|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4357 |
11.8.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12543 – INEOS / SINOPEC / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/4357)
1.
Fil-31 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
China Petroleum & Chemical Corporation (“Sinopec”, iċ-Ċina), |
|
— |
INEOS AG (“INEOS”, l-Iżvizzera). |
Sinopec u INEOS se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Sinopec huwa grupp petroliferu u petrokimiku bil-kwartieri ġenerali f’Beijing, |
|
— |
INEOS hija konglomerat bi sjieda privata li jipproduċi firxa ta’ kimiċi inklużi petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità u prodotti taż-żejt. |
3.
L-Impriża Konġunta se jkollha u se topera impjant tal-polietilen ta’ densità għolja fi Tianjin, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u se tikkummerċjalizza u tbigħ diversi prodotti tal-polietilen ta’ densità għolja manifatturati fl-impjant fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12543 — INEOS / SINOPEC / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4357/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)