġiżlatur, ma għadux punibbli fil-mument tal-proċeduri kriminali. Għalhekk, l-evalwazzjonijiet riveduti tal-leġiżlatur għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-imputat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawżi magħquda <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Berlusconi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑387/02, C‑391/02 u C‑403/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:624">EU:C:2004:624</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0161">161</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:552">EU:C:2011:552</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); ara wkoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ ma kien hemm l-ebda emenda fl-evalwazzjoni tal-leġiżlatur dwar il-punibbiltà tal-aġir tal-imputati fil-kawża prinċipali, la fuq il-livell tal-Unjoni u lanqas fuq il-livell nazzjonali. Dan l-aspett ġie enfasizzat ġustament, fost l-oħrajn mir-Repubblika ta’ Franza u mir-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri li għandhom bħala għan jew bħala effett li jinkisbu vantaġġi ekonomiċi indebiti b’rabta mal-importazzjoni jew mal-esportazzjoni kienu punibbli fid-data tal-fatti u għadhom punibbli bl-istess mod sal-ġurnata tal-lum, b’mod partikolari għall-finijiet tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-leġiżlatur, kemm fuq il-livell tal-Unjoni kif ukoll fuq il-livell nazzjonali, fl-ebda mument ma kellu l-intenzjoni li jirrendi dawn il-manuvri mhux punibbli jew li jnaqqas, b’xi mod jew ieħor, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>L-emendi fil-liġi li saru fuq il-livell tal-Unjoni b’rabta mal-għoti ta’ ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċanga u vitella pjuttost kienu intiżi għall-adattament tad-dispożizzjonijiet agrikoli rilevanti maċ-ċirkustanzi tas-suq li kienu qed jinbidlu, partikolarment ma’ sitwazzjoni differenti fis-suq globali b’konsegwenza tan-negozjati tal-WTO taċ-Ċiklu tal-Urugwaj<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-premessa 2 tar-Regolament Nru 2469/97 u l-premessa 3 tar-Regolament Nru 1359/2007 kif ukoll, b’mod supplimentari għar-regola inizjali, il-premessa 2 tar-Regolament Nru 1964/82. Minn dawn joħroġ biċ-ċar li, għat-tfassil speċifiku tal-kundizzjonijiet applikabbli fi kwalunkwe mument għall-għoti ta’ ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella, kienu deċiżivi s-sitwazzjoni tas-suq, is-sitwazzjoni ekonomika fis-settur taċ-ċanga u l-vitella u l-opportunitajiet ta’ bejgħ.</P></NOTE>. Għaldaqstant dan il-bdil kien evalwazzjoni ġdida ta’ natura purament ekonomika u mhux evalwazzjoni ġdida, min-naħa tal-awtoritajiet politiċi kompetenti fl-Unjoni, tal-punibbiltà ta’ ċertu aġir.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Is-sempliċi fatt li fil-preżent tapplika regola iktar favorevoli fir-rigward tal-għoti ta’ ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni, li tkopri ċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ quddiem <HT TYPE="ITALIC">u</HT> ta’ wara, bl-ebda mod ma tippermetti l-konklużjoni li l-leġiżlatur retroattivament qies li r-regola applikabbli preċedentement, li kienet tapplika biss għaċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ wara, kienet wisq stretta jew wisq restrittiva. Kif jenfasizzaw ġustament il-qorti tar-rinviju u l-Kummissjoni, sitwazzjonijiet tas-suq differenti fi żminijiet differenti, jistgħu jitolbu, kull waħda minnhom, regoli differenti rigward l-eliġibbiltà ta’ esportazzjonijiet agrikoli mill-Unjoni lejn Stati terzi. Huma eliġibbli għal tali appoġġ biss dawk il-persuni li l-prodotti tagħhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet applikabbli fil-perijodu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward dan il-każ huwa simili għal-leġiżlazzjoni fiskali: f’dak il-qasam ukoll jistgħu jinbidlu minn sena għal sena d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali materjali li għandhom jiġu osservati mill-persuni taxxabbli. Min ikun evada taxxa speċifika fl‑2017 u b’hekk ikun kiseb vantaġġ ekonomiku ma jistax jaħrab il-prosekuzzjoni kriminali tiegħu billi jirreferi għall-abolizzjoni tat-taxxa inkwistjoni, għat-tnaqqis tar-rata tat-taxxa applikabbli jew għall-fatt li eżenzjonijiet fiskali iktar ġenerużi ġew previsti mis-sena 2018 ’il quddiem. L-att tal-evażjoni tat-taxxa huwa u jibqa’ punibbli għal dak il-perijodu li fih kienet dovuta t-taxxa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Paralleli mal-kawża Paoletti