KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
SAUGMANDSGAARD ØE
ppreżentati fil-5 ta’ Ottubru 2016 ( 1 )
Kawża C‑430/15
Secretary of State for Work and Pensions
vs
L. Tolley (mejta, li qed taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà (element tad-dipendenza) — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikolu 1(a) — Kunċett ta’ ‘ħaddiem impjegat jew persuna li taħdem għal rasha’ — Artikolu 4(1)(a) — Benefiċċju tal-mard fi flus kontanti — Artikolu 13(2)(f) — Liġi applikabbli — Artikolu 22(1)(b) u (2) — Natura esportabbli — Nuqqas ta’ awtorizzazzjoni minn qabel”
I – Introduzzjoni
|
1. |
L. Tolley, ċittadina Brittanika, meta kienet tirrisjedi fir-Renju Unit, kienet bdiet tirċievi element tad-dipendenza tad-Disability Living Allowance (allowance ta’ sussistenza għal persuni b’diżabbiltà, iktar ’il quddiem id-“DLA”). Dan il-benefiċċju ngħatalha għal żmien mhux iddeterminat. Ħames snin wara t-trasferiment tar-residenza tal-persuna kkonċernata lejn Spanja, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ċaħduha mid-dritt li tkompli tirċievi l-imsemmi benefiċċju mid-data ta’ dan it-trasferiment, minħabba l-fatt li l-kundizzjoni ta’ residenza prevista għal dan ma kinitx issodisfatta. Is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit), titlob essenzjalment lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix tali kundizzjoni ta’ residenza. |
II – Il-kuntest ġuridiku
A – Id-dritt tal-Unjoni
|
2. |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ( 2 ) ġie ssostitwit bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 3 ), li sar applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2010. Madankollu, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data tal-fatti tal-kawża prinċipali ( 4 ), dan jibqa’ rregolat bir-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament (KE) Nru 118/97 ( 5 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 ( 6 ) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1408/71”). |
|
3. |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi: “Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament:
[…]” |
|
4. |
L-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi li “[d]an ir-Regolament għandu japplika għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta’ nazzjonalità ta’ wieħed mill-Istati Membri jew li huma persuni bla stat jew refuġjati li jgħixu ġewwa t-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom jew is-sopravissuti tagħhom”. |
|
5. |
L-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament jistabbilixxi li: “1. Dan ir-Regolament jkun japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-friegħi segwenti tas-sigurtà soċjali:
[…]” |
|
6. |
L-Artikolu 10 tal-istess regolament, intitolat “Tneħħija tal-klawsoli ta’ residenza”, jipprovdi fil-paragrafu (1) tiegħu li, “[b]arra fejn hu pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament il-benefiċċji għall-invalidità, għax-xjuħija u għall-ħlas tas-superstiti, il-pensjoni għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard u l-mewt okkupazzjonali akkwistati taħt il-leġislazzjoni ta’ wieħed jew iktar Stati Membri ma jkunu suġġetti għall-ebda tnaqqis, modifika, sospensjoni, tneħħija jew konfiska minħabba l-fatt li r-reċipjent jabita fit-territorju ta’ Stat membru għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas”. |
|
7. |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi li “[b]la ħsara għall-Artikoli 14ċ u 14f, persuni li għalihom japplika dan ir-regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu”. |
|
8. |
L-Artikolu 13(2)(a) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li, suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17 tal-imsemmi regolament, “persuna impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat […]”. |
|
9. |
L-Artikolu 13(2)(f) tal-imsemmi regolament jipprovdi li “persuna li għaliha tispiċċa li tkun valida il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, mingħajr ma ssir applikabbli għaliha leġislazzjoni ta’ Stat ieħor skond waħda mir-regoli stipulata fis-sottoparagrafi li għaddew jew skond waħda mill-eċċezzjonijiet jew dispożizzjonijiet speċjali stipulati fl-Artikoli 14 u 17 tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tabita skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni biss”. |
|
10. |
L-Artikolu 19(1) tal-imsemmi regolament, li jidher taħt it-Taqsima 2, intitolata “Persuni impjegati jew jaħdmu għal rashom u membri tal-familji tagħhom”, tal-Kapitolu 1, dwar il-mard u l-maternità, tat-Titolu III tagħha “Dispożizzjonijiet speċjali dwar id-diversi kategoriji ta’ benefiċċji”, jistabilixxi: “Persuna impjegata jew taħdem għal rasha li tabita fit-territorju ta’ Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti, li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti għall-intitolar tal-benefiċċji, waqt li tieħu inkonsiderazzjoni fejn hemm bżonn tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18, tirċievi fl-Istat li qiegħda tabita: […]
|
|
11. |
L-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 1408/71, li jidher taħt l-istess taqsima, jipprovdi kif ġej: “Persuna impjegata jew li taħdem għal rasha li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ l-Istat kompetenti għall-intitolar tal-benefiċċji, billi tieħu inkonsiderazzjoni fejn suppost tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18, u: […]
[…] tkun intitolata: […]
|
|
12. |
Skont it-termini tal-Anness I (intitolat “Persuni koperti mir-Regolament”), punt I, Titolu “Ir-Renju Unit”, ta’ dan ir-regolament, “[k]walunkwe persuna li ‘taħdem bi qligħ’ jew ‘li taħdem għal rasha’ fit-tifsira tal-leġislazzjoni tal-Gran Brittanja jew tal-leġislazzjoni ta’ l-Irlanda ta’ Fuq tkun meqjusa rispettivament bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament. Kwalunkwe persuna li f’isimha jitħallsu kontribuzzjonijiet bħala ‘persuna impjegata’ jew ‘persuna li taħdem għal rasha’ skond il-leġislazzjoni ta’ Ġibiltà tkun meqjusa bħala impjegata jew li taħdem għal rasha fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(a)(ii) tar-Regolament7”. |
|
13. |
Skont l-Anness VI (intitolat “Proċeduri speċjali għall-applikazzjoni tal-leġislazzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri”, Titolu “Ir-Renju Unit”, punt 19, tal-imsemmi regolament: “Suġġetta għall-konvenzjonijiet konklużi ma’ Stati Membri individwali, għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament u l-Artikolu 10b tar-Regolament implimentattiv, il-leġislazzjoni tar-Renju Unit ma tibqax tapplika fl-aħħar mill-aħħar ta’ l-iktar tard tat-tlett ijiem segwenti għal kwalunkwe persuna suġġetta għal-leġislazzjoni tar-Renju Unit bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha:
[…]
|
|
14. |
L-Anness VI, Titolu “Ir-Renju Unit”, punt 20, tal-istess regolament jiddisponi: “Il-fatt li persuna saret suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament, l-Artikolu 10b tar-Regolament implimentattiv u l-punt 19 ta’ hawn fuq, ma jżommux:
[…]” |
B – Id-dritt tar-Renju Unit
|
15. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-DLA huwa benefiċċju ta’ natura mhux kontributorja li jikkonsisti f’element tad-dipendenza u f’element ta’ “mobbiltà”. L-għoti ta’ dan il-benefiċċju ma huwiex suġġett għal kriterju ta’ riżorsi u lanqas ma huwa intiż sabiex jikkumpensa l-assenza eventwali ta’ dħul tal-benefiċjarji tiegħu. Dan għandu l-għan li jkopri l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa għal ċerti tipi ta’ kura jew minħabba inkapaċità jew kważi inkapaċità li ma tippermettix il-mixi, tal-benefiċjarji tiegħu. |
|
16. |
Skont l-Artikolu 71(6) tas-Social Security Contributions and Benefits Act 1992 (liġi dwar il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tal-1992), “[p]ersuna ma għandhiex dritt [għad-DLA] ħlief jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ residenza u ta’ preżenza fil-Gran Brittanja”. B’mod partikolari, dawn il-kundizzjonijiet huma ppreċiżati fl-Artikolu 2(1)(a) tas-Social Security (Disability Living Allowance) Regulations 1991 (regolament dwar is-sigurtà soċjali li jirrigwarda l-allowances għas-sussistenza għal persuni b’diżabbiltà tal-1991). |
III – Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
17. |
L. Tolley, ċittadina Brittanika, li twieldet fis-17 ta’ April 1952, ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fir-Renju Unit mis-sena 1967 sas-sena 1984. Wara, din tal-aħħar ġiet ikkreditata b’kontribuzzjonijiet sas-sena 1993-1994. Kieku kienet issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ kontribuzzjoni meta laqħet l-età legali għall-irtirar, kienet tkun tista’ tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. Madankollu, hija mietet fl-10 ta’ Mejju 2011, qabel ma laħqet din l-età. |
|
18. |
Mis-26 ta’ Lulju 1993, il-parti kkonċernata ngħatat l-element tad-dipendenza tad-DLA għal żmien indeterminat, minħabba l-fatt li ma kinitx kapaċi tipprepara l-ikel sabiex tiekol. |
|
19. |
Fil-5 ta’ Novembru 2002, ir-raġel tagħha u hija stess ittrasferew ir-residenza tagħhom lejn Spanja. Hemmhekk, L. Tolley ma eżerċitat l-ebda attività professjonali. |
|
20. |
Waqt is-sena 2007, is-Secretary of State for Work and Pension (ministru għall-impjieg u l-pensjonijiet, ir-Renju Unit, iktar 'il quddiem il-“ministru”), iddeċieda li, mis-6 ta’ Novembru 2002, hija ma kellhiex iktar dritt għal din l-allowance peress li ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni ta’ residenza prevista għal dan il-għan mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. |
|
21. |
L. Tolley ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-First‑tier Tribunal (qorti tal-prim’istanza, ir-Renju Unit). Dan laqa’ dan ir-rikors, billi kkunsidra li hija kellha d-dritt, abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, li tkompli tirċievi l-imsemmija allowance wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja. |
|
22. |
Il-ministru ppreżenta appell kontra din id-deċiżjoni quddiem l-Upper Tribunal (qorti superjuri, ir-Renju Unit). Qabel kollox, din il-qorti kkunsidrat li, sa fejn il-parti kkonċernata kienet assigurata kontra r-riskju tax-xjuħija, permezz tal-kontribuzzjonijiet li hija kienet ħallset fil-passat, hija kienet “ħaddiem impjegat”, fis-sens tal-Artikolu 1(a) tal-imsemmi regolament. Wara, l-imsemmija qorti kkonfermat id-dritt ta’ L. Tolley sabiex tirċievi l-element tad-dipendenza tad-DLA. Madankollu, hija bbażat din il-konklużjoni mhux fuq l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, iżda – wara li kklassifikat din l-allowance bħala benefiċċju tal-mard – abbażi tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament. |
