<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.1101116301.case.xml"><NO.CASE>C-296/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0296</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11206</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11239</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>34</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20101109">9.11.2010</DATE> — KAWŻA C-296/10</LEFT><RIGHT>PURRUCKER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20101109">9 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-296/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Stuttgart (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20100531">31 ta’ Mejju 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20100616">16 ta’ Ġunju 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bianca Purrucker</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Guillermo Vallés Pérez,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas (Relatur), U. Lõhmus u A. Ó Caoimh, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11207"?><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE> li tissuġġetta l-kawża għall-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 104a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20100927">27 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Purrucker, minn B. Steinacker, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. M. Rodríguez Cárcamo, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u B. Beaupère-Manokha, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-11208"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn F. Penlington, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A.-M. Rouchaud-Joët u S. Grünheid, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID><CONSID><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></CONSID></GR.CONSID><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Purrucker u G. Vallés Pérez fir-rigward tad-dritt ta’ kustodja ta’ binhom Merlín.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11209"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Qabel ir-Regolament Nru 2201/2003 kien hemm fis-seħħ ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1347/2000, tad-<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji matrimonjali u f’materji ta’ responsabbiltà tal-ġenituri għall-ulied taż-żewġ konjuġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 209). Ir-Regolament Nru 1347/2000 ġie rrevokat permezz tar-Regolament Nru 2201/2003, li għandu kamp ta’ applikazzjoni iktar wiesa’.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 12, 16 u 21 tar-Regolament Nru 2201/2003 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(12)</NO.P><TXT>Ir-raġunijiet ta’ l-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri stabbiliti fir-Regolament preżenti huma fformati fi ħdan l-aqwa interessi għall-minuri, u partikolarment dwar il-kriterju ta’ l-qrubija. Dan ifisser li l-ġurisdizzjoni għandha toqgħod l-ewwelnett ma’ l-Istat Membru tar-residenza abitwali ta’ l-minuri, ħlief għal ċerti każijiet fejn hemm tibdil fir-residenza ta’ l-minuri jew skond ftehim bejn dawk il-ġenituri li huma d-detenturi tar-responsabilità.</TXT><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament m’għandux jimpedixxi lill-qrati ta’ xi Stat Membru milli jieħdu miżuri proviżorji, inkluzi dawk protettivi, f’każijiet urġenti, fir-rigward ta’ persuni jew proprjetà li tinstab f’dak l-Istat.</TXT><?PAGE NO="I-11210"?><P>[…]</P></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru għandu jiġi bbażat fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka u l-bażi għal nuqqas ta’ rikonoxximent għandu jinżamm għall-minimu neċessarju.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2201/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>ll-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>qorti<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/> għandha tkopri l-awtoritajiet kollha fl-Istati Membri bil-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet li jaqgħu taħt u li huma nkluzi fil-kompetenza ta’ dan ir-Regolament skond l-Artikolu 1;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-kelma <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/> għandha tfisser divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ, kif ukoll sentenza dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri, iddikjarata minn qorti ta’ Stat Membru, hu x’inhu t-terminu li tista’ tiġi msejjħa bih is-sentenza, inkluzi diġriet, ordni jew deċiżjoni;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-11211"?