<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-404/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0404</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:588">EU:C:2018:588</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20180725">25.7.2018</DATE> – Kawża C‑404/17</HT></P><P>A</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Isvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika tal-ażil</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2013/32/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 31(8) u Artikolu 32(2)</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ regoli nazzjonali dwar dan il-kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Dikjarazzjonijiet tal-applikant meqjusa bħala affidabbli iżda insuffiċjenti fid-dawl tan-natura sodisfaċenti tal-protezzjoni offruta mill-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑404/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Förvaltningsrätten i Malmö – Migrationsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva sedenti f’Malmö, li tiddeċiedi kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni, l-Isvezja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20170703">3 ta’ Lulju 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">A</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Migrationsverket,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J.‑C. Bonichot (Relatur), A. Arabadjiev, S. Rodin, u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn A. Falk, C. Meyer‑Seitz, H. Shev u L. Zettergren, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn R. Fadoju, C. Crane u S. Brandon, bħala aġenti, assistiti minn D. Blundell, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Simonsson u M. Condou‑Durande, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn A u l-Migrationsverket (l-Uffiċċju tal-Migrazzjoni, l-Isvezja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jiċħad l-applikazzjoni ta’ A għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat u għal awtorizzazzjoni ta’ residenza, li jordna r-ritorn tiegħu lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li jipprojbixxilu milli jirritorna l-Isvezja għal sentejn.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(4)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE ta’ l‑<DATE ISO="20051201">1 ta’ Diċembru 2005</DATE> dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar ta’ l-istatus ta’ rifuġjat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175M" PAGE.FIRST="168" DATE.PUB="2005">ĠU L 175M, p. 168</REF.DOC.OJ>) huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu li tiġi prijoritizzata jew aċċelerata proċedura ta’ eżami konformement mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II jekk:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-applikant ressaq sottomissjonijiet inkonsistenti, kontradittorji, improbabbli jew insuffiċjenti li jagħmlu t-talba tiegħu xejn konvinċenti fir-rigward tal-kwistjoni jekk kienx jew le l-oġġett ta’ persekuzzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2013/32 tipprovdi, fil-premessi 11, 12, 18, 40, 41 u 42 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(11)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni komprensiva u effiċjenti tal-ħtiġijiet tal-protezzjoni internazzjoni tal-applikanti fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>)], il-qafas tal-Unjoni dwar il-proċeduri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali għandu jkun ibbażat fuq il-kunċett ta’ proċedura unika.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>L-għan ewlieni ta’ din id-Direttiva hu li jiġu żviluppati aktar l-istandards għall-proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali bl-għan li tiġi stabbilita proċedura komuni tal-asil fl-Unjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Huwa fl-interessi ta’ kemm l-Istati Membri kif ukoll tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li deċiżjoni tittieħed malajr kemm jista’ jkun dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr preġudizzju għat-twettiq ta’ eżami xieraq u komplut</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(40)</NO.P><TXT>Konsiderazzjoni ċentrali ta’ bażi tajba għall-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali hija s-sigurtà tal-applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Meta pajjiż terz ikun jista’ jiġi meqjus bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikklassifikawh bħala bla periklu u jassumu s-sigurtà tiegħu għal applikant partikolari, sakemm huwa ma jippreżentax kontraindikazzjonijiet.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(41)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-livell ta’ armonizzazzjoni milħuq dwar il-kwalifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u ta’ persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu stabbiliti kriterji komuni sabiex pajjiżi terzi jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(42)</NO.P><TXT>L-indikazzjoni ta’ pajjiż terz bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet ta’ din id-Direttiva ma tistax tistabbilixxi garanzija ta’ sigurtà assoluta għaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Fin-natura stess tagħha, il-valutazzjoni li tkun il-bażi tal-indikazzjoni tista’ tieħu kont biss taċ-ċirkostanzi ċivili, legali u politiċi ġenerali f’dak il-pajjiż u tikkunsidra jekk l-awturi tal-persekuzzjoni, tat-tortura jew ta’ trattament jew kastig inuman jew degradanti humiex suġġetti għal sanzjonijiet fil-prattika meta jinstabu responsabbli f’dak il-pajjiż. