Official Journal L 074 , 19/03/1999 P. 0008 - 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/1999 tat-18 ta' Marzu 1999 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta' l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1068/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu, Billi, għal ċerti ismijiet innotifikati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, intalab tagħrif addizzjonali għalbiex jiżgura illi jħarsu l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament; billi t-tagħrif addizzjonali juri illi l-ismijiet iħarsu l-Artikoli msemmija; billi għandhom għalhekk jiġu rreġistrati u miżjuda fl-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 83/1999 [4]; Billi, wara l-adeżjoni ta’ tliet Stati Membri ġodda, il-perjodu taż-żmien ta’ sitt xhur maħsub fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għandu jibda mid-data ta’ l-adeżjoni; billi wħud mill-ismijiet innotifikati minn dawn l-Istati Membri jħarsu l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan ir-Regolament u għandhom għalhekk jiġu rreġistrati; Billi l-miżuri maħsuba f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Regolatorju dwar l-Indikazzjoni Ġeografiċi u l-Ismijiet ta’ l-Oriġini, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-ismijiet fl-Anness ma’ dan ir-Regolament huma hawnhekk miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta’ Marzu 1999. Għall-Kummissjoni Franza Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 208, ta' l-24. 7. 1992, p. 1. [2] ĠU L 156, tat-13. 6. 1997, p. 10. [3] ĠU L 148, tal-21. 6. 1996, p. 1. [4] ĠU L 8, ta' l-14. 1. 1999, p. 17. -------------------------------------------------- ANNESS A. IL-PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT Il-Laħam frisk (u l-ġewwieni) L-ITALJA - Cotechino Modena (IĠP) - Zampone Modena (IĠP) Il-Frott, il-ħaxix ta' l-ikel u ċ-ċereali IL-ĠERMANJA - Spreewälder Gurken (IĠP) - Spreewälder Meerrettich (IĠP) --------------------------------------------------