><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>responsabbilità ta’ l-ġenituri<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/> għandhom ifissru d-drittijiet u r-responsabbilitajiet kollha dwar il-persuna jew il-proprjetà ta’ l-minuri li huma moghtija lil persuna jew persuna legali b’sentenza, bl-operazzjoni ta’ l-liġi jew b’xi fteħim li għandu effetti legali. Il-kliem se jinkludu d-drittijiet ta’ kustodja u d-drittijiet ta’ l-aċċess;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>il-kliem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>drittijiet ta’ kustodja<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/> għandhom jinkludu drittijiet u responsabbilitajiet dwar il-kura ta’ l-persuna ta’ l-minuri, u partikolarment id-drittijiet li jiddeterminaw il-post ta’ residenza ta’ l-minuri;</TXT><P>[…]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar minuri li huma abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru fiż-żmien li l-qorti tkun ħadet il-pussess.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11212"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Pussess ta’ Qorti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Qorti għandha tiġi kkunsidrata li hija fil-pussess;</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fiż-żmien li d-dokument li istitwixxa l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġu ppreżentati l-qorti, dement li l-applikant ma naqasx/sitx sussegwentement milli jieħu/tieħu l-passi neċessarji li kienu dovuti li sabiex issir in-notifika fuq il-konvenut;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk id-dokument għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat il-qorti, waqt iż-żmien li jiġi riċevut mill-awtorità responsabbli għas-servizz, dement li l-applikant ma jonqosx milli jieħu l-passi li kellu jieħu biex id-dokument jiġi ppreżentat il-qorti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Fejn qorti ta’ Stat Membru għandha l-pussess dwar każ li m’għandiex il-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament u dwar liema xi qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, għandha tiddikjara b’mozzjoni proprja li m’għandhiex ġurisdizzjoni.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11213"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(2) u (3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="019.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn il-proċedimenti dwar ir-responsabbilità ta’ l-ġenituri dwar l-istess minuri [suġġett] u li tinkludi l-istess kawża [bażi ġuridika] se jidħru quddiem qrati fi Stati Membri differenti, it-tieni qorti li ħadet il-pussess għandha b’mozzjoni tagħha stess żżomm il-proċedimenti sakemm il-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti tiġi stabbilita.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="019.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn il-ġurisdizzjoni ta’ l-ewwel qorti li ħadet il-pussess tiġi stabbilita, it-tieni qorti bil-pussess għandha iċċedi l-ġurisdizzjoni favur dik il-qorti.</P><P>F’dak il-każ, il-parti li tkun ġabet il-kawza relevanti quddiem il-qorti li ħadet il-ta’ l-pussess wara, tista’ ġġib dik il-kawza quddiem il-qorti li ħadet ita’ l-pussess l-ewwel.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’każijiet urgenti, id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mhux se jħallu l-qrati ta’ Stat Membru milli jieħu dawk il-miżuri provviżorji, inkluzi dawk protettivi fir-rigward ta’ persuni jew assi f’dak l-Istat kif huma disponibbli taħt il-liġi ta’ dak l-Istat Membru, anke jekk, taħt dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor għandha l-ġurisdizzjoni nkwantu għas-sustanza ta’ l-kwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 m’għandhomx jibqgħu japplikaw meta l-qorti ta’ l-Istat Membru li għandha l-ġurisdizzjoni taħt dan ir-Regolament nkwantu għas-sustanza ta’ l-kwistjoni, ħadet il-miżuri li dehrilha xierqa.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11214"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikoli 21 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament Nru 2201/2003 jirrigwardaw ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi. Dan l-Artikolu 21(1), jipprovdi b’mod partikolari li sentenzi mogħtija fi Stat Membru huma rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi li l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini ma tistax tiġi riveduta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali u l-proċeduri pendenti</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju, mill-fatti msemmija fis-sentenza tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, Purrucker (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/09" PAGE.ECR="I-7353" YEAR="2010">C-256/09, Ġabra p. I-7353</REF.DOC.ECR>), u mill-proċess tal-kawża li ntbagħat lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju, jirriżulta li f’nofs l-2005, B. Purrucker, ċittadina Germaniża, marret tgħix fi Spanja ma’ G. Vallés Pérez, ċittadin Spanjol imwieled il-Ġermanja. Fil-<DATE ISO="20060531">31 ta’ Mejju 2006</DATE>, mir-relazzjoni tagħhom twieldu tewmin, Merlín, tifel, u Samira, tifla, li ġew imwielda qabel iż-żmien. G. Vallés Pérez irrikonoxxa lill-ulied. Minħabba li l-ġenituri jgħixu flimkien, huma għandhom, skont il-liġi Spanjola, dritt ta’ kustodja konġunta. L-ulied għandhom ċittadinanza Ġermaniża u Spanjola.