<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑660/11</NO.CASE><NO.CASE>C‑8/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0660</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:550">EU:C:2013:550</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20130912">12.9.2013</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C‑660/11 U C‑8/12</P><P>BIASCI <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20130912">12 ta’ Settembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Libertà ta’ stabbiliment</KEYWORD><KEYWORD>Libertà li jiġu pprovduti servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 43 KE u 49 KE</KEYWORD><KEYWORD>Logħob tal-ażżard</KEYWORD><KEYWORD>Ġbir ta’ mħatri</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija kif ukoll ta’ liċenzja</KEYWORD><KEYWORD>Leġizlazzjoni nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Distanzi minimi obbligatorji bejn il-postijiet fejn isir il-ġbir ta’ mħatri</KEYWORD><KEYWORD>Attivitajiet transkonfinali li jistgħu jitqiesu li huma simili għal dawk li huma s-suġġett tal-liċenzja</KEYWORD><KEYWORD>Projbizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C‑660/11 u C‑8/12,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Toscana (l-Italja), permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20111205">5 ta’ Diċembru 2011</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja, rispettivament, fis-<DATE ISO="20111227">27 ta’ Diċembru 2011</DATE> u fit-<DATE ISO="20120102">2 ta’ Jannar 2012</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Daniele Biasci,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alessandro Pasquini,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Andrea Milianti,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gabriele Maggini,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Elena Secenti,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gabriele Livi</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Interno,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Questura di Livorno,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">SNAI – Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA</HT> (C-660/11),</P></PRESENCE><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Cristian Rainone,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Orentino Viviani,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Miriam Befani</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Interno,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Questura di Prato,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Questura di Firenze,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">SNAI – Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stanley International Betting Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Stanleybet Malta ltd.</HT> (C-8/12),</P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, E. Jarašiūnas, A. Ó Caoimh, C. Toader (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20130418">18 ta’ April 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal D. Biasci, A. Pasquini, A. Milianti, G. Maggini, E. Secenti, G. Livi, C. Rainone, O. Viviani u M. Befani, minn A. Dossena u F. Donati, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal SNAI - Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA, minn G. Viciconte, C. Sambaldi, A. Fratini u F. Filpo, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stanley International Betting Ltd, minn D. Agnello, A. Piccinini u M. Mura, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Stanleybet Malta ltd., minn R. Jacchia, A. Terranova, F. Ferraro, D. Agnello u A. Piccinini, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato, u minn A. Bizzarai, espert,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck u R. Verbeke, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Malti, minn A. Buhagiar, bħala aġent, assistita minn G. Kimberley, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, A.P. Barros u A. Silva Coelho, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Traversa, D. Nardi u I. V. Rogalski, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="3"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 43 KE u 49 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet tressqu fil-kuntest ta’ kawżi bejn, minn naħa, D. Biasci, A. Pasquini, A. Milianti, G. Maggini, E. Secenti u G. Livi, u, min-naħa l-oħra, il-Ministero dell’Interno (Ministeru tal-Intern) u l-Questura di Livorno (il-Prefettura tal-Pulizjia ta’ Livorno) (Kawża C‑660/11) u bejn, minn naħa, C. Rainone, O. Viviani u M. Befani, u, min-naħa l-oħra, il-Ministero dell’Interno, il-Questura di Prato (il-Prefettura tal-Pulizjia ta’ Prato) u l-Questura di Firenze (il-Prefettura tal-Pulizjia ta’ Firenza) (Kawża C-8/12).