<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-320/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0320</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:678">EU:C:2017:678</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170914">14.9.2017</DATE> – KAWŻA C-320/15</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-GREĊJA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Grieg.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/271/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Trattament tal-ilma urban mormi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-320/15,</P><P>li għandu bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 258 TFUE, imressaq fis-<DATE ISO="20150626">26 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn G. Zavvos u E. Manhaeve, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Ellenika</HT>, irrappreżentata minn E. Skandalou, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq</HT>, irrappreżentat minn C. Brodie u J. Kraehling, bħala aġenti</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn M. Berger, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170330">30 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, billi ma żguratx livell adegwat ta’ trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia, Galatista, Desfina u Chanioti, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni (e.p.) ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, kif ukoll ta’ Polychrono, b’e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">15000</FT>, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="311" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 311, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 91/271<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 91/271:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Din id-Direttiva tikkonċerna l-ġbir, it-trattament u l-iskariki ta’ ilma mormi urban u t-trattment u l-iskariki ta’ ilma mormi minn ċertu setturi industrijali.</ALINEA><ALINEA>L-għan tad-Direttiva huwa li tipproteġi l-Ambjent minn effetti negattivi iskariki ta’ ilma mormi hawn fuq imsemmija.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-għan ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ilma mormi urban<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser ilma mormi domestiku jew taħlita ta’ ilma mormi domestiku ma’ ilma mormi industrijali u/jew ilma tax-xita;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>sistema ta’ ġbir<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser sistema ta’ pajpijiet li tiġbor u tmexxi l-ilma mormi urban;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1 e.p. (ekwivalenti ta’ popolazzjoni)<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser it-toqol organiku biodegradabbli li jkollu domanda għall-ossiġenu bio-kemikali ta’ ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>trattament sekondarju<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> ifisser trattament ta’ ilma mormi urban bi proċessi li jinvolvu ġeneralment trattament bioloġiku bi tqegħid sekondarju, jew proċessi oħra li fihom il-kriterji stabbiliti fit-Tabella 1 ta’ l-Anness I huma rispettati;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jipprevedi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir għandu [qabel] ma jkun skarikat ikun suġġett għal trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti ieħor kif ġej:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE> għall-skariki kollha minn agglomerazzjoni ta’ bejn l-10000 u l-15000 e.p.,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20051231">31 ta’ Diċembru 2005</DATE> għal skariki li jispiċċaw f’ilma ħelu u estwarji minn agglomerazzjonijiet ta’ bejn l-2000 u l-10000 e.p.</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-iskariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban deskritti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jilħqu l-kriterji rilevanti ta’ l-Anness I. B. […]</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 91/271, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Rekwiżiti għall-ilma mormi urban<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[…]</P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT>Skarikar minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi għall-ilmijiet […] riċeventi […]</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Impjanti tat-trattament ta’ l-ilma mormi għandhom ikunu ppjanati u modifikati biex kampjun rappreżentattiv ta’ l-ilma mormi li jkun dieħel u l-effluwent ittrattat ikun jista’ jinkiseb qabel ma dan jintrema fl-ilmijiet riċeventi.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skariki minn impjant tat-trattment ta’ l-ilma mormi urban soġġetti għat-trattament skond l-Artikoli 4 u 5 għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet murija fit-Tabella 1.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ALPHA"><ITEM><NP><NO.P>D.</NO.P><TXT>Metodi ta’ referenza għal sorveljanza u evalwazzjoni tar-riżultati</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun applikat Metodu ta’ sorveljanza li jkun jikkorrispondi għal ta’ lanqas mal-livell tal-kriterji deskritti hawn taħt.