|
23. |
Billi ħasset ruħha marbuta mill-preċedent li jikkostitwixxi d-deċiżjoni tagħha fil-kawża The Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs vs Ruas ( 7 ), il-Court of Appeal (England & Wales) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit] ċaħdet l-appell li l-ministru ppreżenta kontra d-deċiżjoni tal-Upper Tribunal (qorti superjuri). B’hekk, il-ministru ppreżenta rikors quddiem is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit). |
|
24. |
F’dan il-kuntest, is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-kawża quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
25. |
L. Tolley, il-Gvern tar-Renju Unit u dak Norveġiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Bl-eċċezzjoni tal-Gvern Norveġiż, huma kienu rrappreżentati wkoll fis-seduta tat-8 ta’ Ġunju 2016. |
IV – Analiżi
A – Kunsiderazzjonijiet preliminari
|
26. |
Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-kwistjoni sabiex jiġi stabbilit jekk, wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja, L. Tolley kellhiex id-dritt li żżomm, bi spejjeż tal-istituzzjoni tar-Renju Unit, il-benefiċċju tal-element tad-dipendenza tad-DLA, li hija kienet bdiet tirċievi qabel dan it-trasferiment. |
|
27. |
Fl-ewwel lok, is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit) tistaqsi jekk din l-allowance tistax tiġi kklassifikata bħala benefiċċju tal-invalidità minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet preċedentement ikkunsidratha bħala benefiċċju tal-mard ( 8 ). Jekk dan kien il-każ, L. Tolley ikollha d-dritt tesporta l-imsemmi benefiċċju fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, li jipprekludi l-kundizzjonijiet ta’ residenza f’dak li jikkonċerna l-għoti tal-benefiċċji elenkati fih. Fost dawn jidhru l-benefiċċji tal-invalidità, iżda mhux il-benefiċċji tal-mard. |
|
28. |
Fit-tieni lok, din il-qorti tfittex issir taf, jekk jitqies ukoll li l-element tad-dipendenza tad-DLA jikkostitwixxi benefiċċju tal-mard, jekk L. Tolley setgħetx madankollu tesporta din l-allowance wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja fuq il-bażi tal-Artikolu 19(1) u/jew tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament. Taħt din il-perspettiva, l-imsemmija qorti titlob, l-ewwel nett, xi kjarifikazzjonijiet fir-rigward tad-determinazzjoni, abbażi tar-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tal-imsemmi regolament, tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata wara dan it-trasferiment. |
|
29. |
Qabel ma naslu għal dawn il-kwistjonijiet, nemmen li jkun utli li jiġi vverifikat jekk L. Tolley taqax tassew taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tal-imsemmi regolament, sa fejn, waqt is-seduta, il-Gvern tar-Renju Unit ikkontesta fir-rigward tagħha n-natura ta’ “ħaddiem impjegat jew persuna li taħdem għal rasha” (iktar ’il quddiem il-“ħaddiem”), fis-sens tal-Artikolu 1(a) tal-istess regolament. |
B – Kamp ta ’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament Nru 1408/71
|
30. |
Skont it-termini tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 1408/71, dan ir-regolament japplika “għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom […] li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta’ Stat Membru jew aktar.” |
|
31. |
Ma huwiex ikkontestat li L. Tolley kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit ( 9 ), peress li hija kienet irreġistrata mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru u ħallset fih kontribuzzjonijiet fil-passat ( 10 ). |
|
32. |
Bil-kontra, il-Gvern tar-Renju Unit isostni li L. Tolley ma taqax taħt il-kwalità ta’ ħaddiem impjegat hekk kif iddefinita fl-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-regolament. Minn naħa, hija ma taqax taħt il-punt (i) ta’ din id-dispożizzjoni peress li hija ma kinitx, fil-mument meta seħħ it-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja, assigurata abbażi tal-iskema ta’ sigurtà soċjali li kienet tapplika għall-ħaddiema. Min-naħa l-oħra, hija lanqas ma taqa’ taħt il-punt (ii) tal-imsemmija dispożizzjoni, sa fejn l-Anness I, punt I, tat-Titolu “Ir-Renju Unit” tal-imsemmi regolament jirrestrinġi l-kamp ta’ applikazzjoni għall-persuni li jeżerċitaw attività bi ħlas. |
|
33. |
F’dan ir-rigward, nosserva li jirriżulta mis-sentenza Martinez Sala ( 11 ) u mill-ġurisprudenza sussegwenti li għandha l-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 1(a) tar-Regolament Nru 1408/71 kull persuna li “tkun assigurata, anki fir-rigward ta’ riskju wieħed, fuq polza ta’ assigurazzjoni ta’ bilfors jew b’għażla, skond skema ġenerali jew partikolari ta’ sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 1(a) [ta’ dan ir-regolament], u dan indipendentement mill-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ impjieg”. |
|
34. |
Għaldaqstant, persuna tista’ tgawdi minn din il-kwalità anki meta ma teżerċita l-ebda attività professjonali u meta l-benefiċċju li hija qed tipprova tikseb ma huwiex marbut la ma’ impjieg preċedenti u lanqas ma’ riskju li kontrih tkun assigurata ( 12 ). |
|
35. |
Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, kemm l-Upper Tribunal (qorti superjuri) kif ukoll il-Court of Appeal (England & Wales) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales)], qiesu li L. Tolley kellha l-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71, sa fejn kienet għadha koperta, abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, kontra wieħed mir-riskji elenkati fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament, jiġifieri r-riskju tax-xjuħija, fis-sens tal-punt (ċ) ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
36. |
B’mod iktar preċiż, nikkonstata li dawn il-qrati kkunsidraw li l-parti kkonċernata taqa’ taħt l-ewwel inċiż tal-punt (ii) tal-Artikolu 1(a) tal-imsemmi regolament, peress li hija kienet assigurata fil-kuntest ta’ skema ta’ sigurtà soċjali li kienet tapplika għar-residenti kollha u li l-metodi ta’ ġestjoni u ta’ finanzjament ta’ din l-iskema jippermettu li tiġi identifikata bħala ħaddiem impjegat ( 13 ). |
|
37. |
Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, is-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit) ma għandhiex intenzjoni li tikkontesta din il-konklużjoni. |
|
38. |
Għaldaqstant, L. Tolley għandha tiġi kklassifikata bħala ħaddiem, u dan minkejja l-fatt li hija kienet għadha mhux qed tirċievi pensjoni tal-irtirar. |
|
39. |
Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza Dumont de Chassart ( 14 ), li, anki f’sitwazzjoni tali, persuna tgawdi mill-kwalità ta’ ħaddiem peress li kien ikollha d-dritt għal pensjoni kieku għexet sal-età tal-irtirar. B’mod iktar ġenerali, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tar-Regolament Nru 1408/71 ma tiddependix mit-twettiq tar-riskju assigurat ( 15 ). |
|
40. |
L-Anness I, punt I, Titolu “Ir-Renju Unit” ta’ dan ir-regolament ma jikkontestax din il-konklużjoni. Fir-rigward ta’ dan, huwa suffiċjenti li jiġi osservat li dan l-anness huwa rilevanti biss għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni inċiż tal-punt (ii) tal-Artikolu 1(a) tal-imsemmi regolament. Issa, skont il-qrati li ddeċidew fil-kuntest tal-kawża prinċipali, is-sitwazzjoni ta’ L. Tolley kienet taqa’ taħt l-ewwel inċiż ta’ dan il-punt. |
|
41. |
Konsegwentement, l-analiżi tiegħi ser tkun ibbażata fuq il-premessa li l-parti kkonċernata tassew taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament Nru 1408/71. |
C – Klassifikazzjoni tal-element tad-dipendenza tad-DLA (l-ewwel domanda)
|
42. |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-klassifikazzjoni tal-element tad-dipendenza tad-DLA, inkwantu benefiċċju tal-mard fis-sens tal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, li tirriżulta mis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 16 ), għandhiex tiġi eżaminata mill-ġdid minħabba l-fatt li għandha bħala għan li tkopri riskju b’mod sostenibbli u permanenti. |
1. Fuq l-ammissibbiltà
|
43. |
B’mod preliminari, il-Gvern tar-Renju Unit isostni li r-risposta għal din id-domanda tirriżulta diġà mis-sentenza msemmija iktar 'il fuq. Għalhekk id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija mitluba l-interpretazzjoni tagħhom jikkostitwixxu acte éclairé fis-sens tas-sentenza Cilfit et ( 17 ). Għaldaqstant, l-ewwel domanda hija inammissibbli. |
|
44. |
Dan l-argument jidhirli li jirriżulta minn konfużjoni bejn, minn naħa, l-obbligu tal-qrati li d-deċiżjonijiet tagħhom ma jistgħux jiġu appellati sabiex jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja meta punt ta’ dritt tal-Unjoni jitressaq quddiemhom u, min-naħa l-oħra, l-ammissibbiltà ta’ tali domanda. Fil-fatt, it-teorija tal-acte éclairé, stabbilità mill-ġurisprudenza Cilfit et, tipprevedi biss eċċezzjoni għall-obbligu msemmi iktar 'il fuq ( 18 ). Bil-kontra, din ma taffettwax l-ammissibbiltà ta’ domanda preliminari ( 19 ). |
|
45. |
Bil-kontra, minkejja l-fatt li tkun teżisti ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ssolvi l-punt ta’ liġi inkwistjoni, il-qrati nazzjonali jibqgħu kompletament liberi li jressqu talba għal deċiżjoni preliminari ( 20 ). Il-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà interpretat id-dispożizzjonijiet li tiġi mitluba l-interpretazzjoni tagħhom ma jipprekludihiex milli tiddeċiedi mill-ġdid ( 21 ). B’hekk, il-qrati nazzjonali ma jistgħux jiġu miċħuda mill-possibbiltà li jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari, għal bidla fil-ġurisprudenza tagħha. |
2. Fuq il-mertu
|
46. |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta’ benefiċċji ta’ sigurtà soċjali hija bbażata fuq in-natura tar-riskju li dawn għandhom bħala skop li jkopru ( 22 ). |
|
47. |
Fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 23 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkwalifikat l-element tad-dipendenza tad-DLA bħala benefiċċju tal-mard minħabba l-fatt, essenzjalment, li dan għandu bħala għan li jgħin lil persuna b’diżabbiltà sabiex tegħleb, sa fejn huwa possibbli, id-diżabbiltà tagħha fl-attivitajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Ma huwiex ikkontestat li din l-allowance, fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, kienet issegwi dan l-istess skop. |