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Billi r-relazzjoni bejn B. Purrucker u G. Vallés Pérez iddeterjorat, B. Purrucker xtaqet tirritorna lejn il-Ġermanja ma’ uliedha, filwaqt li G. Vallés Pérez inizjalment oppona. Fit-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, il-partijiet laħqu ftehim notarili li kellu jiġi approvat minn qorti sabiex ikun infurzabbli, li permezz tiegħu B. Purrucker għandha tmur tgħix il-Ġermanja flimkien mal-ulied.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11215"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Minħabba kumplikazzjonijiet u l-ħtieġa ta’ intervent kirurġiku, Samira ma setgħetx tħalli l-isptar fil-jum tat-tluq. B. Purrucker għalhekk telqet lejn il-Ġermanja ma’ binha Merlín fit-<DATE ISO="20070202">2 ta’ Frar 2007</DATE>. Minħabba f’dawn iċ-ċirkustanzi partikolari, fil-kawża prinċipali bejn il-partijiet, qed tiġi kkontestata l-kwistjoni dwar jekk G. Vallés Pérez kienx għadu jaqbel mat-tluq ta’ B. Purrucker ma’ Merlín.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-residenza tal-membri tal-familja ma nbiddlitx mit-tluq ta’ B. Purrucker fit-<DATE ISO="20070202">2 ta’ Frar 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Hemm tliet proċeduri pendenti bejn il-partijiet fil-kawża prinċipali:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-ewwel waħda, fi Spanja, quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n. 4 de San Lorenzo de El Escorial, għandha bħala suġġett l-għoti ta’ miżuri provviżorji, mibdija minn G. Vallés Pérez. Ma jistax jiġi eskluż li din il-proċedura, taħt ċerti kundizzjonijiet, tidher li tista’ titqies li hija proċedura fuq il-mertu li s-suġġett tagħha huwa l-għoti tad-dritt ta’ kustodja ta’ Merlín u Samira;</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni waħda, fil-Ġermanja, mibdija minn G. Vallés Pérez, li għandha bħala suġġett l-infurzar tas-sentenza tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> mogħtija mill-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, li tistabbilixxi miżuri provviżorji u li wasslet għas-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq, u</P></ITEM><ITEM><P>it-tielet waħda, fil-Ġermanja, mibdija minn B. Purrucker, li għandha bħala suġġett l-għoti tad-dritt ta’ kustodja fuq l-istess ulied. Din hija l-proċedura li wasslet għat-talba għal deċiżjoni preliminari.</P></ITEM></LIST></P></NP><?PAGE NO="I-11216"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċeduri mibdija fi Spanja għall-għoti ta’ miżuri provviżorji dwar il-kustodja tal-ulied u eventwalment għal deċiżjoni fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li ma baqax iħossu marbut bil-ftehim notarili tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, G. Vallés Pérez beda, f’Ġunju 2007, proċedura għall-finijiet tal-għoti ta’ miżuri provviżorji u, b’mod partikolari, tad-dritt ta’ kustodja tal-ulied, Merlín u Samira, quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n. 4 de San Lorenzo de El Escorial.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Is-seduta saret fis-<DATE ISO="20070926">26 ta’ Settembru 2007</DATE>. B. Purrucker ippreżentat osservazzjonijiet bil-miktub u kienet irrappreżentata.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial ikkunsidrat li għandha ġurisdizzjoni u adottat miżuri urġenti u provviżorji, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda d-dritt ta’ kustodja tal-ulied. Din is-sentenza kienet is-suġġett ta’ sentenza emendatorja tat-<DATE ISO="20071128">28 ta’ Novembru 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont ċerti elementi inklużi fil-proċess, fid-dritt Spanjol, meta miżuri provviżorji jiġu mitluba u jinkisbu qabel talba fuq il-mertu, l-effetti tagħhom jieqfu biss jekk it-talba kontenzjuża prinċipali titressaq fit-30 ġurnata wara l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri provviżorji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11217"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’data mhux speċifikata f’Jannar 2008 u li ma tirriżulta minn ebda parti tal-proċess ipprovdut mill-qorti tar-rinviju, G. Vallés Pérez ressaq talba fuq il-mertu quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n. 4, de San Lorenzo de El Escorial. B. Purrucker tallega li din it-talba kienet tardiva.