</TXT><P>Metodi alternattivi għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 jistgħu jintużaw, sakemm jintwera li jintlaħqu riżultati ekwivalenti.</P><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Kampjuni ta’ [g]ħamla flow-proportional jew dawk ibbażati fuq perjodu ta’ 24 siegħa għandhom jinġabru fl-istess post definit tajjeb fl-iżbokk u jekk ikun meħtieġ fid-daħla ta’ l-impjant tat-trattament biex tiġi sorveljata l-konformità mal-kriterji ta’ l-ilma mormi skarikat hekk kif stabbilit f’din id-Direttiva.</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>In-numru minimu annwali ta’ kampjuni għandu jkun determinat skond il-qies ta’ l-impjant tat-trattament u dawn għandhom jinġabru f’intervalli regolari matul is-sena:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>2000 sa 9999 e.p.:</P><P>12-il kampjun matul l-ewwel sena.</P><P>Erba’ kampjuni fis-snin ta’ wara, jekk ikun jista’ jintwera li l-ilma matul l-ewwel sena ikun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva; jekk wieħed mill-erba’ kampjuni ifalli, għandhom jittieħdu 12-il kampjun fis-sena ta’ wara.</P></ITEM><ITEM><P>10000 sa 49999 e.p.:</P><P>12-il kampjun.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>It-tabella 1 tal-Anness I tad-Direttiva 91/271 tinkludi r-rekwiżiti għall-iskariki minn impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi u suġġetti għad-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari, tal-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20070529">29 ta’ Mejju 2007</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Griegi sabiex jipprovdulha, fi żmien sitt xhur, l-informazzjoni dwar l-osservanza, b’mod partikolari, tal-obbligi tagħhom ta’ trattament tal-ilma urban mormi, kif previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, għall-2007. Għalkemm dawn l-awtoritajiet ma wieġbux għal din it-talba fit-terminu previst, huma madankollu bagħtu l-informazzjoni mitluba sentejn wara, wara li ntbagħat kwestjonarju dwar l-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Peress li l-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni wasslet lill-Kummissjoni sabiex tqis li 62 agglomerazzjoni Griega kienu kisru l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271, hija talbet, permess ta’ ittra tal-<DATE ISO="20101005">5 ta’ Ottubru 2010</DATE>, ċerti kjarifiki lill-awtoritajiet Griegi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Wara li eżaminat l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Griegi fit-tweġiba tagħhom tal-<DATE ISO="20101221">21 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Ellenika, fis-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE>, ittra ta’ intimazzjoni li fiha qieset li din tal-aħħar kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/271 għak dak li jirrigwarda dawn it-62 agglomerazzjoni u stidnitha, konsegwentement, sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika wieġbet għal din l-ittra ta’ intimazzjoni fil-<DATE ISO="20110811">11 ta’ Awwissu 2011</DATE>, billi kkomunikat informazzjoni dwar l-imsemmija agglomerazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120601">1 ta’ Ġunju 2012</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat opinjoni motivata lir-Repubblika Ellenika li fiha indikat li din tal-aħħar kompliet tikser id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271. Hija stiednet lil dan l-Istat Membru sabiex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn b’effett mir-riċezzjoni ta’ din l-opinjoni motivata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tal-<DATE ISO="20120720">20 ta’ Lulju 2012</DATE> u tal-<DATE ISO="20130320">20 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-Repubblika Ellenika wieġbet għall-imsemmija opinjoni motivata billi ddikjarat li erba’ agglomerazzjonijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271 wara li ntemmu diversi proġetti ffinanzjati mill-programm operattiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Ambjent u żvilupp sostenibbli<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u li tmien agglomerazzjoni oħra kellhom impjant operattiv ta’ trattament tal-ilma mormi b’data tal-output konformi mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140221">21 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata supplimentari lir-Repubblika Ellenika għar-raġuni li tmien agglomerazzjonijiet, jiġifieri Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia, Desfina, Galatista, Polychrono u Chanioti, kienu għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-tweġiba tagħha tat-<DATE ISO="20140422">22 ta’ April 2014</DATE> għall-opinjoni motivata supplimentari, ir-Repubblika Ellenika ammettiet li erba’ agglomerazzjonijiet, minn fost it-tmienja inkwistjoni, ser josservaw għalkollox l-imsemmija rekwiżiti biss wara li jintemmu l-proġetti kofinanzjati. Għal dak li jirrigwarda l-erba’ agglomerazzjonijiet l-oħra, hija osservat li dawn, għalkemm għandhom impjanti ta’ trattament li jiġu