12004V369

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-369

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0161 - 0161


Artikolu III-369

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea tkun kompetenti li tagħti deċiżjonijiet preliminari dwar:

a) l-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni;

b) il-validità u l-interpretazzjoni ta' atti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji ta' l-Unjoni.

Meta kwistjoni bħal din titqajjem quddiem kwalunkwe qorti jew tribunal ta' Stat Membru, dik il-qorti jew dak it-tribunal jistgħu, jekk iqisu li tkun meħtieġa deċiżjoni fuq il-kwistjoni sabiex ikunu jistgħu jagħtu sentenza, jitolbu lill-Qorti biex tiddeċiedi fuqha.

Meta kwalunkwe kwistjoni ta' dan it-tip titqajjem f'każ pendenti quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma jkun hemm ebda rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal għandhom iressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti.

Jekk din il-kwistjoni titressaq f'każ pendenti quddiem qorti jew tribunal ta' Stat Membru fir-rigward ta' persuna detenuta, l-Qorti tal-Ġustizzja għandha taġixxi bil-minimu ta' dewmien.

--------------------------------------------------