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Taljana tipprovdi, essenzjalment, li l-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ ġbir u ta’ ġestjoni tal-imħatri jeħtieġ il-kisba ta’ liċenzja wara sejħa għal offerti u ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija. Kull ksur ta’ din il-leġiżlazzjoni huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-liċenzji</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Sakemm il-leġiżlazzjoni applikabbli ġiet emendata fl-2002, l-operaturi kkostitwiti bħala kumpanniji b’kapital azzjonarju li l-azzjonijiet tagħhom kienu kkwotati fis-swieq irregolati ma setgħux jingħataw liċenzja għal-logħob tal-ażżard. Dawn l-operaturi kienu konsegwentement esklużi mis-sejħiet għal offerti għall-għoti ta’ liċenzji li saru fl-1999. L-illegalità ta’ din l-esklużjoni fid-dawl tal-Artikoli 43 KE u 49 KE ġiet ikkonstatata b’mod partikolari fis-sentenza tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" PAGE.ECR="I-1891" YEAR="2007">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 223, tal-<DATE ISO="20060704">4 ta’ Lulju 2006</DATE>, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti għall-irpiljar ekonomiku u soċjali, għall-kontroll u r-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż pubbliċi, u interventi fil-qasam tad-dħul fiskali u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali, mibdul f’liġi bil-Liġi Nru 248, tal-<DATE ISO="20060804">4 ta’ Awwissu 2006</DATE> (GURI Nru 18, tal-<DATE ISO="20060811">11 ta’ Awwissu 2006</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Digriet Bersani<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), għamel riforma fis-settur tal-logħob fl-Italja, intiża sabiex tiżgura li dan is-settur ikun konformi mar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tad-Digriet Bersani, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Miżuri tal-ġlieda kontra l-logħob illegali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu, l-adozzjoni, qabel il-<DATE ISO="20061231">31 ta’ Diċembru 2006</DATE>, ta’ serje ta’ dispożizzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>bil-għan tal-ġlieda kontra t-tixrid tal-logħob irregolari u illegali u kontra l-evażjoni u l-frodi fiskali fis-settur tal-logħob, kif ukoll sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-lagħaba<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(2) u (4) tad-Digriet Bersani jistabbilixxi modalitajiet ġodda ta’ distribuzzjoni ta’ logħob tal-ażżard marbut, minn naħa, mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel u, min-naħa l-oħra, mat-tiġrijiet taż-żwiemel. B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>huwa previst li jinfetħu minn tal-inqas <FT TYPE="NUMBER">7000</FT> punti ta’ bejgħ ġodda għal-logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel u minn tal-inqas <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> punti ta’ bejgħ ġodda għal-logħob tal-ażżard marbut mat-tiġrijiet taż-żwiemel;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>in-numru massimu ta’ punti ta’ bejgħ għal kull komun huwa stabbilit skont in-numru ta’ abitanti u filwaqt li jitqiesu l-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà ngħatat liċenzja wara s-sejħa għal offerti tal-1999;</P></ITEM><ITEM><P>il-punti ta’ bejgħ ġodda għandhom josservaw distanza minima minn dawk li għalihom diġà ngħatat liċenzja wara s-sejħa għal offerti tal-1999;</P></ITEM><ITEM><P>l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>AAMS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li topera taħt il-patroċinju tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, hija responsabbli għad-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>definizzjoni tal-modalitajiet ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> tad-detenturi ta’ liċenzja mogħtija wara s-sejħa għal offerti tal-1999.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-awtorizzazzjonijiet tal-pulizija</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ liċenzji hija strettament marbuta ma’ sistema ta’ awtorizzazzjonijiet mill-pulizija rregolata mid-Digriet Irjali Nru 773, li japprova test uniku tal-liġijiet fil-qasam tas-sigurtà pubblika (Regio decreto n. 773 – Testo unico delle leggi di pubblica sicurezza), tat-<DATE ISO="19310618">18 ta’ Ġunju 1931</DATE> (GURI Nru 146, tas-<DATE ISO="19310626">26 ta’ Ġunju 1931</DATE>), kif emendat bl-Artikolu 37(4) tal-Liġi Nru 388, tat-<DATE ISO="20001223">23 ta’ Diċembru 2000</DATE> (supplement ordinarju tal-GURI Nru 302, tad-<DATE ISO="20001229">29 ta’ Diċembru 2000</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Digriet Irjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 88 ta’ dan id-digriet irjali, awtorizzazzjoni tal-pulizija li teħtieġ numru ta’ kontrolli fir-rigward tal-kwalitajiet personali u professjonali tal-applikant, tista’, fis-settur tal-logħob tal-ażżard, tingħata biss lil dawk li jkollhom liċenzja. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni Taljana tipprovdi sanzjonijiet kriminali li jistgħu jinkludu sena priġunerija għal kull min joffri l-logħob tal-ażżard lill-pubbliku mingħajr ma jkollu liċenzja jew awtorizzazzjoni tal-pulizija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti skont id-Digriet Bersani</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Digriet Bersani ġew implementati mill-AAMS permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għal offerti li saru matul is-sena 2006. Id-dokumentazzjoni li tirrigwarda s-sejħiet għal offerti kienet tinkludi b’mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt li jinkludu tmien annessi kif ukoll l-abbozz ta’ ftehim bejn l-AAMS u l-awtorità kontraenti tal-liċenzja dwar logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>abbozz ta’ ftehim<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim, l-AAMS għandha tiddikjara d-dekadenza tal-liċenzja meta d-detentur ta’ liċenzja jikkummerċjalizza, direttament jew indirettament, fit-territorju Taljan jew permezz ta’ siti telematiċi li jinsabu barra mit-territorju nazzjonali, logħob li jista’ jitqies li huwa simili għal logħob pubbliku jew għal logħob ieħor ġestit mill-AAMS, jew logħob ipprojbit mill-ordinament ġuridiku Taljan.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali huma amministraturi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ċentri ta’ trażmissjoni ta’ data<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ĊTD<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) f’isem Goldbet Sportwetten GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Goldbet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kumpannija stabbilita skont id-dritt Awstrijaku li għandha liċenzja ta’ bookmaker mogħtija mill-Gvern tat-Tyrol.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Toscana, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ddikjaraw li Goldbet hija kumpannija stabbilita f’Innsbrück (l-Awstrija), li teżerċita l-attività ta’ bookmaker, approvata f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, u li hija suġġetta għal kontrolli stretti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-iżvolġiment tajjeb ta’ din l-attività.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-relazzjoni bejn Goldbet u r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali, dawn tal-aħħar iddikjaraw li l-organizzazzjoni tal-imħatri hija unikament responsabbiltà ta’ din il-kumpannija. Għalhekk, wara li tirċievi l-proposta ta’ mħatra trażmessa miċ-ĊTD, Goldbet iżżomm is-setgħa li tieħu jew li ma tiħux l-imħatri b’mod diskrezzjonali, filwaqt li l-operatur taċ-ĊTD ikollu biss l-inkarigu li jġib flimkien lill-ġugatur u l-bookmaker barrani. Għalhekk, skont l-istess rikorrenti, l-offerta ta’ servizz tikkonsisti biss f’li jiġu proposti lill-ġugaturi l-kollegament u t-trażmissjoni ta’ data, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni tal-imħatra minn ġugatur lill-bookmaker.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Filwaqt li jikkunsidraw li l-attività li jeżerċitaw ma tistax tiġi kklassifikata bħala attività ta’ tqegħid ta’ mħatri f’isem ħaddieħor, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ppreżentaw quddiem l-awtoritajiet kompetenti talbiet bil-għan li jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-pulizija msemmija fl-Artikolu 88 tad-Digriet Irjali. Dawn it-talbiet kollha ġew miċħuda minħabba li Goldbet ma kellhiex, fl-Italja, il-liċenzja maħruġa mill-AAMS, li għadha meħtieġa mill-Artikolu 88 tad-Digriet Irjali għall-finijiet tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni imsemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali ppreżentaw rikorsi separati quddiem il-qorti tar-rinviju bil-għan li jiksbu l-annullament, wara s-sospensjoni tal-effetti tagħhom, tal-imsemmijin deċiżjonijiet ta’ ċaħda, filwaqt li invokaw, b’mod partikolari, ksur tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri. Skont ir-rikorrenti, l-ordinament ġuridiku Taljan jikser dan il-prinċipju billi jirrifjuta li jagħti, lill-kumpanniji debitament awtorizzati fi Stati Membri oħra, l-awtorizzazzjoni sabiex joperaw lil hinn mill-konfini ta’ dawn l-aħħar Stati.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F’erbgħa mit-tilwimiet inkwistjoni, li wasslu għall-Kawża C-660/11, SNAI – Sindacato Nazionale Agenzie Ippiche SpA daħal bħala intervenjent insostenn tat-talbiet tal-konvenut, il-Ministero dell’Interno, fil-kwalità tiegħu ta’ konċessjonarju tal-Istat għall-finijiet tal-ġbir tal-imħatri u tal-logħob pubbliku, kif ukoll bħala kumpannija li tipprovdi servizzi telematiċi ta’ teknoloġija għolja għall-ġbir u l-isfruttament ta’ mħatri taż-żwiemel u sportivi, u ta’ mħatri ta’ pronostiċi. Stanley International Betting Ltd u Stanleybet Malta ltd. intervjenew ukoll insostenn tat-talbiet tal-konvenut fit-tilwim li wasslu għall-kawża C‑8/12.