|
48. |
Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju toħloq dubju dwar tali klassifikazzjoni, minħabba l-fatt li l-imsemmija allowance tippreżenta karatteristiċi analogi għal dawk tal-benefiċċji elenkati fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, sa fejn dawn jingħataw taħt il-forma ta’ benefiċċji għal tul ta’ żmien twil jew bħala benefiċċji uniċi relatati ma’ kundizzjonijiet permanenti. |
|
49. |
Ir-rappreżentant ta’ L. Tolley, filwaqt li enfasizza li huwa ma daħħalx inkwistjoni, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, il-klassifikazzjoni tal-element tad-dipendenza tad-DLA bħala benefiċċju tal-mard, jinvoka wkoll ċerti argumenti favur il-klassifikazzjoni tiegħu bħala benefiċċju tal-invalidità fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) ta’ dan ir-regolament. B’mod partikolari, dan l-approċċ isib sostenn fis-sentenza Stewart ( 24 ), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat in-natura temporanja tal-benefiċċji tal-mard. Barra minn hekk, ir-rappreżentant ta’ L. Tolley jirrileva li l-kawża li tat lok għas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 25 ) kienet tirrigwarda l-linja ta’ diviżjoni bejn il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u l-benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ntalbitx sabiex twettaq distinzjoni bejn il-benefiċċji tal-mard u l-benefiċċji tal-invalidità. |
|
50. |
Fl-opinjoni tiegħi, dawn il-kunsiderazzjonijiet ma jiġġustifikawx li l-Qorti tal-Ġustizzja tinjora l-klassifikazzjoni tal-element tad-dipendenza tad-DLA li ġiet stabbilita f’din is-sentenza. |
|
51. |
Fl-ewwel lok, huwa minnu li, fis-sentenza Stewart ( 26 ) jirriżulta li, bħala regola, il-benefiċċji tal-mard ikopru r-riskju marbut ma’ stat patoloġiku li jwassal għal sospensjoni temporanja tal-attivitajiet ta’ persuna, filwaqt li l-benefiċċji tal-invalidità jkopru r-riskju ta’ inkapaċità, meta jkun probabbli li din l-inkapaċità tkun permanenti jew fit-tul. |
|
52. |
Madankollu, tali konstatazzjoni ma tistax tistabbilixxi l-perijodu li fih il-benefiċċju inkwistjoni huwa intenzjonat sabiex ikopri bħala kriterju determinanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 27 ), ċaħdet ir-rilevanza ta’ tali kriterju sa fejn id-dewmien tal-inkapaċità koperta minn allowance tal-invalidità, li hija kklassifikata bħala benefiċċju tal-mard, ma kienx ta’ natura li jemenda l-iskop tagħha. |
|
53. |
Bl-istess mod, fis-sentenza da Silva Martins ( 28 ), il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat li, “bid-differenza tal-benefiċċji tal-mard strictu sensu, benefiċċji li jirrigwardaw ir-riskju ta’ dipendenza – li ġeneralment ikunu ta’ portata twila – bħala regola, ma humiex intiżi li jitħallsu fuq perijodu qasir”. Hija madankollu kkunsidrat li, minkejja li dawn il-benefiċċji tal-aħħar, jistgħu, abbażi ta’ dan ikollhom xi karatteristiċi komuni mal-benefiċċji tal-invalidità jew tax-xjuħija, in-natura sostenibbli ta’ allowance ta’ dipendenza ma tqajjimx dubju dwar il-klassifikazzjoni tagħha bħala benefiċċju tal-mard ( 29 ). |
|
54. |
Fit-tieni lok, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma eżaminatx espressament id-distinzjoni bejn il-benefiċċji tal-mard u tal-invalidità fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill ( 30 ), hija tat deċiżjoni f’dan ir-rigward fis-sentenza Molenaar ( 31 ). Fiha hija kklassifikat bħala benefiċċju tal-mard allowance tad-dipendenza prevista għal perijodu ta’ żmien twil, b’mod partikolari minħabba l-fatt li dan kien intiż sabiex itejjeb b’mod ġenerali l-livell tal-għajxien tal-persuni dipendenti billi jikkumpensa l-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu minħabba l-istat ta’ dipendenza tagħhom ( 32 ). Fuq din l-istess bażi, il-Qorti tal-Ġustizzja rriżervat din il-klassifikazzjoni għal benefiċċji paragunabbli, b’mod partikolari, fis-sentenzi Jauch ( 33 ) u Hosse ( 34 ). Issa, l-element tad-dipendenza tad-DLA jsegwi wkoll tali għan. |
|
55. |
Barra minn hekk, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet fir-Regolament Nru 1408/71 li jitrattaw speċifikament benefiċċji li jirrigwardaw ir-riskju tad-dipendenza, l-għażla tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkunsidra lil dawn, anki meta jitħallsu fuq perijodu ta’ żmien twil, bħala benefiċċji tal-mard tippreżenta, fl-opinjoni tiegħi, ċerti vantaġġi fir-rigward taċ-ċertezza legali u ta’ trasparenza. |
|
56. |
F’dan ir-rigward, nenfasizza li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jipprevedu diversità kbira ta’ benefiċċji tad-dipendenza, li wħud minhomm għandhom karatteristiċi simili mal-benefiċċji tal-invalidità, oħrajn li barra minn hekk huma simili għall-benefiċċji tax-xjuħija jew ukoll għall-benefiċċji tal-familja. Għaldaqstant, il-konnessjoni każ każ ta’ kull benefiċċju ta’ dipendenza ma’ fergħa tas-sigurtà soċjali partikolari tirriskja mhux biss li tikkomplika l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni tal-benefiċċji tad-dipendenza, iżda wkoll li twassal għal riżultat imprevedibbli, u b’hekk tippreġudika ċ-ċertezza legali ( 35 ). |
|
57. |
Għaldaqstant, inqis li l-element tad-dipendenza tad-DLA jikkostitwixxi benefiċċju tal-mard. B’hekk, ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 u għaldaqstant, ma jistax jiġi esportat abbażi ta’ dan. |
D – Determinazzjoni tal-liġi applikabbli (it-tieni domanda)
1. Kummenti introduttivi
|
58. |
Skont it-termini tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, sabiex isir magħruf liema hija l-leġiżlazzjoni nazzjonali li L. Tolley kienet suġġetta għaliha, fiż-żmien meta seħħew il-fatti fl-oriġini tal-kawża prinċipali, abbażi tar-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet elenkati fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 1408/71. B’mod iktar preċiż, din il-qorti tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit waqfitx tkun applikabbli għall-persuna kkonċernata, fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan ir-regolament, wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja, fis-sens li hija kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni Spanjola. |
|
59. |
Qabel kollox, jidhirli li jkun opportun li jiġu kkjarifikati l-implikazzjonijiet tar-risposta li ser tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda. |
|
60. |
Minn naħa, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit kellha tkompli tapplika għal L. Tolley, ir-regola ta’ kunflitt tal-liġijiet elenkata fl-Artikolu 13(2)(f) tal-imsemmi regolament ma tapplikax. Għaldaqstant, ikun hemm lok li jiġi kkunsidrat li l-parti kkonċernata baqgħet suġġetta għal din il-leġiżlazzjoni abbażi ta’ waħda mir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet previsti fl-Artikolu 13(2)(a) sa (e) tal-istess regolament ( 36 ). Għaldaqstant, ir-Renju Unit jikkostitwixxi, b’mod li ma jistax jiġi kkontestat, l-“Istat kompetenti”, fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tal-istess regolament. Abbażi ta’ dan, huwa jkollu jkompli jħallas lil L. Tolley l-element tad-dipendenza tad-DLA wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja (sakemm tkun kisbet awtorizzazzjoni għal dan – ser nerġa’ niddiskuti dan sussegwentement). |
|
61. |
Min-naħa l-oħra, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit waqfet milli tibqa’ applikabbli għal L. Tolley, din tal-aħħar kienet tkun suġġetta, abbażi tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament 1408/71, għall-iskema ta’ sigurtà soċjali Spanjola. Barra minn hekk irid jiġi ddeterminat jekk jirriżultax li r-Renju Unit ma huwiex iktar l-“Istat kompetenti”, fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament – fis-sens li l-parti kkonċernata ma tistax tibbaża ruħha fuqu – jew, minkejja li din id-dispożizzjoni tista’ madankollu tapplika, sakemm ir-Renju Unit jibqa’ l-“Istat kompetenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, peress li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli fil-mument li fih intalab il-benefiċċju li l-esportazzjoni tiegħu hija mitluba. |
|
62. |
Barra minn hekk, la d-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas l-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jindikaw jekk id-dritt Spanjol kienx jipprevedi, fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, benefiċċji li jirrigwardaw ir-riskju kopert mill-element tad-dipendenza tad-DLA ( 37 ). |
2. Fuq il-kunċett ta’ “leġiżlazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71
|
63. |
Il-qorti tar-rinviju għandha xi dubji dwar jekk il-“leġiżlazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, tinkludix kull leġiżlazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali jew sempliċement dik li tikkonċerna l-benefiċċju li huwa mitlub. B’mod partikolari, hija tistaqsi jekk, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, iż-żamma ta’ dritt eventwali sabiex tiġbor fil-futur pensjoni tal-irtirar mingħand l-istituzzjoni tar-Renju Unit tipprekludix il-konklużjoni li l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru waqfet milli tapplika għal L. Tolley fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
64. |
F’dan ir-rigward, jidhirli li huwa utli li ssir distinzjoni qabel kollox bejn il-kwistjoni tad-deskrizzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u dik taż-żamma tad-drittijiet miksuba ( 38 ). |
|
65. |
Id-deskrizzjoni, inkwantu leġiżlazzjoni applikabbli, tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru (imsejjaħ Stat kompetenti jew Stat ta’ affiljazzjoni) twassal għall-applikabbiltà tal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru għall-ħaddiem ikkonċernat. Jekk ikun il-każ, dan il-ħaddiem iħallas fih kontribuzzjonijiet soċjali u/jew fih jibbenefika minn benefiċċji jekk iseħħ wieħed mir-riskji li huma koperti minn din l-iskema. Skont il-prinċipju tal-uniċità tal-liġi applikabbli, stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71, kull ħaddiem huwa suġġett għal leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sigurtà soċjali unika ( 39 ). Taħt din il-perspettiva, l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament huwa intiż, minn naħa, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni simultanja ta’ diversi leġiżlazzjonijiet nazzjonali u l-kumplikazzjonijiet li jirriżultaw u, min-naħa l-oħra, sabiex jiġi evitat li ħaddiem jiġi mċaħħad minn protezzjoni fir-rigward tas-sigurtà soċjali, minħabba l-leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalih ( 40 ). |