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia n. 4 de San Lorenzo de El Escorial iddeċidiet dwar il-kwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ta’ l-ewwel qorti li ħadet il-pussess<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/> fis-sens tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament Nru 2201/2003. Hija tinnota li diġà ddeċidiet fuq il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tagħha fis-sentenza tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> u fakkret il-fatti varji ta’ rbit iċċitati f’din is-sentenza. Hija tindika li fit-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, laqgħet it-talba għall-għoti ta’ miżuri provviżorji dwar il-kustodja tal-ulied. Peress li kien biss f’Settembru 2007 li l-omm ressqet il-kawża quddiem il-qorti Ġermaniża, il-Juzgado de Primera Instancia n. 4 de San Lorenzo de El Escorial ikkunsidrat lilha nnifisha bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>l-ewwel qorti li ħadet il-pussess<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/> u ddikjarat li hija għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ l-kawża skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, l-Audiencia Provincial de Madrid (Spanja), li quddiemha appellat B. Purrucker, ikkonfermat is-sentenza tat-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>. Il-qorti tal-appell ikkunsidrat li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003, l-ewwel talba hija t-talba għal miżuri provviżorji mressqa skont id-dritt Spanjol quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, li tressqet qabel it-talba mressqa quddiem il-qorti Ġermaniża. Barra minn dan, l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003, invokat minn B. Purrucker, jekk applikabbli f’din il-kawża, ma jistabbilixxi l-ebda regola dwar ġurisdizzjoni u jikkonċerna biss l-adozzjoni ta’ miżuri kawtelatorji biss f’każ ta’ urġenza, filwaqt li l-ġurisdizzjoni, li hija s-suġġett ta’ din il-kawża, hija ddeterminata skont ir-regoli previsti fl-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament. Din is-soluzzjoni hija wkoll konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(3) tal-liġi qafas dwar is-setgħa ġudizzjarja (Ley Orgánica del Poder Judicial).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11218"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura mibdija fil-Ġermanja għall-infurzar tas-sentenza tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> mogħtija mill-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Din hija l-proċedura li wasslet għas-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq. G. Vallés Pérez fil-bidu eżiġa, fost l-oħrajn, l-għoti lura tal-wild Merlín u ppreżenta, bħala miżura kawtelatorja, rikors intiż li tiġi ddikjarata l-infurzabbiltà tas-sentenza mogħtija fit-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> mill-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial. Wara, huwa talab l-ewwel nett l-infurzar ta’ din is-sentenza. Konsegwentement, l-Amtsgericht Stuttgart, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, u l-Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080922">22 ta’ Settembru 2008</DATE> meħuda b’rikors, infurzaw din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Insegwitu għal rikors għal reviżjoni mressaq minn B. Purrucker, il-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) għamel domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Bis-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq, din irrispondiet li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikawx għal miżuri provviżorji, fil-qasam tad-dritt ta’ kustodja, li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-punt 76 tas-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod partikolari indikat li meta l-ġurisdizzjoni fuq il-mertu, skont ir-Regolament Nru 2201/2003, ta’ qorti li tkun adottat miżuri provviżorji ma tirriżultax, mill-evidenza kollha, mill-elementi tad-deċiżjoni adottata, jew li din id-deċiżjoni ma tinkludix motivazzjoni li ma hijiex nieqsa minn kull ambigwità, dwar il-ġurisdizzjoni tal-mertu ta’ din il-qorti, b’riferiment għall-wieħed mill-elementi tal-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikoli 8 sa 14 ta’ dan ir-regolament, jista’ jiġi konkluż li l-imsemmija deċiżjoni ma tkunx ġiet adottata skont ir-regoli tal-ġurisdizzjoni stabbiliti mill-imsemmija regolament.