operati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271, ma kinux bagħtu numru sodisfaċenti ta’ kampjuni, konformement mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Billi ma kinitx issodisfatta bit-tweġibiet mogħtija mir-Repubblika Ellenika, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) u (3) tad-Direttiva 91/271, sa fejn dan l-Istat Membru ma żgurax trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi għal agglomerazzjoni li għandha e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">15000</FT> u għal seba’ agglomerazzjonijiet li għandhom e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandha tiġi evalwata fid-dawl ta’ kif kienet is-sitwazzjoni tal-Istat Membru mal-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata u li l-bidliet li jseħħu sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/13</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:251">EU:C:2014:251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, f’dan il-każ, peress li l-opinjoni motivata supplimentari, trażmessa fil-<DATE ISO="20140221">21 ta’ Frar 2014</DATE> u riċevuta fl-istess ġurnata mir-Repubblika Ellenika, kienet tat lil dan l-Istat Membru terminu ta’ xahrejn b’effett mir-riċezzjoni tagħha sabiex jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-Direttiva 91/271, l-eżistenza tan-nuqqas allegat għandha tiġi evalwata fil-<DATE ISO="20140421">21 ta’ April 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, għall-finijiet tal-eżami tal-fondatezza ta’ dan ir-rikors, għandu jiġi ddeterminat jekk, f’din id-data, jistax jitqies li huwa stabbilit li r-Repubblika Ellenika, kif issostni l-Kummissjoni, ma osservatx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva, għal dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista, kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-Artikolu 4(3) tal-istess direttiva, għal dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Polychrono, Chanioti u Desfina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, ir-Repubblika Ellenika tindika li hija ma tikkontestax li, fid-data mogħtija fl-opinjoni motivata supplimentari, l-iskariki tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista ma kinux konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) ta’ din l-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija din tal-aħħar li għandha tikkonstata jekk in-nuqqas allegat jeżistix jew le, anki jekk l-Istat ikkonċernat ma jikkontestax in-nuqqas (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160310">10 ta’ Marzu 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑38/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:156">EU:C:2016:156</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tieni u t-tielet inċiż tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271 jimponu fuq l-Istati Membri obbligu ta’ riżultat preċiż, ifformulat b’mod ċar u mhux ekwivoku, li jipprevedi li l-ilma urban mormi li jidħol fis-sistemi ta’ ġbir għandu jkun suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, jew qabel kull skariku, meta joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">15000</FT>, jew inkella qabel l-iskariki f’ilma ħelu u f’estwarji, meta joriġina minn agglomerazzjonijiet li għandhom e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(3) tal-imsemmija direttiva, dan it-trattament sekondarju jew ekwivalenti għandu jiġi żgurat minn impjanti ta’ trattament li l-iskariki tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt B tal-Anness I tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, kif ammettiet ir-Repubblika Ellenika fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha, mill-elementi mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fid-data mogħtija fl-opinjoni motivata supplimentari, fl-agglomerazzjonijiet imsemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza, ix-xogħlijiet neċessarji għall-bini jew għat-titjib ta’ impjanti ta’ trattament tal-ilma urban mormi ma kinux għadhom intemmu u li, għaldaqstant, l-iskariki ta’ ilma urban mormi li joriġina minn dawn l-agglomerazzjonijiet ma kinitx suġġetta għal trattament sekondarju jew ekwivalenti rikjest fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fid-data mogħtija fl-opinjoni motivata supplimentari, l-iskariki tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista ma kinux konformi, kif ammettiet ir-Repubblika Ellenika, mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Polychrono, Chanioti u Desfina, min-noti ppreżentati mill-partijiet jirriżulta li r-Repubblika Ellenika tat lill-Kummissjoni, f’intervalli irregolari u f’ammonti varjabbli, diversi kampjuni għall-2011 sal-2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-riżultati ta’ dawn il-kampjuni, il-Kummissjoni sostniet, fil-konfront tal-agglomerazzjoni ta’ Polychrono, li, mill-84 kampjun ipprovduti għall-2012 u l-2013, 7 kampjuni kienu jaqbżu l-valuri awtorizzati, li l-kampjuni miġbura għall-agglomerazzjoni ta’ Chanioti bejn l-2012 u l-2014 ma kellhom l-ebda valur probatorju minħabba l-irregolarità tal-ġbir tagħhom u li, minn 14-il kampjun