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-kawżi prinċipali jaqgħu f’kuntest legali u fattwali essenzjalment identiku għal dak li wassal għas-sentenza tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, Costa u Cifone (C‑72/10 u C‑77/10), u għalhekk tixtieq tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domandi li huma essenzjalment identiċi għal dawk li l-Corte suprema di cassazione kienet għamlet diġà fil-kawżi li wasslu għall-imsemmija sentenza u li jikkonċernaw il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-għan li tipproteġi l-liċenzji mogħtija qabel ġiet emendata l-leġiżlazzjoni,. Barra minn dan, hija tixtieq tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija prevista fl-Artikolu 88 tad-Digriet Irjali, kif ukoll tan-nuqqas ta’ applikazzjoni fid-dritt Taljan tar-rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji fil-qasam tal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrattivo regionale per la Toscana ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bħala prinċipju, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 88 tad-[Digriet Irjali], li tipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>il-permess għall-ġbir tal-imħatri [j]ista’ [j]ingħata esklużivament lil dawk li għandhom liċenzja jew awtorizzazzjoni tal-Ministeru jew ta’ entitajiet oħra li l-liġi tirriżervalhom il-faklutà li jorganizzaw jew li jamministraw imħatri, kif ukoll lil dawk li ġew inkarigati mill-persuna li għandha l-liċenzja jew mid-detentur tal-awtorizzazzjoni, taħt din l-istess liċenzja jew awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> u l-Artikolu 2(2b) tad-Digriet Liġi Nru 40, tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE>, mibdul bil-Liġi Nru 73/2010, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-Artikolu 88 tat-Testo unico delle leggi di pubblica sicurezza li jirriżulta mid-Digriet Irjali [...], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-permess imsemmi fih, meta huwa maħruġ għal stabbilimenti kummerċjali li fi ħdanhom hija eżerċitata attività ta’ amministrazzjoni u ta’ ġbir ta’ logħob pubbliku b’rebħ ta’ flus għandu jiġi kkunsidrat bħala li jipproduċi effetti biss wara li<?PAGE NO="6"?> l-proprjetarji ta’ dawn l-istabbiliment tkun inħarġitilhom il-liċenzja speċjali għall-finijiet tal-amministrazzjoni u tal-ġbir ta’ dan il-logħob mill-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi – [AAMS]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bħala prinċipju, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 38(2) tad-[Digriet Bersani], li jipprovdi li l-‘Artikolu 1(287) tal-Liġi Nru 311 tat-<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE> [(Liġi tal-Finanzi 2005)], huwa ssostitwit bl-artikolu li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>287.</NO.P><TXT>Il-Ministeru tal-[E]konomija u tal-[F]inanzi – [AAMS] – għandu jieħu l-miżuri intiżi li jimplementaw modalitajiet ġodda għad-distribuzzjoni ta’ logħob dwar avvenimenti barra tiġrijiet taż-żwiemel fl-osservanza tal-kriterji li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>inklużjoni, fost il-logħob fuq l-avvenimenti barra t-tiġrijiet taż-żwiemel, tal-imħatri totalizzaturi u b’ċansijiet fissi fuq l-avvenimenti barra t-tiġrijiet taż-żwiemel, il-kompetizzjonijiet tal-pronostiċi sportivi, il-kompetizzjonijiet ta’ pronostiċi msejħa totip, l-imħatri fuq iż-żwiemel imsemmija fil-paragrafu 498 kif ukoll logħob pubbliku ieħor bbażat fuq avvenimenti oħra barra t-tiġrijiet taż-żwiemel;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>possibbiltà ta’ ġbir ta’ logħob għal avvenimenti barra t-tiġrijiet taż-żwiemel mill-operaturi li jeżerċitaw l-attività ta’ ġbir ta’ logħob fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, minn operaturi tal-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Iskambju Liberu, kif ukoll mill-operaturi ta’ Stati Membri oħra, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-affidabbiltà stabbiliti mill-[AAMS];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-eżerċizzju tal-attività tal-ġbir tal-imħatri permezz ta’ punti ta’ bejgħ li għandhom bħala attività prinċipali l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta’ logħob pubbliku u l-attività ta’ ġbir ta’ mħatri permezz ta’ punti ta’ bejgħ li għandhom bħala attività annessa mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku; ċerti tipi ta’ imħatri jistgħu jiġi rriżervati b’mod esklużiv għall-punti ta’ bejgħ li għandhom bħala attività prinċipali l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-ħolqien ta’ mill-inqas <FT TYPE="NUMBER">7000</FT> punti ta’ bejgħ ġodda li minn tal-inqas 30 % għandhom bħala attività prinċipali l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>iffissar tan-numru massimu ta’ punti ta’ bejgħ għal kull komun