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11219"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-proċedura mibdija fil-Ġermanja għall-għoti tad-dritt ta’ kustodja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE>, permezz ta’ rikors fuq il-mertu mressaq quddiem l-Amtsgericht Albstadt (il-Ġermanja), B. Purrucker talbet li tingħata l-kustodja esklużiva tal-ulied Merlín u Samira. Din it-talba ġiet innotifikata lill-konvenut fil-kawża prinċipali fit-<DATE ISO="20080222">22 ta’ Frar 2008</DATE> permezz ta’ ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni ta’ riċevuta. Madankollu, huwa kien diġà ġie preċedentement informat b’din it-talba, hekk kif ukoll il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod partikolari mid-deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20070925">25 ta’ Settembru 2007</DATE> u tad-<DATE ISO="20080109">9 ta’ Jannar 2008</DATE> tal-Amtsgericht Albstadt jirriżulta li, skont din il-qorti, it-talba ta’ B. Purrucker ma kellha l-ebda ċans ta’ suċċess. Fil-fatt, billi l-ġenituri ma kinux miżżewġin u ma kienx jidher li teżisti dikjarazzjoni ta’ kustodja konġunta, u li l-ftehim notarili tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE> ma setax jiġi interpretat bħala li jikkostitwixxu tali dikjarazzjoni, B. Purrucker kellha d-dritt ta’ kustodja esklużiva fuq l-ulied, b’mod li deċiżjoni ta’ għoti tad-dritt ta’ kustodja ma kinitx meħtieġa. L-Amtsgericht Albstadt semmiet ukoll il-proċeduri pendenti fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20080319">19 ta’ Marzu 2008</DATE>, l-Amtsgericht Albstadt b’mod partikolari ċaħħdet, fuq nuqqas ta’ kompetenza, it-talba ta’ B. Purrucker f’dak li jirrigwarda l-wild Samira. Din id-deċiżjoni ġiet ikkonfermata fil-<DATE ISO="20080505">5 ta’ Mejju 2008</DATE> mill-Oberlandesgericht Stuttgart. Fid-deċiżjoni tagħha, l-Oberlandesgericht Stuttgart nnotat li dan il-wild, sa mit-twelid tiegħu, kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Spanja. Skont din il-qorti, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikax għall-fatti ta’ din il-kawża u l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 15 tal-istess regolamenti ma kinux issodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni oħra tad-<DATE ISO="20080319">19 ta’ Marzu 2008</DATE>, l-Amtsgericht Albstadt issospendiet il-proċeduri ta’ dritt ta’ kustodja f’dak li jirrigwarda l-wild Merlín skont<?PAGE NO="I-11220"?> l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag, tal-<DATE ISO="19801025">25 ta’ Ottubru 1980</DATE>, dwar aspetti ċivili ta’ ħtif internazzjonali ta’ minuri (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>). Dawn il-proċeduri reġgħu ssokktaw fit-<DATE ISO="20080528">28 ta’ Mejju 2008</DATE> fuq talba ta’ B. Purrucker minħabba li sa dik id-data, G. Vallés Pérez ma kienx talab għar-ritorn fuq il-bażi tal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980. Ebda talba oħra ma ġiet ippreżentata sussegwentement.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Minħabba fit-talba għall-infurzar tas-sentenza tal-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE>, imressqa minn G. Vallés Pérez, il-proċedura li tirrigwarda d-dritt ta’ kustodja ġiet assenjata lill-Amtsgericht Stuttgart, skont l-Artikolu 13 tal-liġi dwar l-infurzar u l-applikazzjoni ta’ ċerti strumenti legali fil-qasam tad-dritt internazzjonali tal-familja (Gesetz zur Aus- und Durchführung bestimmter Rechtsinstrumente auf dem Gebiet des internationalen Familienrechts).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20080716">16 ta’ Lulju 2008</DATE>, B. Purrucker ressqet talba, fuq il-bażi tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003, quddiem l-Amtsgericht Stuttgart, sabiex tikseb miżura provviżorja li tagħtiha l-kustodja esklużiva ta’ binha Merlín, jew, sussidjarjament, id-dritt esklużiv li tiffissa r-residenza ta’ dan il-wild. Il-kuntest ta’ din it-talba kien ikkaratterizzat, b’mod partikolari, minn problemi li dehru matul kontrolli mediċi ta’ prevenzjoni. Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20080728">28 ta’ Lulju 2008</DATE>, l-eżenzjoni mitluba ġiet irrifjutata, minħabba nuqqas ta’ urġenza fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003. L-Amtsgericht Stuttgart b’mod partikolari rrilevat li l-wild kien kopert mis-sigurtà soċjali ta’ missieru fi Spanja u li, jekk meħtieġ, huwa possibbli li jiġi ordnat r-ritorn tal-karta tal-assigurazzjoni għall-mard lill-omm.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Mill-proċess ikkomunikat lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li fix-xhur ta’ Awwissu, ta’ Settembru u ta’ Ottubru 2008, l-Amtsgericht Stuttgart ippruvat fil-kuntest tal-proċedura fuq il-mertu pendenti quddiemha, diversi drabi u b’diversi mezzi, b’mod partikolari permezz tal-maġistrat Spanjol ta’ kuntatt fin-netwerk ġudizzjarju Ewropew (NĠE), tagħmel kuntatt mal-Juzgado de Primera Instancia<?PAGE NO="I-11221"?