Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0036 - 0037
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2003 tas-16 ta' Mejju 2003 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Annex XX għall-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1]. (2) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/525/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m'għadhomx jitħaddmu [2] għandha tkun inkluża fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Dan li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 32db (Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XX għall-Ftehim: ", kif emendata bid: - 32002 D 0525: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/525/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 (ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 81)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni 2002/525/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, bil-kondizzjoni li jiġu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblika fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 73. [2] ĠU L 170, tad-29.6.2002, p. 81. [3] L-ebda kondizzjoni kostituzzjonali mhi indikata. --------------------------------------------------