|
66. |
Iż-żamma tad-drittijiet miksuba tirriferi essenzjalment għall-konservazzjoni tal-benefiċċju ta’ sigurtà soċjali wara t-trasferiment tar-residenza tal-ħaddiem lejn Stat Membru li huwa differenti minn dak li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu kiseb (jew ser jikseb) id-dritt għal tali benefiċċju ( 41 ). |
|
67. |
B’hekk, diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 huma intiżi sabiex jiżguraw li d-drittijiet miksuba jew li ser jiġu miksuba jibqgħu validi anki meta, wara t-trasferiment tar-residenza tal-ħaddiem, il-leġiżlazzjoni applikabbli fuq dan tal-aħħar tinbidel. B’mod partikolari, l-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament jipprevedi d-dritt għaż-żamma, b’mod partikolari, tal-benefiċċji fi flus kontanti tal-invalidità u tax-xjuħija. Jidhirli li fir-rigward tal-benefiċċji tal-mard, l-Artikolu 19 u l-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament jistabbilixxu wkoll tali dritt ( 42 ). |
|
68. |
Għaldaqstant, ħaddiem jista’ jkun affiljat mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru minkejja li jirċievi, mingħand Stat Membru ieħor li ma huwiex affiljat miegħu, benefiċċju ddeterminat fuq il-bażi ta’ drittijiet li huwa kiseb preċedentement f’dan l-Istat Membru tal-aħħar. Meta l-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ affiljazzjoni tiżgura wkoll ir-riskju kopert minn dan il-benefiċċju, ir-regoli ta’ antikumulu previsti mid-dritt tal-Unjoni u mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali jipprekludu l-ġbir ta’ diversi benefiċċji tal-istess natura li jirrigwardaw l-istess perijodu ta’ assigurazzjoni ( 43 ). |
|
69. |
Il-leġiżlatur issa neħħa kull ambigwità f’dan ir-rigward wara l-adozzjoni tar-Regolament Nru 883/2004, li l-Artikolu 11(3)(e) tiegħu, li jirriproduċi s-sustanza tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, jipprevedi espressament li r-regoli ta’ kunflitt li huwa jistabbilixxi joperaw “mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament li jiggarantixxu [għall-persuni kkonċernati] benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stati Membri oħra”. |
|
70. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, inqis li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru “tispiċċa li tkun valida” għal ħaddiem, fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, meta dan il-ħaddiem jitlef l-affiljazzjoni tiegħu mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ dan l-Istat Membru, b’mod indipendenti mill-kwistjoni sabiex isir magħruf jekk fih iżommx drittijiet miksuba jew li kienu ser jinkisbu ( 44 ). |
|
71. |
B’hekk, il-fatt li L. Tolley baqgħet assigurata kontra r-riskju tax-xjuħija fir-Renju Unit ma jostakolax il-fatt li d-dritt ta’ dan l-Istat Membru ma baqax japplika għaliha fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71. |
3. Fuq il-mument li fih id-dritt tar-Renju Unit ma baqax applikabbli għal L. Tolley
|
72. |
Skont l-Artikolu 10b tar-Regolament Nru 574/72, id-data u l-kundizzjonijiet li fihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tieqaf milli tkun applikabbli huma ddeterminati minn dan l-Istat Membru ( 45 ). |
|
73. |
L-Anness VI, Titolu, “Ir‑Renju Unit”, punt 19 tar-Regolament Nru 1408/72 jiddikjara, essenzjalment, li l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tieqaf milli tkun applikabbli għal persuna, fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan ir-regolament, fl-iskadenza bħala data tal-aħħar mill-avvenimenti elenkati fih. |
|
74. |
Skont il-Gvern tar-Renju Unit, din il-leġiżlazzjoni ma baqgħetx applikabbli għal L. Tolley mill-ġurnata wara d-data li fiha sar it-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja skont dan il-punt 19(a) (jiġifieri matul is-sena 2002). |
|
75. |
Bil-kontra, ir-rappreżentant ta’ L. Tolley jallega li d-data li fiha ma baqgħetx applikabbli l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tikkorrispondi mal-ġurnata ta’ wara l-aħħar ġurnata tal-perijodu ta’ servizz tal-element tad-dipendenza tad-DLA li beda qabel id-data tat-trasferiment tar-residenza tagħha, abbażi ta’ dan il-punt 19(c)(i) (jiġifieri matul is-sena 2007). F’dan ir-rigward, huwa jsostni li l-parti kkonċernata kompliet tirċievi din l-allowance bejn is-sena 2002 u s-sena 2007 anki jekk il-ministru kien sussegwentement ikkunsidra li hija ma kellhiex iktar dritt li tirċeviha għal dan il-perijodu abbażi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. |
|
76. |
Bħall-Kummissjoni, nikkunsidra li, sa fejn id-data u l-kundizzjonijiet li għalihom il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma tibqax applikabbli għal persuna jaqgħu taħt id-dritt intern ta’ dan l-Istat Membru, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddermina jekk is-sitwazzjoni ta’ L. Tolley hijiex irregolata mill-punt 19(a) jew mill-punt 19(c)(i) tat-Titolu “Ir‑Renju Unit” tal-Anness VI tar-Regolament Nru 1408/71. |
E – Żamma tal-benefiċċju tal-element tad-dipendenza tad-DLA fuq il-bażi tal-Artikolu 19(1) u/jew tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 (it-tielet domanda)
1. Kummenti introduttivi
|
77. |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, minkejja li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit ma komplietx tibqa’ applikabbli għal L. Tolley fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71 wara t-trasferiment tar-residenza tagħha, din madankollu kellha d-dritt li tkompli tirċievi l-element tad-dipendenza tad-DLA fuq il-bażi tal-Artikolu 19(1) u/jew tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament ( 46 ). |
|
78. |
Il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern Norveġiż kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu li s-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet billi jqajmu, essenzjalment, l-argumenti li ġejjin:
|
|
79. |
Fil-każ fejn dawn l-argumenti kellhom jiġu miċħuda, ikun irid jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 19(1) u/jew l-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament jipprekludux li Stat Membru jissuġġetta ż-żamma tal-benefiċċju tal-mard għal kundizzjoni ta’ residenza. Jekk ir-risposta tkun affermattiva, ikollhom jiġu evalwati l-konsegwenzi marbuta man-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni qabel it-trasferiment tar-residenza tal-benefiċjarju tiegħu. |
|
80. |
Qabel ma nanalizza dawn id-domandi, jidhirli li jkun utli li nenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet jittrattaw b’mod indistint benefiċċji tal-mard “stricto sensu” kif ukoll benefiċċji intiżi sabiex ikopru r-riskju tad-dipendenza, li, b’differenza għal dawk preċedenti, huma intiżi sabiex jitħallsu għal perijodu ta’ żmien twil ( 48 ). L‑interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għalhekk tieħu inkunsiderazzjoni ż-żewġ tipi ta’ benefiċċji. |
|
81. |
Jekk ikun il-każ, huwa l-leġiżlatur li għandu jżid fir-Regolament Nru 1408/71, dispożizzjonijiet li jkopru speċifikament il-benefiċċji intiżi sabiex ikopru r-riskju ta’ dipendenza fil-każ fejn huwa jixtieq jissuġġetta lil dawn għal skema partikolari fir-rigward, b’mod partikolari, tal-benefiċċji finanzjarji marbuta magħhom. |
2. Fuq il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-Artikolu 19 u tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71
|
82. |
Hekk kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza von Chamier‑Glisczinski ( 49 ), l-Artikolu 19 u l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprevedu sitwazzjonijiet differenti u jsegwu għaldaqstant għanijiet distinti. |
|
83. |
L-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament (li jidher taħt it-titolu li jsemmi r-“[r]itorn lejn jew trasferiment tar-residenza fi Stat Membru ieħor matul il-mard jew il-maternità”), jikkonċerna s-sitwazzjoni ta’ persuna li tittrasferixxi r-residenza tagħha mill-Istat Membru fejn hija bdiet tirċievi benefiċċju tal-mard jew tal-maternità lejn Stat Membru ieħor. Din id-dispożizzjoni tissuġġetta ż-żamma ta’ dan il-benefiċċju għal kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni min-naħa tal-istituzzjoni kompetenti tal-ewwel Stat Membru. |
|
84. |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 19 tal-imsemmi regolament (intitolat “Residenza fi Stat Membru għajr l-Istat kompetenti – Regoli ġenerali”) – li ma jipprevedix tali kundizzjoni – jippermetti biss, fl-opinjoni tiegħi, lil ħaddiem li, diġà fil-mument meta huwa jitlob tali benefiċċju, jirrisjedi fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn jaħdem, li jibbenefika minnu fl-Istat Membru fejn jirrisjedi ( 50 ). |
|
85. |
B’mod partikolari, din l-interpretazzjoni tirriżulta minn qari sistematiku tal-istess regolament. Fil-fatt, għalkemm l-Artikolu 19 tiegħu japplika meta l-ħaddiem beda jirċievi l-benefiċċju inkwistjoni qabel it-trasferiment tar-residenza tiegħu – jiġifieri f’sitwazzjoni li tkopri wkoll l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 –, il-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni tal-aħħar tkun nieqsa minn effettività. |
|
86. |
Peress li L. Tolley bdiet tirċievi l-element tad-dipendenza tad-DLA meta hija kienet tirrisjedi fir-Renju Unit, is-sitwazzjoni tagħha għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament biss. |
3. Fuq il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71
|
87. |
Skont it-termini tal-ewwel parti tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tfittex tkun taf jekk persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ L. Tolley tgawdix mill-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 1408/71, b’tali mod li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
88. |
Skont ir-rappreżentant ta’ L. Tolley, il-kunċett ta’ ħaddiem igawdi minn portata uniformi fit-totalità tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament. B’hekk, peress li hija tissodisfa d-definizzjoni tal-ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 1(a) tal-imsemmi regolament, hija għandha wkoll tiġi kkunsidrata bħala tali għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1) tal-istess regolament. |
|
89. |