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li, fejn applikant juri li jkun hemm raġunijiet validi sabiex il-pajjiż ma jiġix kunsidrat bħala wieħed bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu, l-indikazzjoni tal-pajjiż bħala wieħed bla periklu ma tistax aktar tiġi meqjusa bħala relevanti għalih.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu stabbiliti proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal- protezzjoni internazzjonali […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Proċedura ta’ eżami<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, li bih jibda l-Kapitolu III, li min-naħa tiegħu għandu t-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Proċeduri ta’ prima istanza<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jipproċessaw l-applikazzjonijet għall-protezzjoni internazzjonali fi proċedura ta’ eżami b’konformità mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ eżami tkun konkluża mill-aktar fis possibbli, mingħajr preġudizzju għal eżami adegwat u komplet.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedura ta’ eżami tkun konkluża fi żmien sitt xhur mill-preżentata tal-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li proċedura ta’ eżami konformi mal-prinċipji u l-garanziji bażiċi tal-Kapitolu II tiġi mgħaġġla u/jew titmexxa fil-fruntiera jew fiż-żoni ta’ transitu taħt l-Artikolu 43 jekk:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikant, fil-preżentazzjoni tal-applikazzjoni tiegħu/tagħha u fil-preżentazzjoni tal-fatti, qajjem biss kwistjonijiet li mhumiex relevanti għall-eżami dwar jekk huwa/hija jikkwalifikax/tikkwalifikax jew le bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-applikant ikun ġej minn pajjiż ta’ oriġini bla periklu skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva jew</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-applikant ikun għamel rappreżentazzjonijiet li b’mod ċar kienu inkonsistenti u kontradittorji li jkunu foloz jew manifestament improbabbli jew insuffiċjenti li jikkontradixxu informazzjoni vverfikata kif xieraq dwar il-pajjiż ta’ oriġini, li konsegwentement jwasslu biex it-talba<?PAGE NO="4"?> tiegħu/tagħha ma tkunx tidher konvinċenti fir-rigward tad- jekk huwa/hija jikkwalifikaw/tikkwalifikax bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95]; jew</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>F’każijiet ta’ applikazzjonijiet bla bażi li fihom tapplika kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 31(6) l-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw applikazzjoni bħala manifestament bla bażi jekk tkun definita hekk fil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Pajjiż terz indikat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ din id-Direttiva jista’, wara eżami individwali tal-applikazzjoni, ikun ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu għal applikant partikolari biss jekk:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-applikant ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza ta’ dak il-pajjiż; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-applikant ikun/tkun persuna apolida u kien/kienet, preċedentement, abitwalment residenti f’dak il-pajjiż;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>u ma ppreżenta/ppreżentat l-ebda raġuni serja sabiex il-pajjiż ma jiġix ikkunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fiċ-ċirkostanzi partikolari tiegħu/tagħha fis-sens tal-kwalifika tiegħu/tagħha bħala benefiċjarju/benefiċjarja ta’ protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva [2011/95].</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fil-liġi nazzjonali regoli u modalitajiet ulterjuri għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini bla periklu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2013/32, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi terzi kkunsidrati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jżommu fis-seħħ jew jintroduċu leġislazzjoni li tippermetti, konformement mal-Anness I, l-indikazzjoni nazzjonali ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-eżami ta’ applikazzjonijiet għall- protezzjoni internazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jirrivedu regolarment is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu taħt dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valutazzjoni ta’ pajjiż sabiex jiġi determinat jekk huwiex pajjiż ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu għandha tkun ibbażata fuq firxa ta’ sorsi ta’ informazzjoni, inkluż b’mod partikolari informazzjoni mill-Istati Membri, mill-[Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)], mill-[Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR)], mill-Kunsill tal-Ewropa u minn organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-pajjiżi li jiġu indikati bħala pajjiżi ta’ oriġini bla periklu konformement ma’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Anness I ta’ din id-direttiva, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Indikazzjoni ta’ pajjiżi ta’ oriġini bla periklu għall-finijiet tal-Artikolu 37(1)<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Pajjiż ikun kunsidrat bħala pajjiż ta’ oriġini bla periklu fejn, abbażi tas-sitwazzjoni legali, l-applikazzjoni tal-liġi fi ħdan sistema demokratika u ċ-ċirkostanzi politiċi ġenerali, ikun jista’ jiġi muri li ġeneralment u konsistentement ma hemmx persekuzzjoni kif definita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva [2011/95], ebda tortura jew trattament jew punizzjoni inumani jew degradanti, u ebda theddida minn vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat internazzjonali jew intern.</P><P>Meta ssir din il-valutazzjoni, għandu jittieħed kont inter alia tal-entità tal-protezzjoni pprovduta kontra l-persekuzzjoni jew it-trattament ħażin permezz ta’ dawn li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-liġijiet u r-regolamenti relevanti tal-pajjiż u l-mod li bih huma applikati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-osservanza tad-drittijiet u l-libertajiet stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali[, iffirmata f’Ruma fl‑<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>,] u/jew il-Ftehim Internazzjonali għad-Drittijiet Ċivili u Politiċi[, adottat fis‑<DATE ISO="19661216">16 ta’ Diċembru 1966</DATE> mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti,] u/jew il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura, b’mod partikolari d-drittijiet li minnhom ma tistax issir deroga taħt l-Artikolu 15(2) tal-Konvenzjoni Ewropea msemmija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ir-rispett għall-prinċipju ta’ non-refoulement b’konformita’ mal-[Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati, iffirmata f’Genève fit‑<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE>];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>id-dispożizzjonijiet li jipprovdu għal sistema ta’ rimedji effettivi kontra l-ksur ta’ dawk id-drittijiet u l-libertajiet.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tad-Direttiva 2013/32, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Id-dritt għal rimedju effettiv<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jinkludi l-paragrafi 5 u 6 li huma redatti kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.005"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>5.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-applikanti li jibqgħu fit-territorju tagħhom sakemm jiskadi ż-żmien li fih ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv jew, meta tali dritt ġie eżerċitat fil-limitu ta’ żmien, sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ li tittieħed deċiżjoni:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li tikkunsidra applikazzjoni bħala manifestament bla bażi taħt l-Artikolu 32(2) […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>qorti jew tribunal għandu jkollu s-setgħa li jiddeċiedi jekk l-applikant jistax jibqa’ jew le fit-territorju tal-Istat Membru, jew fuq talba tal-applikant jew billi jiddeċiedi ex officio, jekk tali deċiżjoni tirriżulta fit-terminazzjoni tad-dritt tal-applikant li jibqa’ fl-Istat Membru u fejn, f’każijiet bħal dawn, id-dritt ta’ rimanenza fl-Istat Membru sa meta joħroġ ir-riżultat tar-rimedju ma tkunx prevista fil-liġi nazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Svediż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li d-dritt Svediż ma jinkludi ebda dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolamentari dwar il-pajjiżi ta’ oriġini siguri fis-sens tad-Direttiva 2013/32.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-paragrafu 19 tal-Kapitolu 8 tal-utlänningslag (il-Liġi dwar il-Barranin) (SFS 2005, Nru 716), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ sal‑<DATE ISO="20161231">31 ta’ Diċembru 2016</DATE>, kien jipprevedi li l-Uffiċċju seta’ jordna l-eżekuzzjoni immedjata tad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija tiegħu, u dan anki qabel ma dawn ikunu saru definittivi, jekk l-applikazzjoni għall-ażil kienet manifestament infondata u manifestament ma kienx hemm raġuni oħra sabiex l-applikant jingħata permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, din id-dispożizzjoni ġiet emendata b’effett mill‑<DATE ISO="20170101">1 ta’ Jannar 2017</DATE> sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni, fid-dritt Svediż, ir-riformulazzjoni tal-proċeduri tal-asil imwettqa mid-Direttiva 2013/32 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 31(8) tagħha. L-Uffiċċju jista’ għalhekk, minn din id-data, jordna l-eżekuzzjoni immedjata tad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija tiegħu, u dan anki qabel ma dawn ikunu saru definittivi, meta l-fatti pprovduti miċ-ċittadin barrani huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>irrilevanti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għall-finijiet tal-applikazzjoni għall-ażil