|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6531 |
4.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12210 — PHOENIX/HAEMATO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6531)
1.
Fis-26 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PHOENIX Deutschland Holding GmbH (“Phoenix”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn PHOENIX Pharma SE (il-Ġermanja), |
|
— |
HAEMATO PHARM GmbH (“Haemato”, il-Ġermanja), li bħalissa hija kkontrollata minn MPH Health Care AG (il-Ġermanja). |
Phoenix se takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Haemato kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Phoenix hija fornitur integrat tal-kura tas-saħħa attiva fil-Ġermanja u f’pajjiżi Ewropej oħra. Hija attiva prinċipalment fid-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ prodotti farmaċewtiċi, kif ukoll fil-bejgħ bl-imnut tal-farmaċija, fil-ġestjoni tal-inventarju u fis-soluzzjonijiet loġistiċi, u servizzi oħra għall-industrija farmaċewtika, |
|
— |
Haemato huwa bejjiegħ bl-ingrossa speċjalizzat li jiddistribwixxi prodotti farmaċewtiċi għall-HIV/AIDS, in-newroloġija, l-onkoloġija, ir-rewmatoloġija, u l-oftalmoloġija fil-Ġermanja u fl-Awstrija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12210 — PHOENIX / HAEMATO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6531/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)