skont in-numru ta’ abitanti u meħuda inkunsiderazzjoni l-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà ġiet maħruġa liċenzja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>it-tqegħid tal-punti ta’ bejgħ li għandhom bħala attività prinċipali l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku fil-komuni li għandhom iktar minn <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> abitanti f’distanza ta’ mhux inqas minn 800 metru mill-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà nħarġet liċenzja u fil-komuni ta’ inqas minn <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> abitanti f’distanza ta’ mhux inqas minn <FT TYPE="NUMBER">1600</FT> metru mill-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà nħarġet liċenzja;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>it-tqegħid tal-punti ta’ bejgħ li għandhom bħala attività sussidjarja il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku fil-komuni li għandhom iktar minn <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> abitanti f’distanza ta’ mhux inqas minn 400 metru mill-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà nħarġet liċenzja u fil-komuni ta’ inqas minn <FT TYPE="NUMBER">200000</FT> abitanti f’distanza ta’ mhux inqas minn 800 metru mill-punti ta’ bejgħ li għalihom diġà nħarġet liċenzja, bla ħsara għall-punti ta’ bejgħ li fihom, fit-<DATE ISO="20060630">30 ta’ Ġunju 2006</DATE>, kien isir il-ġbir tal-kompetizzjonijiet tal-pronostiċi sportivi;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>l-għoti tal-punti ta’ bejgħ wara proċedura waħda jew iktar ta’ sejħa għall-offerti miftuħa għall-operaturi kollha, fejn il-prezz bażiku iffissat għall-għoti ma jistax ikun inqas minn EUR 25 000 għal kull punt ta’ bejgħ li għandu bħala attività prinċipali l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku u EUR 7 500 għal kull punt ta’ bejgħ li għandu bħala attività sussidjarja l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-logħob pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-possibbiltà ta’ ġbir ta’ logħob tal-ażżard mill-bogħod, inkluż il-logħob b’indirizz b’rebħ fi flus suġġett għal pagament ta’ ammont ta’ mhux inqas minn EUR 200 000;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>definizzjoni tal-modalitajiet ta’ protezzjoni tad-detenturi ta’ liċenzja għall-ġbir ta’ mħatri fissi fuq avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel irregolati mir-regolament previst fid-Digriet tal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi Nru 111 tal-<DATE ISO="20060301">1 ta’ Marzu 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P><P>Id-domanda dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 38(2) [tad-Digriet Bersani] mal-prinċipji Komunitarji evokati hawn fuq tirrigwarda esklużivament il-partijiet tal-imsemmija miżura li jistabbilixxu: a) tendenza ġenerali għall-protezzjoni tal-liċenzji mogħtija qabel l-emedi fil-leġiżlazzjoni; b) l-introduzzjoni ta’ obbligu li l-postijiet ġodda ta’ bejgħ jinfetħu lil hinn minn ċertu distanza mill-postijiet ta’ bejgħ preċedenti, li jista’ jwassal, fil-fatt, sabiex ikun iġġarantit li l-pożizzjonijiet kummerċjali preċedenti jinżammu. Id-domanda tirrigwarda wkoll l-interpretazzjoni ġenerali mogħtija mill-[AAMS] tal-Artikolu 38(2) [tad-Digriet Bersani] li tipprovdi għall-inklużjoni fil-ftehim ta’ liċenzji [Artikolu 23(3)] tal-klawżola ta’ revoka invokata preċedentement fil-kuntest tal-każ fejn il-persuna liċenzjata tisfrutta direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jista’ jitqies li huwa simili;</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva, jiġifieri li l-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija iktar ’il fuq ma tidhirx li tmur manifestament kontra r-regoli Komunitarji, l-Artikolu 49 KE għandu, barra minn hekk, jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ restrizzjoni għall-libertà li jiġu pprovduti servizzi imposta għal raġunijiet ta’ interess ġenerali, għandu jiġi vverifikat minn qabel li dan l-interess ġenerali ma tteħidx diġà biżżejjed inkunsiderazzjoni mid-dispożizzjonijiet, kontrolli u verifiki li huwa suġġett għalihom il-fornitur tas-servizzi fl-Istat li fih huwa stabbilit?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva, fis-sens tal-punt preċedenti, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-eżami tal-proporzjonalità ta’ tali restrizzjoni, l-fatt li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni fl-Istat li fih il-fornitur tas-servizzi huwa stabbilit huma, fl-intensità tagħhom, identiċi għal dawk tal-Istat fejn issir il-provvista tas-servizzi, u saħansitra jmorru lil hinn minn dan?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jeżerċitaw tali attivitajiet, u li tillimita l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li għandhom diġà tali liċenzja.