> n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial sabiex issir taf jekk kienx hemm ukoll quddiemha proċedura fuq il-mertu. Madankollu, l-isforzi tagħha baqgħu mingħajr suċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, l-Amtsgericht Stuttgart adottat deċiżjoni li fiha ddeskriviet il-passi meħuda permezz tal-maġistrat Spanjol ta’ kuntatt u n-nuqqas ta’ risposta min-naħa tal-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial. Hija talbet lill-partijiet sabiex jipprovdu u jipprovaw, l-ewwel nett, id-data tat-talba għal miżuri provviżorji mill-missier fi Spanja, it-tieni nett, in-notifika tas-sentenza tal-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, tat-<DATE ISO="20071108">8 ta’ Novembru 2007</DATE> u, it-tielet nett, it-tressiq tat-talba fuq il-mertu mill-missier fi Spanja kif ukoll id-data tan-notifika ta’ din it-talba lill-omm.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial adottat ukoll is-sentenza li l-kontenut tagħha huwa deskritt fil-punt 23 ta’ din is-sentenza u li fiha tirreferi għall-ittra indirizzata lilha mill-Amtsgericht Stuttgart.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Wara li stiednet lill-partijiet sabiex jieħdu pożizzjoni mill-ġdid, l-Amtsgericht Stuttgart adottat deċiżjoni, fit-<DATE ISO="20081208">8 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Din issemmi s-sentenza tal-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, tat-<DATE ISO="20081028">28 ta’ Ottubru 2008</DATE>, u tal-appell ippreżentat minn B. Purrucker kontriha. Hija ħasset li ma setgħetx hija stess tiddeċiedi fuq il-kwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ta’ l-ewwel qorti li ħadet il-pussess<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/> għaliex din taffettwa ċ-ċertezza legali billi żewġ qrati ta’ Stati Membri differenti jistgħu jadottaw deċiżjonijiet kunfliġġenti. Il-kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-qorti li qalet l-ewwel li għandha ġurisdizzjoni. Għaldaqstant, l-Amtsgericht Stuttgart iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 sakemm id-deċiżjoni tal-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, tat-28 Ottubru 2008 issir <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11222"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B. Purrucker ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-Amtsgericht Stuttgart tat-<DATE ISO="20081208">8 ta’ Diċembru 2008</DATE>. Fl-<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE>, l-Oberlandesgericht Stuttgart annullat id-deċiżjoni u bagħtet il-kawża quddiem l-Amtsgericht Stuttgart sabiex tadotta deċiżjoni ġdida. L-Oberlandesgericht Stuttgart qieset li qorti setgħet tistħarreġ hija stess il-ġurisdizzjoni tagħha u li l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jagħti lil ebda qorti li quddiemha tressqet il-kawża l-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiddetermina liema kienet l-ewwel qorti li tressqet quddiemha l-kawża. L-Oberlandesgericht Stuttgart irrilevat li t-talba dwar id-dritt ta’ kustodja, imressqa fi Spanja f’Ġunju 2007 minn G. Vallés Pérez, tidħol fil-kuntest ta’ proċedura intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji, filwaqt li t-talba dwar id-dritt ta’ kustodja, imressqa fil-Ġermanja fl-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE> minn B. Purrucker, tikkostitwixxi rikors fuq il-mertu. Dan ir-rikors u l-proċedura għall-għoti ta’ miżuri provviżorji għandhom bħala suġġett kontroversji differenti jew talbiet differenti. Fejn xieraq, għandha tiġi ammessa l-eżistenza ta’ kunflitt pożittiv ta’ ġurisdizzjoni bejn żewġ qrati.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20090608">8 ta’ Ġunju 2009</DATE>, l-Amtsgericht Stuttgart reġgħet talbet lill-partijiet jindikawlha f’liema stadju kienet tinsab il-proċedura mibdija fi Spanja u stednithom jieħdu pożizzjoni fuq il-possibbiltà li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-determinazzjoni tal-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża, skont l-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tad-<DATE ISO="20091019">19 ta’ Ottubru 2009</DATE>, l-Amtsgericht Stuttgart issuġġerit lill-partijiet ftehim, li huma setgħu jew jiffissaw flimkien il-post tar-residenza abitwali ta’ Merlín għand B. Purrucker u dik ta’ Samira għand G. Vallés Pérez, suġġetta għaż-żamma tad-dritt ta’ kustodja konġunta, jew jitolbu, bi ftehim bejniethom, li d-dritt ta’ kustodja ta’ Merlín jingħata lil B. Purrucker u li d-dritt ta’ kustodja ta’ Samira jingħata lil G. Vallés Pérez. Il-proposta madankollu ma ġietx aċċettata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11223"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100113">13 ta’ Jannar 2010</DATE>, saret seduta quddiem l-Amtsgericht Stuttgart fil-preżenza tal-partijiet fil-kawża prinċipali, b’G. Vallés Peréz ikun irrappreżentat mill-avukat tiegħu. Il-fehmiet ta’ dawn tal-aħħar la setgħu jkunu armonizzati u lanqas rikonċiljati.