Bil-kontra, il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni jallegaw li tifsira proprja hija marbuta mal-kunċett ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament Nru 1408/71. Dan il-kunċett jiddeskrivi biss lill-ħaddiema f’attività fil-mument li fih ifittxu sabiex jibbenefikaw mill-benefiċċji inkwistjoni fuq il-bażi ta’ waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
90. |
Dan l-argument tal-aħħar imur kontra, jidhirli, is-sentenza Pierik ( 51 ), li minnha jirriżulta li r-riferiment għall-ħaddiem, li jidher fl-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament, ma għandux bħala għan li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għall-ħaddiema attivi fil-konfront tal-ħaddiema mhux attivi. |
|
91. |
Barra minn hekk, peress li l-kunċett ta’ ħaddiem huwa ddefinit fl-Artikolu 1(a) tal-istess regolament, il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni, fl-opinjoni tiegħi, meta uża din l-espressjoni f’dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament, li jindika l-persuni koperti minn din id-definizzjoni. Bil-kontra, hekk kif osserva r-rappreżentant ta’ L. Tolley, meta l-leġiżlatur xtaq jindika speċifikament il-ħaddiema attivi, huwa uża terminoloġija differenti ( 52 ). |
|
92. |
Konsegwentement, inqis li, jekk L. Tolley għandha l-kwalità ta’ ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 1(a) ta’ dan ir-regolament, dan huwa minnu wkoll fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament. |
|
93. |
Din il-konklużjoni ma ġietx ikkontestata bl-argument imqajjem mill-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern Norveġiż u mill-Kummissjoni, li jipprovdi li d-distinzjoni bejn, minn naħa, il-ħaddiema (li s-sitwazzjoni tagħhom hija rregolata mill-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament Nru 1408/71, li jidhru taħt it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament) u, min-naħa l-oħra, il-persuni qiegħda (previsti mill-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament, li jidher taħt it-Taqsima 3 ta’ dan il-kapitolu), titlef kull sens tagħha kieku l-persuni li waqfu definittivament milli jeżerċitaw attività professjonali kienu kkunsidrati bħala ħaddiema. |
|
94. |
F’dan ir-rigward, nosserva li, L. Tolley, kieku ma kinitx ikkunsidrata bħala ħaddiem fis-sens tal-Artikoli 19 sa 22 tal-imsemmi regolament, ma kinitx tkun koperta minn dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tal-istess regolament. Fil-fatt, hija ma tistax tiġi kklassifikata bħala applikant jew bħala persuna li tirċievi pensjoni fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament Nru 1408/71. Fl-opinjoni tiegħi, l-Artikoli 19 sa 22 ta’ dan ir-regolament għandhom japplikaw għas-sitwazzjonijiet li ma humiex irregolati mid-dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fit-Taqsimiet 3 sa 5 ta’ dan il-kapitolu. Dan huwa minnu minkejja l-fatt li tali evalwazzjoni tista’ twassal sabiex tiġi permessa l-esportazzjoni ta’ benefiċċju tal-mard għall-benefiċċju ta’ persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ L. Tolley, filwaqt li, jekk ikun il-każ, kategoriji oħra ta’ persuni li ma humiex attivi ekonomikament ma jibbenefikawx minnha. |
4. Fuq il-kunċett tal-“Istat kompetenti”, fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71
a) Espożizzjoni tal-problematika
|
95. |
L-eżami tat-tieni parti tat-tielet domanda jimplika, fl-ewwel lok, li jiġi kkjarifikat il-kunċett ta’ “Stat kompetenti”, fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, u li jiġu ppreċiżati, għal dan il-għan, l-interazzjonijiet bejn din id-dispożizzjoni u l-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan ir-regolament. |
|
96. |
Il-kawża preżenti tqajjem il-kwistjoni sabiex isir magħruf jekk, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-Istat kompetenti fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament jindikax l-Istat li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli wara t-trasferiment tar-residenza tal-ħaddiem, jew l-Istat li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu ġew miksuba d-drittijiet għall-benefiċċji tal-mard. |
|
97. |
Il-Gvern tar-Renju Unit u l-Gvern Norveġiż jargumentaw favur l-ewwel minn dawn l-alternattivi. Peress li Spanja għandha tiġi kkunsidrata bħala l-Istat kompetenti ( 53 ), l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, li jipprevedi s-sitwazzjoni tal-ħaddiema li jirrisjedu fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat kompetenti, ma japplikax ( 54 ). |
|
98. |
B’mod definittiv, tali approċċ iwassal sabiex jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament ma jippermettix lil persuna li tkun waqfet kull attività professjonali milli tibbenefika mill-benefiċċji tal-mard miksuba fl-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħha wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor. B’hekk, permezz tal-formulazzjoni tal-Artikolu 13(2)(f) tal-imsemmi regolament, l-Artikolu 22(1)(b) tiegħu japplika biss għall-ħaddiema attivi fil-mument tat-trasferiment tar-residenza tagħhom. |
|
99. |
Ir-rappreżentant ta’ L. Tolley jiddefendi, min-naħa tiegħu, it-tieni minn dawn l-alternattivi. L-Artikolu 13(1)(f) ta’ dan ir-regolament għaldaqstant ma jippreġudikax id-dritt, għal ħaddiem li jkun temm kull attività professjonali, milli jkompli jibbenefika mill-benefiċċji tal-mard li huwa beda jirċievi fi Stat Membru wara li ttrasferixxa r-residenza tiegħu lejn Stat Membru ieħor. |
|
100. |
Minħabba r-raġunijiet spjegati iktar ’l isfel, dan l-aħħar appproċċ ma jikkonvinċinix. |
b) Interpretazzjoni letterali
|
101. |
Abbażi tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 1(o)(i) u (q) tar-Regolament Nru 1408/71, l-“Istat kompetenti” jindika, b’mod partikolari, l-Istat Membru li tinsab fih l-istituzzjoni li huwa affiljat magħha l-ħaddiem “fiż-żmien ta’ l-applikazzjoni għall-benefiċċji” ( 55 ). |
|
102. |
Skont din id-definizzjoni, l-“Istat kompetenti”, li jirreferi għalih l-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament, jindika, fl-opinjoni tiegħi, dak li kien kompetenti, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II, fil-perijodu tal-kisba tad-dritt għall-benefiċċji li hija mitluba l-esportazzjoni tagħhom. Fil-kawża preżenti, dan huwa r-Renju Unit, peress li L. Tolley ressqet fih it-talba tagħha intiża għall-kisba tal-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali diversi snin qabel it-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Spanja. |
|
103. |
Sabiex tissaħħaħ din l-interpretazzjoni, nosserva, qabel kollox, li aspett kronoloġiku paragunabbli huwa diġà marbut mal-kunċett ta’ “Stat kompetenti” fil-kuntest ta’ dispożizzjoni oħra tal-imsemmi regolament, jiġifieri l-Artikolu 71(1)(a) tiegħu ( 56 ). Hekk kif jirriżulta mis-sentenza Adanez‑Vega ( 57 ), dan il-kunċett jindika l-Istat li kien kompetenti fil-perijodu tal-aħħar impjieg tal-parti kkonċernata. |
|
104. |
Fl-opinjoni tiegħi, isegwi li huwa taħt din il-perspettiva li l-Anness VI, Titolu “Ir‑Renju Unit”, punt 20, tar-Regolament Nru 1408/71 jipprovdi li “[i]l-fatt li persuna saret suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 13(2)(f) [ta’ dan ir-] Regolament, […] ma jżommux” b’mod partikolari, “l-applikazzjoni għaliha mir-Renju Unit bħala l-Istat kompetenti tad-dispożizzjonijiet relatati mal-persuna impjegata jew li taħdem għal rasha tat-Titolu III, il-Kapitolu 1 [dwar il-benefiċċji tal-mard u tal-maternità] […] jekk hija tibqa’ persuna impjegata jew taħdem għal rasha għal dawk l-iskopijiet u kienet assigurata l-aħħar taħt il-leġislazzjoni tar-Renju Unit”. |
|
105. |
Dan il-punt jindika li r-Renju Unit jammetti l-possibbiltà li jibqa’ l-Istat kompetenti fis-sens tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 1, tar-Regolament Nru 1408/71 anki meta l-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tieqaf milli tapplika għall-ħaddiem fis-sens tal-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan ir-regolament. Fl-opinjoni tiegħi, l-imsemmi punt jikkonstata għaldaqstant li din id-dispożizzjoni ma tipprekludix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-imsemmi regolament dwar iż-żamma tad-drittijiet miksuba, li fosthom jidher l-Artikolu 22(1)(b). |
|
106. |
Fl-aħħar nett, iż-żamma tal-benefiċċju tal-mard fi flus kontanti li ngħata minn Stat Membru anki meta t-trasferiment tar-residenza tal-benefiċjarju tiegħu lejn Stat Membru ieħor iwassal għal bidla fil-leġiżlazzjoni applikabbli tikkorrispondi mas-sitwazzjoni li issa tipprevali taħt ir-Regolament Nru 883/2004. Fil-fatt, dan ir-regolament ma jinkludix dispożizzjoni speċifika li tipprevedi ż-żamma tal-benefiċċji tal-mard analoga għall-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71. Bil-kontra, dan jinkludi, fl-Artikolu 7 tiegħu, dispożizzjoni dwar it-tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza li tinkludi l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali fi flus kontanti kollha (u mhux biss dawk elenkati fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71). |
|
107. |
Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern tar-Renju Unit, is-sentenza Kuusijärvi ( 58 ) ma topponix din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, wara li kklassifikat bħala benefiċċju tal-familja (u mhux bħala benefiċċju tal-mard), il-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni fir-rigward tal-interpretazzjoni, mhux tal-Artikolu 22(1)(b), iżda tal-Artikoli 73 u 74 tar-Regolament Nru 1408/71 ( 59 ). Issa, dawn id-dispożizzjonijiet ma jikkonċernawx iż-żamma tal-benefiċċju li l-ħaddiem beda jirċievi qabel it-trasferiment tar-residenza tiegħu ( 60 ). |
c) Interpretazzjoni teleoloġika
|
108. |
L-interpretazzjoni letterali deskritta iktar 'il fuq hija kkorroborata minn qari teleoloġiku tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71. |
|
109. |
Qabel l-introduzzjoni tal-Artikolu 13(2)(f) tal-imsemmi regolament bir-Regolament (KEE) Nru 2195/91 ( 61 ), il-Qorti tal-Ġustizzja kienet iddeċidiet, fis-sentenza Ten Holder ( 62 ), li, fl-assenza ta’ dispożizzjoni li tirregola b’mod speċifiku l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiema li jieqfu milli jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru u li ma jmorrux jaħdmu fi Stat Membru ieħor, dawn il-ħaddiema baqgħu suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-aħħar impjieg tagħhom skont l-Artikolu 13(2)(a) tal-istess regolament. |