miġbura f’intervalli irregolari bejn l-2011 u l-2013 li jirrigwardaw lill-agglomerazzjoni ta’ Desfina, 2 minnhom kienu jaqbżu l-valuri stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għalkemm, waqt is-seduta, il-Kummissjoni indikat espliċitament, bi tweġiba għal domanda tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar dan il-punt, li ma għadhiex tisħaq fuq r-rekwiżit li l-ġbir ta’ tnax-il kampjun, jiġifieri kampjun kull xahar, isir fuq perijodu ta’ sena sħiħa sabiex tkun tista’ tiġi stabbilita l-konformità tal-installazzjonijiet ikkonċernati mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/271, moqri flimkien mal-punt B tal-Anness I ta’ din id-direttiva, hija madankollu sostniet, waqt is-seduta, li l-kampjuni mogħtija mir-Repubblika Ellenika ma kinux rappreżentattivi mill-aspett kwalitattiv minħabba l-assenza ta’ ġbir ta’ kampjuni li jippermetti eżami komparattiv u n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rilevanza tal-mument li fih il-kampjuni għandhom jinġabru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, għandu jitfakkar li, għal dak li jirrigwarda l-agglomerazzjonijiet ta’ Polychrono, Chanioti u Desfina, kemm fil-fażi prekontenzjuża kif ukoll fir-rikors, il-Kummissjoni lmentat li r-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/271 minħabba n-numru ta’ kampjuni pprovduti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, minn naħa, ir-rekwiżit dwar ir-rilevanza tal-mument li fih il-kampjuni għandhom jinġabru ma jaqax taħt ir-rekwiżiti msemmija fil-punt B tal-Anness I ta’ din id-direttiva, u, għalhekk, taħt l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, u f’kull każ, għandu jitfakkar li, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-proċedura prekontenzjuża għandha l-għan li tagħti lill-Istat Membru kkonċernat l-opportunità, minn naħa, li jikkonforma ruħu mal‑obbligi tiegħu li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li jkun jista’ jsostni d-difiża tiegħu kontra l‑akkużi mressqa mill‑Kummissjoni. Is-suġġett ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 258 TFUE huwa, għaldaqstant, limitat mill-proċedura prekontenzjuża prevista f’din id-dispożizzjoni. Ir-regolarità ta’ din il-proċedura tikkostitwixxi garanzija essenzjali meħtieġa mit-Trattat FUE mhux biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-Istat Membru inkwistjoni, iżda wkoll biex jiġi żgurat li l-eventwali proċedura kontenzjuża jkollha, bħala suġġett, kontroversja li tkun iddefinita b’mod ċar (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑525/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2202">EU:C:2014:2202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, fir-rikors tagħha, l-istess bħal fil-fażi prekontenzjuża, il-Kummissjoni illimitat ruħha li tilmenta li r-Repubblika Ellenika pprovdiet kampjuni li ma kinux rappreżentattivi minħabba n-numru insuffiċjenti tagħhom, u ma qegħditx inkwistjoni l-kwalità tal-kampjuni li kienu ġew trażmessi lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-ilmenti dwar l-assenza ta’ ġbir ta’ kampjuni li jippermetti eżami komparattiv u dwar n-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tar-rilevanza tal-mument li fih il-kampjuni għandhom jinġabru jmorru lil hinn minn din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u għandhom, għalhekk, jiġu miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, peress li mill-eżami tal-informazzjoni mogħtija mir-Repubblika Ellenika fir-risposta tagħha jirriżulta li hija tat lill-Kummissjoni diversi kampjuni li juri l-effikaċja tat-trattament sekondarju tal-ilma urban mormi minn meta bdew joperaw is-sistemi ta’ ġbir tal-imsemmija agglomerazzjonijiet u li l-Kummissjoni indikat li hija ma għadhiex tisħaq fuq r-rekwiżit li l-ġbir ta’ tnax-il kampjun, jiġifieri kampjun kull xahar, isir fuq perijodu ta’ sena sħiħa, għandu jitqies li ntwera li l-iskariki li joriġinaw mill-impjanti ta’ trattament tal-agglomerazzjonijiet ta’ Polychrono, Chanioti u Desfina kienu jissodisfaw, fid-data mogħtija fl-opinjoni motivata supplimentari, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 91/271, b’mod li, għal dak li jirrigwarda dawn l-agglomerazzjonijiet, in-nuqqas allegat ma ġiex stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li joriġina mill-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista, b’e.p. ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/271.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar tista’ taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom. Peress li, f’dan il-każ, ir-rikors tal-Kummissjoni ntlaqa’ biss parzjalment, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma żguratx trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti tal-ilma urban mormi li joriġina mill-agglomerazzjonijiet ta’ Prosotsani, Doxato, Eleftheroupoli, Vagia u Galatista, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni ta’ bejn <FT TYPE="NUMBER">2000</FT> u <FT TYPE="NUMBER">10000</FT>, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20081022">22 ta’ Ottubru 2008</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>