et</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Kif enfasizzaw ġustament uħud mill-partijiet fil-proċedura, dan il-każ għandu ċerti paralleli mal-kawża Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dak il-każ kien ikkonċernat ir-reat kriminali ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz. Fil-fehma tal-Qorti tal-Ġustizzja, tibqa’ l-possibbiltà ta’ prosekuzzjoni għal dan ir-reat kriminali anki jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiż terz inkwistjoni, sadanittant, kisbu l-istatus ta’ ċittadini tal-Unjoni permezz tal-adeżjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tagħhom mal-Unjoni. Dan l-akkwist taċ-ċittadinanza tal-Unjoni jikkostitwixxi sitwazzjoni ta’ fatt li ma hijiex tali li tibdel l-elementi kostituttivi tar-reat kriminali ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni illegali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ikolli nammetti li bejn dan il-każ u l-kawża Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT> teżisti d-differenza li f’dak il-każ kien hemm tibdil fis-sitwazzjoni ta’ fatt (l-akkwist tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni mill-persuni kkonċernati) filwaqt li hawnhekk inbidel fatt ta’ liġi (l-eliġibbiltà taċ-ċanga u l-vitella minn kwarti ta’ quddiem). Madankollu, il-punt deċiżiv huwa li fiż-żewġ każijiet inbidlu biss <HT TYPE="ITALIC">sitwazzjonijiet mhux kriminali</HT> filwaqt li l-<HT TYPE="ITALIC">punibbiltà</HT> tal-aġir inkriminanti (fil-kawża Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, għajnuna għall-immigrazzjoni illegali, u hawnhekk dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri mwettqa b’intenzjoni frawdolenti fl-esportazzjoni ta’ oġġetti) baqgħet l-istess u ma kinitx is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Kif josservaw ġustament Franza u l-Awstrija, jekk wieħed iqis li anki l-emenda f’sitwazzjonijiet mhux kriminali bħal dawn hija biżżejjed għall-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli, dan prattikament ikun ta’ inċentiv għal manuvri frawdolenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara wkoll is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Pereżempju, jekk ikun hemm indikazzjoni li fil-futur qrib mhux il-laħam minn kwarti ta’ wara biss iżda anki l-laħam minn kwarti ta’ quddiem ser igawdu minn ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni taċ-ċanga u l-vitella, allura din tista’ twassal għal żieda fit-tentazzjoni għall-operaturi ekonomiċi biex sa minn qabel jibdew jiddikjaraw b’mod falz il-laħam minn kwarti ta’ quddiem li jiġi esportat u sussegwentement jinvokaw l-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-ħsieb nobbli sottostanti għall-prinċipju stabbilit fit-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta jkollu l-effett oppost.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni intermedja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Għalhekk, kollox ma’ kollox, il-prinċipju tal-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli (it-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta) ma jipprekludix l-issanzjonar ta’ persuna li, permezz ta’ manuvri jew dikjarazzjonijiet foloz dwar it-tip ta’ oġġetti ddikjarata għal ħlas lura speċjali fuq l-esportazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni kisbet jew fittxet li tikseb vantaġġ indebitu, sakemm fil-mument ta’ dawn il-manuvri jew dikjarazzjonijiet l-oġġetti li effettivament ġew esportati ma kinux eliġibbli għall-ħlasijiet lura u kien biss permezz ta’ emenda fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkun daħlet fis-seħħ wara s-seħħ tal-fatti li l-imsemmija oġġetti saru eliġibbli għall-ħlasijiet lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kummenti addizzjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Purament għal raġunijiet ta’ kompletezza, ser nindirizza, biex nagħlaq, żewġ aspetti li ġew diskussi b’mod marġinali mal-partijiet fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-vantaġġ ekonomiku mfittex</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-ewwel wieħed minn dawn iż-żewġ aspetti jirrigwarda l-vantaġġ ekonomiku (jiġifieri, il-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni) li l-imputati allegatament kisbu b’mod indebitu għall-impriża li għaliha kienu jaħdmu, permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew manuvri fil-kuntest tal-esportazzjoni ta’ prodotti taċ-ċanga u l-vitella.