|
110. |
Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja limitat din il-konklużjoni għal sitwazzjonijiet li fihom il-ħaddiem kien waqaf kull attività professjonali temporarjament biss ( 63 ). Konsegwentement, is-sitwazzjoni ta’ persuna li waqfet b’mod definittiv milli taħdem ma kinitx iktar koperta minn waħda mir-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet elenkati taħt it-Titolu II tar-Regolament Nru 1408/71 ( 64 ). |
|
111. |
Permezz tal-introduzzjoni tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, il-leġiżlatur kellu l-intenzjoni jimla l-lakuna identifikata wara din il-ġurisprudenza ( 65 ). Għal dan il-għan, huwa għażel l-applikazzjoni, għal ħaddiem li jkun waqaf – b’mod definittiv jew temporanju ( 66 ) – minn kull attività professjonali, tad-dritt tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu. |
|
112. |
Jekk dan l-Istat Membru kien ikkunsidrat bħala l-Istat kompetenti fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament, tali ħaddiem ma jaqax iktar taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, bħala definizzjoni, huwa ma jirrisjedix fi “Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti” ( 67 ). |
|
113. |
Fl-ewwel lok, sa fejn din tmur kontra l-prinċipju taż-żamma tad-drittijiet miksuba stabbilit bir-Regolament Nru 1408/71 ( 68 ), ma naħsibx li l-leġiżlatur kien qed ifittex tali konsegwenza. Mill-bqija, xejn mill-formulazzjoni ta’ dan ir-regolament u lanqas mix-xogħlijiet preparatorji ma jissuġġerixxi li dan tal-aħħar kellu l-intenzjoni, permezz tal-introduzzjoni tal-Artikolu 13(2)(f) tal-imsemmi regolament, li jostakola l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1)(b) tal-istess regolament għas-sitwazzjoni ta’ ħaddiema mhux attivi. |
|
114. |
Fit-tieni lok, jekk il-benefiċjarju ta’ benefiċċju tal-mard fi flus kontanti kien ġie mċaħħad minnu mat-trasferiment tar-residenza tiegħu lejn Stat Membru ieħor, de facto dan għalhekk jiġi prekluż milli jbiddel ir-residenza tiegħu, mingħajr ma jinterrompi t-trattament mediku tiegħu. Fl-opinjoni tiegħi, tali konsegwenza twassal sabiex tmur kontra l-għan ta’ promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema li jsegwu l-istess regolament kif ukoll l-Artikolu 48 TFUE ( 69 ). |
|
115. |
Fit-tielet lok, l-interpretazzjoni li nsostni jien tidhirli koerenti fil-konfront tad-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolament Nru 1408/71 li huma xhieda tar-rieda tal-leġiżlatur li jevita li jtaqqal lill-Istat Membru ta’ residenza bl-ispejjeż ta’ ċerti benefiċċji tal-mard ta’ persuna li qatt ma ħadmet fih. B’mod partikolari, l-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li, meta persuna li tirċievi pensjoni dovuta abbazi tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ma għandhiex dritt għall-benefiċċji tal-mard abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hija tirrisjedi, hija tibbenefika madankollu minn dawn il-benefiċċji bi spejjeż tal-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru sa fejn kien ikollha dritt għalihom kieku kienet tirrisjedi fih. |
d) Konklużjoni
|
116. |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, inqis li l-Istat kompetenti fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 jindika l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu kien inkiseb id-dritt li ż-żamma tiegħu qed tintalab abbażi ta’ din id-dispożizzjoni. B’hekk, minkejja li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit ma baqgħetx applikabbli għal L. Tolley wara t-trasferiment tar-residenza tagħha, fis-sens li din kienet suġġetta għal-liġi Spanjola abbażi tal-Artikolu 13(2)(f) ta’ dan ir-regolament, ir-Renju Unit baqa’ l-Istat kompetenti fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament fir-rigward taż-żamma tal-benefiċċju tal-element tad-dipendenza tad-DLA. |
5. Fuq l-illegalità tal-kundizzjonijiet ta’ residenza
|
117. |
Fit-tieni lok, sabiex tingħata risposta għat-tieni parti tat-tielet domanda, għandu jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprekludix kundizzjoni ta’ residenza bħal dik prevista mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. |
|
118. |
F’dan ir-rigward, il-Gvern tar-Renju Unit isostni li, anki jekk jitqies li dan l-Istat Membru jiġi indikat bħala l-Istat kompetenti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, din tapplika biss, hekk kif jirriżulta mill-formulazzjoni tagħha, bil-kundizzjoni li l-ħaddiem jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa minn dan l-Istat sabiex ikollu dritt għall-benefiċċji. Issa, ir-Renju Unit jissuġġetta dan id-dritt għall-kundizzjoni ta’ residenza li l-legalità tagħha hija kkontestata fil-kuntest tal-kawża prinċipali. |
|
119. |
Tali argument ma jistax jiġi aċċettat. Fil-fatt, hekk kif osserva l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Kuusijärvi, “kieku [id-dritt mogħti mill-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71] jista’ jinġieb fix-xejn minħabba kundizzjoni ta’ residenza imposta mil-liġi nazzjonali, din id-dispożizzjoni titlef kompletament l-iskop tagħha” ( 70 ). |
|
120. |
Għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, id-dritt tal-Unjoni ma jostakolax lill-Istat kompetenti fis-sens ta’ din id-dipożizzjoni milli jevalwa mill-ġdid, sa fejn id-dritt intern tiegħu jipprevedi dan, id-dritt għall-benefiċċju jew għall-ammont tiegħu skont fatturi bħal-livell tal-għajxien fl-Istat ta’ residenza jew it-tibdiliet fil-bżonnijiet tal-persuna kkonċernata. Bil-kontra, huwa ma jistax iċaħħad lil din tal-aħħar minn tali dritt minħabba s-sempliċi fatt li hija tirrisjedi fi Stat Membru ieħor. |
6. Fuq il-konsegwenzi tal-assenza ta’ awtorizzazzjoni
|
121. |
Skont l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, il-benefiċjarju ta’ benefiċċju tal-mard fi flus kontanti ma għandux id-dritt għaż-żamma tiegħu wara t-trasferiment tar-residenza tiegħu ħlief bil-kundizzjoni li jkun irċieva awtorizzazzjoni għal dan il-għan min-naħa tal-istituzzjoni kompetenti. Issa, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li L. Tolley ma talbitx, u a fortiori ma kisbitx tali awtorizzazzjoni min-naħa tal-istituzzjoni kompetenti tar-Renju Unit. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li kieku kienet ressqet tali talba, din kellha tiġi mogħtija lilha ( 71 ). Fil-fatt, l-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-regolament jillimita l-possibbiltà li t-talba tiġi miċħuda fil-każijiet – li s-sitwazzjoni ta’ L. Tolley ma taqax taħthom – li fihom “ikun stabbilit li l-moviment tal-persuna kkonċernata jkun ta’ preġudizzju għall-Istat ta’ saħħitha jew għar-riċeviment tal-kura medika”. |
|
122. |
Għaldaqstant hemm lok, dejjem fil-kuntest tal-analiżi tat-tieni parti tat-tielet domanda, li jiġi evalwat, fit-tielet lok, jekk in-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni tivvizzjax l-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament anki meta awtorizzazzjoni ma setgħetx tiġi miċħuda kieku din kienet intalbet. |
|
123. |
Ir-Regolament Nru 1408/71 ma jipprevedix is-sanzjoni applikabbli meta, minkejja li l-ebda waħda miċ-ċirkustanzi li jippermettu lill-Istat Membru kompetenti sabiex jiċħad l-għoti ta’ awtorizzazzjoni ma tiġi ssodisfatta, il-parti kkonċernata ma tiddisponix minn awtorizzazzjoni fuq il-livell amministrattiv. |
|
124. |
F’dan ir-rigward, nemmen li jkun utli li jiġu eżaminati iktar fil-viċin l-għanijiet tal-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni stabbilita fl-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament. L-Artikolu 22(2) tal-istess regolament jindika, fl-opinjoni tiegħi, li din il-kundizzjoni hija intiża sabiex jiġi evitat li jiġu imposti spejjeż sproporzjonati fuq l-Istat debitur tal-benefiċċju meta l-benefiċjarju tiegħu jmur jgħix fi Stat Membru ieħor fejn l-istat tas-saħħa tiegħu jirriskja li jmur għall-agħar, jew li fih it-twettiq ta’ trattament jista’ jiġi kompromess, li jwassal b’hekk għal spejjeż ogħla fir-rigward tal-ewwel Stat Membru ( 72 ). |
|
125. |
Issa, interpretazzjoni li, anki fl-assenza ta’ awtorizzazzjoni f’dan ir-rigward, il-ħaddiem ikollu dritt għaż-żamma tal-benefiċċju sakemm iċ-ċaqliq tiegħu ma jkunx ta’ natura li jikkomprometti l-istat tas-saħħa tiegħu jew l-applikazzjoni tat-trattament mediku, tirriskja li tivvizzja t-twettiq ta’ tali għan. Fil-fatt, tali interpretazzjoni tista’ tħajjar lil ħaddiem jittrasferixxi r-residenza tiegħu mingħajr ma jkun talab jew kiseb awtorizzazzjoni. Jista’ għalhekk jirriżulta, a posteriori, li dan it-trasferiment jista’ jippreġudika l-istat tas-saħħa tiegħu jew it-trattament mediku tiegħu. |
|
126. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Artikolu 22(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 1408/71 ma jistax jobbliga lill-Istati Membri sabiex jagħtu l-benefiċċju tal-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament lil ħaddiem meta awtorizzazzjoni għal dan il-għan ma nkisbitx qabel it-trasferiment tar-residenza tal-ħaddiem ( 73 ). |
|
127. |
Madankollu, infakkar li r-Regolament Nru 1408/71 jikkoordina, mingħajr ma jarmonizza, is-sistemi nazzjonali ta’ sigurtà soċjali ( 74 ). Taħt din il-perspettiva, peress li dan ir-regolament ma jipprevedix il-konsegwenzi tal-assenza ta’ awtorizzazzjoni abbażi tal-Artikolu 22(1)(b) tiegħu, jibqa’ possibbli għall-Istati Membri sabiex jirrikonoxxu lil ħaddiem, abbażi tad-drittijiet nazzjonali tagħhom, il-benefiċċju tal-esportazzjoni tal-benefiċċji previst minn din id-dispożizzjoni anki f’tali sitwazzjoni ( 75 ). Dan huwa partikolarment il-każ peress li rikonoxximent ta’ tali dritt, billi lill-ħaddiema migranti tingħata protezzjoni iktar wiesgħa minn dik li tirriżulta mill-imsemmi regolament, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-għan li jiġi ffaċilitat il-moviment liberu tal-ħaddiema li huwa l-bażi tiegħu ( 76 ). |
V – Konklużjoni
|
128. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domandi magħmula mis-Supreme Court of the United Kingdom (qorti suprema tar-Renju Unit) kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
( 3 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
( 4 ) Il-kawża prinċipali tirrigwarda d-drittijiet ta’ L. Tolley mis-6 ta’ Novembru 2002 (ara l-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Għaldaqstant, din il-kawża hija rregolata mill-verżjoni tar-Regolament Nru 1408/71 li kienet fis-seħħ f’dak iż-żmien.