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, l-Audiencia Provincial de Madrid iddeċidiet l-appell ippreżentat minn B. Purrucker permezz tas-sentenza msemmija fil-punt 24 ta’ din is-sentenza. Din is-sentenza tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE> ġiet ikkomunikata lill-Amtsgericht Stuttgart permezz ta’ ittra mill-avukat Ġermaniż ta’ G. Vallés Pérez.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tar-rinviju u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Amtsgericht Stuttgart tesponi għaliex hija tal-fehma li ma hemm l-ebda dubju raġonevoli dwar il-fatt li Merlín kellu r-residenza abitwali tiegħu fil-Ġermanja fil-<DATE ISO="20070921">21 ta’ Settembru 2007</DATE>, meta ġiet imressqa t-talba għall-għoti tal-kustodja tiegħu minn B. Purrucker.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial ma kellhiex, fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2201/2003, ġurisdizzjoni mingħajr interruzzjoni sal-<DATE ISO="20070921">21 ta’ Settembru 2007</DATE> billi l-membri tal-familja qabel kellhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom fi Spanja, għaliex la huwa kredibbli u lanqas huwa ppruvat li t-tneħħija ta’ Merlín, minn B. Purrucker, minn Spanja lejn il-Ġermanja kien illegali. Il-ftehim notarili tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE> u, barra minn dan, in-nuqqas effettiv ta’ talba ta’ ritorn, magħmula skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 2201/2003 flimkien mal-Konvenzjoni ta’ Den Haag tal-1980, jikkostitwixxu<?PAGE NO="I-11224"?> elementi li jirribattu t-teżi ta’ tneħħija nġusta ta’ wild fis-sens tal-Artikolu 2(11) ta’ dan ir-regolament. Il-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial, għalhekk, ma tibbażax il-ġurisdizzjoni tagħha fuq din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Stuttgart tfakkar li skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jitqies li tkun tressqet kawża quddiem qorti mid-data li fiha l-att promotur huwa ppreżentat fil-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-att jiġi nnotifikat lill-konvenut.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Amtsgericht Stuttgart tippreċiża li r-rikors tal-<DATE ISO="20070920">20 ta’ Settembru 2007</DATE> ġie ppreżentat quddiem l-Amtsgericht Albstadt fil-<DATE ISO="20070921">21 ta’ Settembru 2007</DATE>, iżda li ġie nnotifikat lill-konvenut fil-kawża prinċipali biss fit-<DATE ISO="20080222">22 ta’ Frar 2008</DATE>, għal raġunijiet li B. Purrucker ma hijiex responsabbli għalihom, relatati mal-kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ din il-qorti sabiex tadotta miżuri fil-qasam tad-dritt ta’ kustodja fir-rigward ta’ bint il-partijiet fil-kawża prinċipali, Samira.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprovdi li qorti ta’ Stat Membru, li l-ewwel tkun tressqet kawża quddiemha dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild, primarjament għandha ġurisdizzjoni għall-kuntrarju ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor li sussegwentement tressqet kawża quddiemha li għandha l-istess suġġett u l-istess bażi ġuridika. Skont il-qorti tar-rinviju, is-suġġett tal-kawża li wasslet għall-bidu, f’Ġunju 2007, ta’ proċedura għal miżuri provviżorji quddiem il-qorti Spanjola hija identika għal dik li wasslet għar-rikors fuq il-mertu li tressqet quddiem il-qorti Ġermaniża f’Settembru 2007. Iż-żewġ proċeduri kellhom fil-fatt bħala suġġett talba għall-ksib ta’ miżuri legali fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri dwar<?PAGE NO="I-11225"?> l-istess wild. Kull waħda miż-żewġ partijiet jitolbu, f’kull każ, li jingħataw il-kustodja esklużiva. Fiż-żewġ proċeduri, il-partijiet huma identiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Il-prijorità fiż-żmien ta’ proċedura hija apprezzata taħt l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 2201/2003. L-Amtsgericht Stuttgart madankollu tinnota li l-ifformular ta’ din id-dispożizzjoni ma tagħmel ebda distinzjoni bejn rikors fuq il-mertu u proċeduri ta’ miżuri provviżorji, intiżi għall-għoti ta’ miżuri provviżorji. Din is-sitwazzjoni tħalli lok għal kunċetti legali differenti dwar il-qasam ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-approċċ legali adottat mill-Juzgado de Primera Instancia n.<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de San Lorenzo de El Escorial u mill-Audiencia Provincial de Madrid jirriżulta li qorti Spanjola hija kkunsidrata fis-sens tal-Artikoli 16 u 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003, bħala li tressqet kawża quddiemha permezz tal-introduzzjoni ta’ talba għal miżuri provviżorji. Il-proċedura għal miżuri provviżorji, flimkien ma’ rikors fuq il-mertu ppreżentat sussegwentement, jikkostitwixxu unità proċedurali. Madankollu, digriet għal miżuri provviżorji ma jibqax <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> kkunsidrat validu jekk rikors fuq il-mertu ma jiġix ippreżentat fit-30 ġurnata min-notifika tad-digriet ta’ miżuri provviżorji.