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali tinkludi, sa fejn tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-eżerċizzju ta’ attivitajiet fis-settur tal-logħob tal-ażżard fin-nuqqas ta’ liċenzja jew ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija maħruġa mill-Istat, restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, tali restrizzjonijiet jistgħu jiġu ammessi bħala miżuri derogatorji, li huma espressament previsti fl-Artikoli 45 KE u 46 KE u li huma applikabbli bl-istess mod għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 55 KE, jew jistgħu jkunu ġġustifikati, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (sentenza tal-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, Stanleybet International <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑186/11 u C‑209/11, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li huwa biss l-għan marbut mal-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-logħob tal-ażżard li huwa ta’ natura li jiġġustifika r-restrizzjonijiet għal-libertajiet fundamentali li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni, sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jissodisfaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità u sa fejn il-mezzi implementati f’dan ir-rigward ikunu koerenti u sistematiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 52 sa 55, kif ukoll Costa u Cifone, punti 61 sa 63).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sistema ta’ liċenzji tista’ tkun mekkaniżmu effikaċi sabiex jippermetti li jiġu kkontrollati l-operaturi attivi fis-settur tal-logħob tal-ażżard bl-iskop li jiġi pprevenut l-isfruttament ta’ dawn l-attivitajiet għal finijiet kriminali jew frawdolenti (ara s-sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk is-sistema ta’ liċenzji stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, sa fejn tillimita n-numru ta’ operaturi li joperaw fis-settur tal-logħob tal-ażżard, verament tilħaqx l-għan li jiġi pprevenut l-isfruttament tal-attivitajiet f’dan is-settur għal finijiet kriminali jew frawdolenti. Bl-istess mod, hija din il-qorti li għandha tivverifika jekk dawn ir-restrizzjonijiet jissodisfawx il-kundizzjonijiet li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għal dak li jikkonċerna l-proporzjonalità tagħhom (ara s-sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 58).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija li permezz tagħha l-operaturi attivi f’dan is-settur kif ukoll il-postijiet tagħhom ikunu suġġetti għal verifika inizjali u għal sorveljanza kontinwa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li dan ir-rekwiżit jikkontribwixxi b’mod ċar għall-għan li jiġi evitat li dawn l-operaturi jkunu implikati f’attivitajiet kriminali jew frawdolenti u jidher li hija miżura kompletament proporzjonata għal dan l-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, il-fatt li operatur għandu jkollu kontemporanjament kemm liċenzja kif ukoll awtorizzazzjoni tal-pulizija sabiex ikun jista’ jidħol fis-suq inkwistjoni ma huwiex, fih innifsu, spoporzjonat fid-dawl tal-għan mixtieq mil-leġiżlatur nazzjonali, jiġifieri, il-ġlieda kontra l-kriminalità marbuta mal-logħob tal-ażżard.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, sa fejn l-awtorizzazzjonijiet tal-pulizija jinħarġu biss lid-detenturi ta’ liċenzja, l-irregolaritajiet fil-kuntest tal-proċedura tal-ħruġ ta’ dawn tal-aħħar jivvizzjaw ukoll il-proċedura tal-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tal-pulizija. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni tal-pulizija ma jistax jiġi invokat kontra persuni li ma setax jiksbu tali awtorizzazzjonijiet minħabba l-fatt li l-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni jeħtieġ il-ħruġ minn qabel ta’ liċenzja li l-imsemmija persuni ma setgħux jibbenefikaw minnha bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 67).</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jiġu eżerċitati tali attivitajiet, u li tillimita l-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li jkollhom diġà din il-liċenzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħalma huma l-Artikolu 38(2) tad-Digriet Bersani u l-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim li, minn naħa, tipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi tipprovdi b’mod partikolari għal distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti u, min-naħa l-oħra, tipprevedi d-dekadenza tal-liċenzja għall-attivitajiet ta’ ġbir u ta’ ġestjoni tal-imħatri fil-każ fejn id-detentur tal-liċenzja jopera direttament jew indirettament attivitajiet transkonfinali ta’ logħob li jista’ jitqies li jixbah lil dak ġestit mill-AAMS jew ta’ logħob tal-ażżard ipprojbit mill-ordinament ġuridiku nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-kontenut ta’ din id-domanda huwa essenzjalment identiku