( 5 ) Regolament tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 1996, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3).
( 6 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2001, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 129).
( 7 ) [2010] EWCA Civ 291.
( 8 ) Sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007, Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑299/05, EU:C:2007:608, punt 68).
( 9 ) Skont l-Artikolu 1(j) tar-Regolament Nru 1408/71, il-kunċett ta’ “leġiżlazzjoni” jiddeskrivi, fil-kuntest ta’ dan ir-regolament, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet statutorji kollha u l-miżuri ta’ applikazzjoni oħra li jikkonċernaw il-fergħat u l-iskemi ta’ sigurtà soċjali kif ukoll il-benefiċċji speċjali ta’ natura mhux kontributorja.
( 10 ) Il-kundizzjonijiet ta’ affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali jaqgħu taħt id-dritt nazzjonali [ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-12 ta’ Lulju 1979, Brunori (266/78, EU:C:1979:200, punti 5 u 6); tas-7 ta’ Lulju 2005, van Pommeren‑Bourgondiën (C‑227/03, EU:C:2005:431, punt 33), kif ukoll tad-19 ta’ Marzu 2015, Kik (C‑266/13, EU:C:2015:188, punt 51)].
( 11 ) Sentenza tat-12 ta’ Mejju 1998 (C‑85/96, EU:C:1998:217, punt 36). Ara wkoll, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-7 ta’ Ġunju 2005, Dodl u Oberhollenzer (C‑543/03, EU:C:2005:364, punt 30), kif ukoll tal-10 ta’ Marzu 2011, Borger (C‑516/09, EU:C:2011:136, punt 28).
( 12 ) Pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, fis-sentenza Dodl u Oberhollenzer [sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2005 (C‑543/03, EU:C:2005:364, punti 32 sa 34)], li l-persuni li jitolbu l-benefiċċji tal-familja Awstrijaċi kellhom il-kwalità ta’ ħaddiem sakemm il-qorti nazzjonali tikkonferma l-affiljazzjoni tagħhom fl-assigurazzjoni tal-mard Awstrijaka.
( 13 ) Ara Secretary of State for Work and Pensions vs LT (DLA) [2012] UKUT 282 (AAC) u L. Tolley vs The Secretary of State for Work and Pensions [2013] EWCA Civ 1471.
( 14 ) Sentenza tal-21 ta’ Frar 2013 (C‑619/11, EU:C:2013:92, punti 27 sa 29). Skont it-termini tad-deċizjoni tar-rinviju, L. Tolley ma setgħetx titlob pensjoni tal-irtirar ħlief sa fejn kienet issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ kontribuzzjonijiet fl-età legali tal-irtirar. B’hekk, skont il-Gvern tar-Renju Unit, il-benefiċċju ta’ tali pensjoni kien biss futur u ipotetiku, minkejja li L. Tolley ma kellhiex il-kwalità ta’ assigurata kontra r-riskju tax-xjuħija. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li din tal-aħħar kienet tassew assigurata kontra dan ir-riskju. Peress li l-kwistjoni sabiex isir magħruf jekk persuna hijiex assigurata fil-kuntest ta’ skema ta’ sigurtà soċjali li taqa’ taħt id-dritt tal-Istat Membru kkonċernat (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 11 ta’ dawn il-konklużjonijiet) ma hemmx lok li terġa’ tiddaħħal inkwistjoni din l-evalwazzjoni.
( 15 ) Sentenza tal-10 ta’ Marzu 2011, Borger (C‑516/09, EU:C:2011:136, punt 30).
( 16 ) Sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007 (C‑299/05, EU:C:2007:608, punt 68).
( 17 ) Sentenza tas-6 ta’ Ottubru 1982 (283/81, EU:C:1982:335, punt 21).
( 18 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-6 ta’ Ottubru 1982Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335, punt 21), kif ukoll tal-1 ta’ Ottubru 2015, Doc Generici (C‑452/14, EU:C:2015:644, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 19 ) Fis-sentenza tas-27 ta’ Marzu 1963, Da Costa et (28/62 sa 30/62, EU:C:1963:6), li jagħmel riferiment għaliha l-Gvern tar-Renju Unit, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li kkonstatat li kienet diġà ddeċidiet f’sentenza preċedenti domanda identika għad-domanda preliminari li tressqet quddiemha, ma kkonkludietx li din kienet inammissibbli, iżda bagħtet lura din il-kawża lill-qorti nazzjonali sabiex tiddeċiedi s-sentenza.
( 20 ) Ara s-sentenzi tas-6 ta’ Ottubru 1982, Cilfit et (283/81, EU:C:1982:335, punt 15), u tas-17 ta’ Lulju 2014, Torresi (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 32).
( 21 ) Sentenza tas-17 ta’ Lulju 2014, Torresi (C‑58/13 u C‑59/13, EU:C:2014:2088, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 22 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Lulju 2006, De Cuyper (C‑406/04, EU:C:2006:491, punt 27).
( 23 ) Sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007 (C‑299/05, EU:C:2007:608, punti 66 sa 68).
( 24 ) Sentenza tal-21 ta’ Lulju 2011 (C‑503/09, EU:C:2011:500, punt 37).
( 25 ) Sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007 (C‑299/05, EU:C:2007:608).
( 26 ) Sentenza tal-21 ta’ Lulju 2011 (C‑503/09, EU:C:2011:500, punti 37 u 38).
( 27 ) Sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2007 (C‑299/05, EU:C:2007:608, punt 63). Din l-evalwazzjoni tirreferi għall-allowance tal-invalidità Svediża li kienet ukoll is-suġġet ta’ rikors għal annullament li ta lok għal din is-sentenza.
( 28 ) Sentenza tat-30 ta’ Ġunju 2011 (C‑388/09, EU:C:2011:439, punt 48).
( 29 ) Sentenza tat-30 ta’ Ġunju 2011, da Silva Martins (C‑388/09, EU:C:2011:439, punt 48).
( 30 ) Sentenza tat-18 Ottubru 2007, Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑299/05, EU:C:2007:608).
( 31 ) Sentenza tal-5 ta’ Marzu 1998 (C‑160/96, EU:C:1998:84).
( 32 ) Sentenza tal-5 ta’ Marzu 1998, Molenaar (C‑160/96, EU:C:1998:84, punti 22 sa 25). Ara wkoll, is-sentenza tat-8 Lulju 2004, Gaumain‑Cerri u Barth (C‑502/01 u C‑31/02, EU:C:2004:413, punti 19 u 20).
( 33 ) Sentenza tat-8 ta’ Marzu 2001 (C‑215/99, EU:C:2001:139, punt 28).
( 34 ) Sentenza tal-21 ta’ Frar 2006 (C‑286/03, EU:C:2006:125, punt 48). Ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-18 Ottubru 2007, Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑299/05, EU:C:2007:608, punt 61), kif ukoll tat-30 ta’ Ġunju 2011, da Silva Martins (C‑388/09, EU:C:2011:439, punti 43 sa 48).
( 35 ) Ara, f’dan ir-rigward, Jorens, Y., et“Coordination of Long‑term Care Benefits – current situation and future prospects”, Think Tank Report 2011, Training and Reporting on European Social Security, disponibbli fuq http://www.tress‑network.org/EUROPEAN%20RESOURCES/EUROPEANREPORT/trESSIII_ThinkTankReport‑LTC_20111026FINAL_amendmentsEC‑FINAL.pdf, p. 41 u 42.
( 36 ) Id-deċiżjoni tar-rinviju ma tippreċiżax fuq liema bażi L. TolleyL. L. Tolley ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-passat.
( 37 ) Sa fejn naf jien, huwa biss mill-1 ta’ Jannar 2007 li d-dritt Spanjol beda l-implementazzjoni progressiva ta’ dispożittiv ta’ responsabbiltà tad-dipendenza, permezz tal-Liġi 39/2006, tal-14 ta’ Diċembru 2006, dwar il-promozzjoni tal-awtonomija individwali u l-assistenza lejn persuni dipendenti (BOE Nru 299, tal-15 ta’ Diċembru 2006, p. 44142). Din l-evalwazzjoni taqa’ madankollu, b’mod definittiv, taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju.
( 38 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-12 ta’ Ġunju 1986, Ten Holder (302/84, EU:C:1986:242, punt 22), u tal-10 Lulju 1986, Luijten (60/85, EU:C:1986:307, punt 15).
( 39 ) Kull Stat Membru jiddisponu madankollu l-fakultà, taħt ċerti kundizzjonijiet, li jagħti benefiċċji tas-sigurtà soċjali lil ħaddiema li huma affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru ieħor [ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-20 ta’ Mejju 2008, Bosmann (C‑352/06, EU:C:2008:290, punt 31); tat-12 ta’ Ġunju 2012, Hudzinski u Wawrzyniak (C‑611/10 et C‑612/10, EU:C:2012:339, punt 68), kif ukoll tal-11 ta’ Settembru 2014, B. (C‑394/13, EU:C:2014:2199, punt 28)]. Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli ma jipprekludix li ħaddiem, filwaqt li jkun affiljat b’mod obbligatorju mal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, jibqa’ affiljat b’mod volontarju mal-iskema tal-Istat Membru li fih kien impjegat l-aħħar għall-fergħat li għalihom waqaf milli jkun affiljat b’mod obbligatorju [sentenza tas-7 Lulju 2005, van Pommeren‑Bourgondiën (C‑227/03, EU:C:2005:431, punti 36 sa 38)].
( 40 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-7 Lulju 2005, van Pommeren‑Bourgondiën (C‑227/03, EU:C:2005:431, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 41 ) B’mod partikolari, persuna li taħdem fi Stat Membru (jew, sussegwentement, f’diversi Stati Membri), tikseb fihom tipikament drittijiet għall-pensjoni li hija żżomm wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn Stat Membru ieħor. L‑Artikolu 17a tar-Regolament Nru 1408/71 jipprevedi tali każ sa fejn japplika għall-persuni li, filwaqt li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jirrisjedu fih, għandhom dritt għal pensjoni dovuta abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor.
( 42 ) Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs, fil-kawża Kuusijärvi (C‑275/96, EU:C:1997:613, punt 65) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-kawża Stewart (C‑503/09, EU:C:2011:159, punt 47).