tiegħu, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ma humiex affidabbli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, b’tali mod li l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu għandha titqies bħala manifestament infondata u, barra minn hekk, permess ta’ residenza manifestament ma jistax jingħata għal motiv ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li f’Marzu 2017 A, ċittadin Serb, ippreżenta applikazzjoni għall-ażil u għal awtorizzazzjoni ta’ residenza fl-Isvezja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn ta’ din l-applikazzjoni, huwa sostna li, bejn l‑2001 u l‑2003, huwa kien vittma ta’ theddid u ta’ vjolenza minn grupp paramilitari illegali u li huwa kien ressaq ilment kontra dan il-grupp fl‑2003. Huwa rrefera għall-fatt li sal‑2012 huwa kien f’programm ta’ protezzjoni tax-xhieda mmexxi mill-awtoritajiet Serbi u mill-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (MTNUK), iżda li din il-protezzjoni wasslitu sabiex jitqiegħed f’diversi postijiet fis-Serbja, inkluż fil-ħabs. Tali kundizzjonijiet wassluh, sa mill‑2012, sabiex jirrinunzja għall-istatus ta’ xhud protett u sabiex jippreferi jieħu refuġju fil-villaġġ ta’ oriġini tiegħu, u dan minkejja theddid ta’ mewt li huwa kien baqa’ jirċievi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Uffiċċju ċaħad din l-applikazzjoni peress li qies li din kienet manifestament infondata minħabba li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant innifsu, ir-Repubblika tas-Serbja kienet f’pożizzjoni li toffrilu protezzjoni effettiva u li prinċipalment huma l-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini li għandhom jiżguraw protezzjoni kontra theddid bħal dak li huwa jqis li kien is-suġġett tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Flimkien ma’ din iċ-ċaħda kien hemm l-obbligu ta’ tluq mit-territorju b’effett immedjat fid-dawl tal-assenza manifesta ta’ element li jippermetti li tintlaqa’ l-applikazzjoni għall-ażil u tal-fatt li A ma kienx ressaq argumenti rilevanti insostenn tal-applikazzjoni tiegħu għal permess ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>A appella mid-deċiżjoni tal-Uffiċċju quddiem il-Förvaltningsrätten i Malmö — Migrationsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva sedenti f’Malmö, li tiddeċiedi kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni, l-Isvezja), li ssospendiet l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ tluq mit-territorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti tistaqsi dwar kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32, li, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) tal-istess direttiva, jippermetti lill-Istati Membri jiċħdu ċerta applikazzjonijiet bħala manifestament infondati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn il-ċirkustanzi il-Förvaltningsrätten i Malmö — Migrationsdomstolen (il-Qorti Amministrattiva sedenti f’Malmö, li tiddeċiedi kwistjonijiet dwar l-immigrazzjoni), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Applikazzjoni li fiha l-informazzjoni, pprovduta mill-applikant, li hija meqjusa bħala affidabbli – u li sservi għalhekk bħala bażi għall-eżami tal-imsemmija applikazzjoni [–], iżda insuffiċjenti sabiex tistabbilixxi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali fuq il-bażi li l-informazzjoni mill-pajjiż tal-oriġini tindika li l-awtoritajiet joffru protezzjoni aċċettabbli, għandha tiġi meqjusa bħala manifestament infondata skont l-Artikolu 31(8) tad-Direttiva riformulata 2013/32?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies bħala manifestament infondata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, minn naħa, mill-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jirriżulta li protezzjoni aċċettabbli tista’ tiġi żgurata lilu f’dak il-pajjiż u, min-naħa l-oħra, dan l-applikant ipprovda informazzjoni insuffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ma adottax regoli li jimplimentaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Uffiċċju, essenzjalment, ċaħad l-applikazzjoni ta’ A bħala manifestament infondata skont id-dritt nazzjonali li jittrasponi d-Direttiva 2013/32, għall-motivi kkunsidrati flimkien li, fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, is-Serbja, kien hemm protezzjoni effikaċi u huwa ma kienx wera’ li dan il-pajjiż ma kienx joffrilu protezzjoni suffiċjenti kontra t-theddid li huwa kien iqis li kien is-suġġett tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’dan il-mod, l-Uffiċċju bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq raġunament simili għal dak li jipprevedu l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2013/32 għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali ppreżentati miċ-ċittadini ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu skema partikolari ta’ eżami bbażata fuq forma ta’ preżunzjoni konfutabbli ta’ protezzjoni suffiċjenti fil-pajjiż ta’ oriġini, li tista’ tiġi kkonfutata mill-applikant jekk huwa jagħti prova ta’ raġunijiet imperattivi relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ tali raġunijiet imperattivi, l-applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda bħala manifestament infondata, skont id-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 31(8)(b) u tal-Artikolu 32(2) tad-Direttiva 2013/32, jekk is-sitwazzjoni kkonċernata— f’dan il-każ il-fatt li l-applikant ġej minn pajjiż ta’ oriġini sigur— hija ddefinita bħala tali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Waħda mill-konsegwenzi għall-persuna kkonċernata li l-applikazzjoni tagħha tiġi miċħuda fuq din il-bażi hija li, kuntrarjament għal dak li huwa previst fil-każ ta’ ċaħda sempliċi, hija ma tistax tiġi awtorizzata tibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru li fih tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni sal-eżitu tal-appell tagħha, hekk kif jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 46(5) u (6) tad-Direttiva 2013/32.