għad-domandi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fis-sentenza tagħha Costa u Cifone, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ din id-domanda, fil-punt 66 tas-sentenza msemmija, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikun eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi, b’mod partikolari, distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti ta’ din l-istess domanda li tirrigwarda l-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat, fil-punti 89 u 90 tal-imsemmija sentenza, li dan l-artikolu ma kienx ifformulat b’mod ċar, preċiż u univoku u li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, operatur ma jistax jiġi kkritikat talli jkun irrinunzja li japplika għal liċenzja fl-assenza ta’ kull ċertezza legali, sakemm baqgħet l-inċertezza fir-rigward tal-konformità tal-mod operazzjonali ta’ dan l-operatur mad-dispożizzjonijiet tal-ftehim li kellu jiġi konkluż mal-għoti ta’ liċenzja.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, il-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jaqblux fuq il-punt ta’ jekk is-sitwazzjonijiet inkwistjoni fil-kawżi prinċipali humiex paragunabbli jew le ma’ dawk li wasslu għall-imsemmija sentenza u, b’mod partikolari, jekk Goldbet u r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kinux ikkonċernati mid-dispożizzjonijiet nazzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat l-inkompatibbiltà tagħhom mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-opportunità tirrileva li s-sitwazzjoni ta’ amministratur ta’ ĊTD marbut ma’ Goldbet taqa’ f’kuntest legali u fattwali li huwa, essenzjalment, identiku għal dak li wassal għas-sentenza Costa u Cifone, iċċitata iktar ’il fuq, (digriet tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, Pulignani <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑413/10, punt 3), hija bbażat ruħha f’dan ir-rigward fuq konstatazzjoni magħmula mill-qorti tar-rinviju fil-kawża li wasslet għal dan id-digriet. Fir-rigward ta’ dawn il-kawżi, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-kuntest fattwali u l-konsegwenzi li jirriżultaw fir-rigward ta’ dan il-kuntest mis-sentenza Costa u Cifone, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-każ fejn din il-qorti tikkonstata li, f’dan il-każ, Goldbet, qabel ma ġiet imċaħħda mid-drittijiet tagħha, kienet ipparteċipat fi proċeduri ta’ ħruġ ta’ liċenzji u kienu ngħatawlha liċenzji permezz ta’ kumpannija Taljana kkontrollata, hija jkollha tevalwa jekk tali konstatazzjoni għandhiex il-konsegwenza li Goldbet ikollha tiġi kkunsidrata bħala li tifforma parti mill-operaturi eżistenti li kienu, fir-realtà, ivvantaġġjati mir-regoli ta’ distanza minima li għandhom jiġu osservati bejn il-punti ta’ ġbir ta’ mħatri u li jikkonċernaw biss il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja. Għall-kuntrarju, jekk il-qorti tar-rinviju tikkonkludi li Goldbet ma kinitx ipparteċipat fl-imsemmija proċeduri, hija jkollha b’mod partikolari tivverifika jekk dan l-operatur kienx irrinunzja li japplika għal liċenzja minħabba l-assenza ta’ ċertezza legali li tirriżulta mill-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk din il-qorti tikkonstata li Goldbet ġiet imċaħħda mid-drittijiet tagħha minħabba l-imsemmi artikolu, hija jkollha tistabilixxi jekk din iċ-ċaħda saritx minħabba li Goldbet kienet ipproponiet logħob mhux awtorizzat jew inkella minħabba s-sempliċi fatt li teżerċita attivitajiet transkonfinali. Fir-rigward ta’ din l-aħħar ipoteżi, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikoli 43 KE u 49 KE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikun eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi, b’mod partikolari, distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.</P></ITEM><ITEM><P>Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-Artikolu 23(3) tal-abbozz tal-ftehim.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard jipprekludi lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta l-possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni wiesgħa li għandhom l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-għanijiet li jixtiequ jiksbu u l-livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi li jixtiequ u fid-dawl tal-assenza ta’ kull armonizzazzjoni fil-qasam tal-logħob tal-ażżard, ma jistax ikun hemm, fid-dawl tal-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mid-diversi Stati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20100908">8 ta’ Settembru 2010</DATE>, Stoß <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-316/07+C-358/07+C-359/07+C-360/07+C-409/07+C-410/07" PAGE.ECR="I-8069" YEAR="2010">C-316/07, C-358/07 sa C-360/07, C-409/07 u C-410/07, Ġabra p. I-8069</REF.DOC.ECR>, punt 112, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE>, Dickinger u Ömer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/09" PAGE.ECR="I-8185" YEAR="2011">C-347/09, Ġabra p. I-8185</REF.DOC.ECR>, punti 96 u 99).