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta, għandha ssir distinzjoni, għall-evalwazzjoni tal-każ ineżami, skont jekk l-imputati tal-kawża prinċipali humiex suġġetti għal prosekuzzjoni kriminali minħabba li effettivament kisbu tali vantaġġ ekonomiku indebitu għall-impriża tagħhom, jew biss talli wettqu manuvri frawdolenti sabiex jiksbu tali vantaġġ?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma hemmx lok li ssir tali distinzjoni. Fil-fatt, il-kwistjoni dwar jekk impriża hijiex intitolata taħt il-liġi għal ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti mill-Unjoni lejn Stat terz, minnha nnifisha ma għandhiex x’taqsam mal-punibbiltà tal-aġir tal-impjegati tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Kif ikkonfermat b’mod espliċitu l-qorti tar-rinviju meta ġiet mistoqsija mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-imputati tal-kawża prinċipali huma suġġetti għal prosekuzzjoni kriminali minħabba l-fatt li ssottomettew dikjarazzjonijiet foloz u wettqu manuvri bl-intenzjoni frawdolenti li jiksbu tali ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-dikjarazzjoni skorretta ta’ laħam iffriżat bħala laħam frisk jew imkessaħ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>It-tieni aspett jirrigwarda l-indikazzjoni fit-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa li l-imputati tal-kawża prinċipali mhux biss għamlu dikjarazzjonijiet foloz dwar jekk iċ-ċanga u l-vitella li għalihom riedu jirċievu ħlas lura speċjali fuq l-esportazzjoni kinux joriġinaw minn kwarti ta’ quddiem jew ta’ wara, iżda, barra minn hekk, b’intenzjoni frawdolenti, iddikjaraw ukoll ċanga u vitella <HT TYPE="ITALIC">ffriżati</HT> bħala ċanga u vitella <HT TYPE="ITALIC">friski</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">imkessħin</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Id-distinzjoni bejn ċanga u vitella friski jew imkessħin, minn naħa, u ċanga u vitella ffriżati, min-naħa l-oħra, hija ta’ rilevanza kunsiderevoli fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ oġġetti mill-fruntieri doganali tal-Unjoni, kif turi b’mod partikolari ħarsa lejn in-Nomenklatura Magħquda: il-kodiċi NM 0201 jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, frisk jew imkessaħ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> filwaqt li l-kodiċi NM 0202 jirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Laħam ta’ annimali ta’ l-ifrat, friżat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 tas‑<DATE ISO="19871217">17 ta’ Diċembru 1987</DATE> li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni ta’ l-esportazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 7, p. 325) jirreferi espliċitament għal dawn il-kodiċi NM.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Din iċ-ċirkustanza, li l-qorti tar-rinviju fl-ebda parti ma tidħol iktar fil-fond fiha, ma tidhirx li kienet determinanti għall-finijiet tad-domanda preliminari tagħha. Għaldaqstant, din iċ-ċirkustanza lanqas ma hija s-suġġett ta’ stħarriġ legali iktar iddettaljat f’dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ser nillimita ruħi biex ninnota li d-dritt tal-Unjoni applikabbli kien kostanti sa fejn dejjem kienu eliġibbli għall-ħlasijiet lura speċjali fuq l-esportazzjoni inkwistjoni ċ-ċanga u l-vitella friski jew imkessħin, iżda qatt dawk iffriżati. Għaldaqstant, l-imputati tal-kawża prinċipali mill-bidu nett ma jistgħux jinvokaw l-applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali l-iktar favorevoli fis-sens tat-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta f’dak li għandu x’jaqsam mar-responsabbiltà kriminali tagħhom għall-eventwali dikjarazzjonijiet foloz li dawn għamlu fir-rigward tal-livell ta’ freskezza tal-biċċiet tal-laħam inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti r-risposta segwenti għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Franza):</TXT><P>It-tielet sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix l-issanzjonar ta’ persuna li, permezz ta’ manuvri jew dikjarazzjonijiet foloz dwar in-natura tal-oġġetti fir-rigward ta’ liema hija talbet ħlas lura speċjali fuq l-esportazzjoni skont id-dritt tal-Unjoni, kisbet jew fittxet li tikseb vantaġġ indebitu, sakemm fil-mument ta’ dawn il-manuvri jew dikjarazzjonijiet l-oġġetti li effettivament ġew esportati ma kinux eliġibbli għall-ħlasijiet lura u kien biss permezz ta’ emenda fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tkun daħlet fis-seħħ wara s-seħħ tal-fatti li l-imsemmija oġġetti saru eliġibbli għall-ħlasijiet lura.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>