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kull Stat Membru għandu jindika pajjiżi ta’ oriġini siguri fis-sens ta’ din il-leġiżlazzjoni, skont il-modalitajiet previsti fl-Artikoli 36 u 37 kif ukoll fl-Anness I tad-Direttiva 2013/32, jiġifieri, b’mod partikolari, l-adozzjoni mil-leġiżlatur nazzjonali ta’ lista ta’ pajjiżi terzi skont il-kriterji stabbiliti fl-Anness I, l-istabbiliment ta’ regoli u ta’ modalitajiet supplimentari ta’ implimentazzjoni, in-notifika lill-Kummissjoni tal-lista ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri u r-reviżjoni regolari tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika f’dan ir-rigward li, fid-data tad-deċiżjoni kkontestata fil-kawża prinċipali, li fiha t-terminu għat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2013/32 kien skada, ir-Renju tal-Isvezja la kien adotta dispożizzjonijiet bħal dawk imsemmija fil-punt preċedenti, u lanqas kien ippreveda li l-fatt li persuna tkun ġejja minn pajjiż ta’ oriġini sigur jista’ jwassal għal ċaħda tal-applikazzjoni bħala manifestament infondata fis-sens tal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li, skont il-premessi 11 u 12 kif ukoll skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2013/32, il-qafas għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali huwa bbażat fuq il-kunċett ta’ proċedura unika u fuq regoli minimi komuni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>D.u A.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑175/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:45">EU:C:2013:45</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Stat Membru ma jistax, għaldaqstant, jibbaża ruħu fuq il-preżunzjoni konfutabbli stabbilita mir-regoli tad-Direttiva 2013/32 dwar il-proċeduri bbażati fuq il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur mingħajr ma jwettaq ukoll implimentazzjoni sħiħa ta’ dawn ir-regoli fir-rigward tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi li huwa għandu jadotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dubji espressi mill-qorti tar-rinviju fir-rigward tal-possibbiltà, abbażi tal-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32, li applikazzjoni titqies bħala manifestament infondata minħabba li d-dikjarazzjonijiet tal-applikant huma insuffiċjenti, għandu jitfakkar li din id-direttiva rriformulat id-Direttiva 2005/85.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa veru li l-Artikolu 23(4)(g) tad-Direttiva 2005/85, kien jirreferi għall-każ ta’ dikjarazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>insuffiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> tal-applikant, l-Artikolu 31(8)(e) tad-Direttiva 2013/32, li ssostitwixxa din id-dispożizzjoni, ma jsemmix iktar dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kliem tal-Artikolu 31(8)(e) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, jirriżulta li Stat Membru ma jistax iqis applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala manifestament infondata minħabba n-natura insuffiċjenti tad-dikjarazzjonijiet tal-applikant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies bħala manifestament infondata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, minn naħa, mill-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jirriżulta li protezzjoni aċċettabbli tista’ tiġi żgurata lilu f’dak il-pajjiż u, min-naħa l-oħra, dan l-applikant ipprovda informazzjoni insuffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ma adottax regoli li jimplimentaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 31(8)(b) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE> dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri flimkien mal-Artikolu 32(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali titqies bħala manifestament infondata f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha, minn naħa, mill-informazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tal-applikant jirriżulta li protezzjoni aċċettabbli tista’<?PAGE NO="9"?> tiġi żgurata lilu f’dak il-pajjiż u, min-naħa l-oħra, dan l-applikant ipprovda informazzjoni insuffiċjenti sabiex jiġi ġġustifikat l-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali, meta l-Istat Membru li fih ġiet ippreżentata l-applikazzjoni ma adottax regoli li jimplimentaw il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini sigur.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>