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>B’hekk, kull Stat Membru għadu jista’ jissuġġetta l‑possibbiltà għal kull operatur li jixtieq joffri logħob tal-ażżard lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu, mingħajr ma jista’ jkun ta’ ostakolu f’dan ir-rigward il-fatt li operatur partikolari jkollu diġà awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru ieħor (ara s-sentenza Stoß <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 113).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-diversi Stati Membri ma għandhomx neċessarjament l-istess mezzi sabiex jikkontrollaw il-logħob tal-ażżard u ma jagħmlux neċessarjament l-istess għażliet f’dan ir-rigward. Il-fatt li livell partikolari ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jista’ jinkiseb fi Stat Membru partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ tekniki sofistikati ta’ kontroll u ta’ sorveljanza ma jippermettix li jiġi konkluż li l-istess livell ta’ protezzjoni jista’ jinkiseb fi Stati Membri oħra li ma għandhomx dawn il-mezzi jew li ma għamlux l-istess għażliet. Stat Membru jista’, barra minn hekk, ikun leġittimament jixtieq li jissorvelja attività ekonomika li sseħħ fit-territorju tiegħu, liema ħaġa tkun impossibbli għalih jekk ikollu jibbaża ruħu fuq kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ sistemi regolatorji li ma jikkontrollax huwa nnifsu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Dickinger u Ömer, iċċitata iktar ’il fuq, punt 98).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-risposta għat-tielet domanda preliminari għandha tkun li l‑Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il‑possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tielet domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għar-raba’ domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi, fuq il-kumpanniji li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet marbuta mal-logħob tal-ażżard, l-obbligu li jiksbu awtorizzazzjoni tal-pulizija, minbarra liċenzja maħruġa mill-Istat bil-għan li jiġu eżerċitati tali attivitajiet, u li tillimita l-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni b’mod partikolari għall-applikanti li jkollhom diġà din il-liċenzja.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 43 KE u 49 KE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ikun eskluda kategorija ta’ operaturi mill-għoti ta’ liċenzji għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, u li jipprova jirrimedja dan il-ksur billi joħroġ sejħa għal offerti għal numru kunsiderevoli ta’ liċenzji ġodda, milli jipproteġi l-pożizzjonijiet kummerċjali miksuba mill-operaturi eżistenti billi jipprevedi, b’mod partikolari, distanzi minimi bejn il-postijiet tad-detenturi ġodda ta’ liċenzja u dawk tal-operaturi eżistenti.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">Mill-Artikoli 43 KE u 49 KE, mill-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, mill-obbligu ta’ trasparenza kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali jirriżulta li l-kundizzjonijiet u l-modalitajiet ta’ sejħa għal offerti, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jipprevedu d-dekadenza tal-liċenzji mogħtija fi tmiem tali sejħa għal offerti, bħalma huma dawk li jidhru fl-Artikolu 23(3) tal-abbozz ta’ ftehim bejn l-amministrazzjoni awtonoma tal-monopolji tal-Istat u l-awtorità kontraenti tal-liċenzja dwar logħob tal-ażżard marbut mal-avvenimenti li ma jinkludux it-tiġrijiet taż-żwiemel, għandhom jiġu fformulati b’mod ċar, preċiż u univoku, kundizzjoni din li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li fil-fatt tipprojbixxi kull attività transkonfinali fis-settur tal-logħob, indipendentement mill-forma li taħtha din l-attività hija eżerċitata u, b’mod partikolari, fil-każ fejn ikun hemm kuntatt dirett bejn il-konsumatur u l-operatur, u fejn l-intermedjarji tal-impriża li jkunu preżenti fit-territorju nazzjonali jkunu jistgħu jiġu sottomessi għal kontroll fiżiku mill-pulizija. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fir-rigward tal-Artikolu 23(3) tal-imsemmi abbozz tal-ftehim.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L‑Artikoli 43 KE u 49 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, il-fatt li operatur ikollu, fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit, awtorizzazzjoni li tippermettilu joffri logħob tal-ażżard ma jipprekludix lil Stat Membru ieħor milli jissuġġetta, fl-osservanza tar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, il‑possibbiltà, għal tali operatur, li joffri tali servizzi lil konsumaturi li jinsabu fit-territorju tiegħu, għaż-żamma ta’ awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tiegħu stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>