( 43 ) Ara, b’mod partikolari l-Artikoli 12, 46a, 46b, 46c u 76 tar-Regolament Nru 1408/71 kif ukoll l-Artikoli 7 sa 10a tar-Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal‑21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l‑proċedura għall‑implementazzjoni tar‑Regolament Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 5, Vol. 1 p. 83).
( 44 ) B’hekk, kif osserva l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Kuusijärvi (C‑275/96, EU:C:1997:613, punt 54), “il-fatt li l-leġiżlazzjoni ta’ [l-Istat tal-aħħar impjieg ta’ persuna] tieqaf milli tkun applikabbli ma jfissirx neċessarjament, u lanqas ordinarjament, li din il-persuna titlef fl-istess ħin id-dritt tagħha għaż-żamma [ta’ benefiċċju li hija kienet tibbenefika minnu mingħand danl-Istat]”.
( 45 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-3 ta’ Mejju 2001, Il‑Kummissjoni vs Il‑Belġju (C‑347/98, EU:C:2001:236, punt 31).
( 46 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja tat deċiżjoni fis-sentenza da Silva Martins [sentenza tat-30 ta’ Ġunju 2011 (C‑388/09, EU:C:2011:439)], fir-rigward tan-natura esportabbli ta’ benefiċċji intiżi sabiex ikopru r-riskju ta’ dipendenza, li l-persuna kkonċernata kienet bdiet tirċievi mingħand l-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru, wara t-trasferiment tar-residenza tagħha lejn it-tieni Stat Membru. Madankollu, hija ma eżaminatx din il-kwistjoni taħt l-angolu tal-Artikolu 19(1) jew tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, iżda taħt dak tal-Artikoli 27 u 28 ta’ dan ir-regolament. Issa, dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, li japplikaw għall-“pensjonanti” ma jipprevedux is-sitwazzjoni ta’ L. TolleyL. L. Tolley. Fil-fatt, hija ma kinitx pensjonanta la taħt id-dritt tar-Renju Unit, u lanqas abbażi dak Spanjol.
( 47 ) Waqt is-seduta, il-Kummissjoni tidher li żammet hija wkoll din il-pożizzjoni (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet).
( 48 ) Ara l-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 49 ) Sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009 (C‑208/07, EU:C:2009:455, punt 46).
( 50 ) Fis-sentenza tas-16 ta’ Lulju 2009, von Chamier‑Glisczinski (C‑208/07, EU:C:2009:455, punti 44 sa 46), il-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma ħadet pożizzjoni fir-rigward tal-linja ta’ diviżjoni bejn il-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tal-Artikolu 19(1) u tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, ikkunsidrat li l-fatt li r-rikorrenti kienet ittrasferixxiet ir-residenza tagħha mill-Ġermanja lejn l-Awstrija filwaqt li kienet tibbenefika diġà minn benefiċċji tal-mard Ġermaniżi li tagħhom talbet l-esportazzjoni huwa favur l-applikabbiltà tat-tieni minn dawn id-dispożizzjonijiet.
( 51 ) Sentenza tal-31 ta’ Mejju 1979 (182/78, EU:C:1979:142, punt 7). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ma stabbilixxietx distinzjoni dwar jekk il-ħaddiem waqafx definittivament jew temporanjament kull attività professjonali.
( 52 ) B’hekk, l-Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprevedi l-“persuna impjegata” u l-“persuna li taħdem għal rasha”.
( 53 ) Skont il-Gvern tar-Renju Unit, dan japplika mill-ġurnata wara dik li fiha L. TolleyL. L. Tolley stabbilixxiet ir-residenza tagħha hemmhekk (ara l-punt 74 ta’ dawn il-konklużjonijiet).
( 54 ) Waqt is-seduta, il-Kummissjoni tidher li ddefendiet l-istess approċċ billi sostniet li l-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71 ma jipprevedix għajr il-persuni ekonomikament attivi, peress li l-persuni ekonomikament inattivi huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.
( 55 ) Huwa previst ukoll l-Istat Membru li fih tinsab “l-istituzzjoni li mingħandha l-persuna kkonċernata hija intitolata jew se tkun intitolata għall-benefiċċji jekk hi […] residenti fit-territorju ta’ l-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni”.
( 56 ) L-Artikolu 71(a) tar-Regolament Nru 1408/71 jipprevedi, essenzjalment, li ħaddiem impjegat fruntalier li jirreġistra għax-xogħol li, matul l-aħħar impjieg tiegħu, kien jirrisjedi fit-territorju “Stat Membru differenti mill-Istat kompetenti” jibbenefika minn benefiċċji tal-qgħad, kemm mingħand l-istituzzjoni kompetenti (jekk ikun qed jirreġistra għax-xogħol parzjalment jew inċidentalment), u kemm mingħand l-istituzzjoni tal-pajjiż li jirrisjedi fih (jekk ikun qed jirreġistra għax-xogħol kompletament).
( 57 ) Sentenza tal-11 ta’ Novembru 2004 (C‑372/02, EU:C:2004:705, punt 29).
( 58 ) Sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1998 (C‑275/96, EU:C:1998:279).
( 59 ) Sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1998, Kuusijärvi (C‑275/96, EU:C:1998:279, punt 71).
( 60 ) Barra minn hekk, l-Artikolu 73 tar-Regolament Nru 1408/71 jagħmel riferiment, mhux għall-“Istat kompetenti”, iżda għall-Istat Membru li l-ħaddiem ikun suġġett għal-leġiżlazzjoni tiegħu.
( 61 ) Regolament tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1991, li jemenda r-Regolament Nru 1408/71 u r-Regolament Nru 574/72 (ĠU L 206, p. 2).
( 62 ) Sentenza tat-12 ta’ Ġunju 1986 (302/84, EU:C:1986:242, punt 15).
( 63 ) Ara s-sentenzi tal-21 ta’ Frar 1991, Noij (C‑140/88, EU:C:1991:64, punti 9 u 10); tal-21 ta’ Frar 1991, Daalmeijer (C‑245/88, EU:C:1991:66, punti 12 u 13), u tal-10 ta’ Marzu 1992, Twomey (C‑215/90, EU:C:1992:117, punt 10).
( 64 ) F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dispożizzjonijiet tat-Titoli II u III tar-Regolament Nru 1408/71 ma jopponux li persuna li ssib ruħha f’tali sitwazzjoni tiġi suġġetta għad-dritt tal-Istat Membru fejn hija tirrisjedi [ara s-sentenza tal-21 ta’ Frar 1991, Noij (C‑140/88, EU:C:1991:64, punt 15)].
( 65 ) Ara t-tielet premessa tar-Regolament Nru 2195/91.
( 66 ) Ara s-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 1998, Kuusijärvi (C‑275/96, EU:C:1998:279, punt 40).
( 67 ) Bl-istess mod, ħaddiem vittma ta’ inċident tax-xogħol jew ta’ marda kkaġunata mix-xogħol fi Stat Membru titlef, wara li l-attività professjonali tiegħu tintemm u t-trasferiment tar-residenza tiegħu lejn Stat Membru ieħor, il-benefiċċji fir-rigward tal-inċidenti fuq ix-xogħol u l-mard ikkaġunat mix-xogħol min-naħa tal-ewwel Stat Membru abbażi tal-Artikolu 55(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni, bħall-Artikolu 22(1)(b) ta’ dan ir-regolament, tipprevedi l-ħaddiem li “wara li [sar intitolat] għall-benefiċċji li għandhom ikunu ċċarġjati lill-istituzzjoni kompetenti, [huwa awtorizzat] minn dik l-istituzzjoni biex [jirritorna] fit-territorju ta’ l-Istat Membru fejn [jabita], jew li [jittrasferixxi] r-residenza [tiegħu] fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor”.
( 68 ) Ara s-sitt premessa tar-Regolament Nru 1408/71.
( 69 ) Ara l-ewwel u t-tieni premessi tar-Regolament Nru 1408/71.
( 70 ) Konklużjonijiet fil-Kawża Kuusijärvi (C‑275/96, EU:C:1997:613, punt 65). Bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern tar-Renju Unit, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ċaħditx tali approċċ (ara l-punt 107 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Ara wkoll, b’analoġija, is-sentenza tat-30 ta’ Ġunju 1966, Vaassen‑Göbbels (61/65, EU:C:1966:39, p. 399) u l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Darmon fil-kawża Newton (C‑356/89, EU:C:1991:98, punt 23).
( 71 ) Fuq din il-bażi, nikkonstata li l-Upper tribunal (qorti superjuri) ikkunsidra li L. TolleyL. L. Tolley kellha d-dritt sabiex tesporta l-element tad-dipendenza tad-DLA wara t-trasferiment tar-residenza tagħha, minkejja li ma kellhiex awtorizzazzjoni għal dan il-għan [Secretary of State for Work and Pensions vs LT (DLA) [2012] UKUT 282 (AAC), punti 88 u 89].
( 72 ) Din il-kunsiderazzjoni tidher partikolarment rilevanti meta l-Istat debitur tal-benefiċċju inkwistjoni [li huwa l-Istat kompetenti fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament Nru 1408/71] huwa wkoll l-Istat kompetenti abbażi tar-regoli ta’ kunflitt stabbiliti fl-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, fis-sens li jkun obbligat, b’mod ġenerali, sabiex isostni l-ispejjeż tal-assigurazzjoni għall-mard relatati mad-deterjorazzjoni fis-saħħa tal-parti kkonċernata. Madankollu dan huwa validu wkoll meta l-Istat debitur ta’ dan il-benefiċċju ma jibqax iktar l-Istat kompetenti abbażi ta’ dawn ir-regoli ta’ kunflitt. Fil-fatt, f’tali każ, l-Istat debitur tal-imsemmi benefiċċju jibqa’, jekk ikun il-każ, marbut sabiex ikompli jħallasha għal perijodu iktar twil bl-applikazzjoni tal-Artikolu 22(1)(b) tal-imsemmi regolament.
( 73 ) Ara, b’analoġija, fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, stabbilita fl-Artikolu 22(1)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71, is-sentenza tat-23 Ottubru 2003, Inizan (C‑56/01, EU:C:2003:578, punt 24).
( 74 ) Ara b’mod partikolari, is-sentenza tal-14 ta’ Ottubru 2010, van Delft et. (C‑345/09, EU:C:2010:610, punt 99 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 75 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tal-20 ta’ Mejju 2008, Bosmann (C‑352/06, EU:C:2008:290, punti 27 sa 31).
( 76 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-12 ta’ Ġunju 2012, Hudzinski u Wawrzyniak (C‑611/10 u C‑612/10, EU:C:2012:339, punt 57).