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Skont id-digriet tal-<DATE ISO="20090514">14 ta’ Mejju 2009</DATE> tal-Oberlandesgericht Stuttgart, madankollu, l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jikkonċernax ir-relazzjoni bejn rikors fuq il-mertu u proċeduri għal miżuri provviżorji, billi dawn il-proċeduri għandhom għanijiet differenti, anki jekk deċiżjoni dwar il-kustodja ta’ wild għandha l-istess effetti kemm jekk mogħtija bħala miżuri provviżorji jew fuq il-mertu. Din l-interpretazzjoni hija ġġustifikata wkoll mill-fatt li l-Artikoli 21 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tar-Regolament Nru 2201/2003 ma japplikax għall-miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11226"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Amtsgericht Stuttgart iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel dawn id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament [Nru 2201/2003] huma applikabbli fil-każ fejn l-ewwel tkun tressqet kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru minn waħda mill-partijiet fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri sabiex jinkisbu miżuri provviżorji biss u sussegwentement titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor mill-parti l-oħra li titlob li tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll meta deċiżjoni adottata fir-rigward ta’ proċeduri għal miżuri provviżorji separati fi Stat Membru ma tistax tiġi rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 2201/2003?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Talba għal miżuri provviżorji li titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru għandha tiġi ekwiparata ma’ talba għal deċiżjoni fuq il-mertu fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 meta d-dritt proċedurali nazzjonali ta’ dan l-Istat jipprovdi li, sabiex jiġu evitati żvantaġġi tad-dritt proċedurali nazzjonali, għandha titressaq kawża quddiem l-imsemmija qorti, fi żmien determinat, sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11227"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, l-Amtsgericht Stuttgart talbet li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għal proċedura mħaffa skont Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, u barra minn dan issuġġeriet li dan ir-rinviju jkun suġġett għall-istess kulleġġ li ddeċieda dwar it-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof. Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20100701">1 Lulju 2010</DATE>, l-Amtsgericht Stuttgart wettqet kjarifika tat-talba tagħha fejn ippreċiżat li din ma kinitx tirreferi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 104b tar-Regoli tal-Proċedura, iżda għall-Artikolu 104a ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja laqa’ din it-talba.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 huwa applikabbli meta qorti ta’ Stat Membru li l-ewwel tkun tressqet kawża quddiemha minn parti waħda għall-ksib ta’ miżuri fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri hija biss mitluba sabiex tiddeċiedi għall-miżuri provviżorji u li sussegwentement titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru mill-parti l-oħra għal talba li għandha l-istess suġġett sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu. It-tieni domanda tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal deċiżjoni għall-miżuri provviżorji li ma tistax tiġi rikonoxxuta fis-sens tal-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, filwaqt li l-tielet domanda tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għal proċedura għall-ksib ta’ miżuri provviżorji li eventwalment ikunu marbuta ma’ proċedura fuq il-mertu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11228"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Huwa meħtieġ li dawn id-domandi jiġu eżaminati flimkien.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Żewġ teoriji ġew żviluppati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn naħa, B. Purrucker, il-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea sostnew li ma hemm l-ebda <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> fil-każ ta’ proċedura fuq il-mertu li tiżvolġi fl-istess ħin ma’ proċedura intiża għall-ksib ta’ miżuri provviżorji li wasslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni, anki jekk din il-proċedura tista’ tikkostitwixxi unità proċedurali mat-talba fuq il-mertu, meta din tkun introdotta f’terminu previst mil-liġi. Kull proċedura għandha tiġi kkunsidrata bħala entità awtonoma u l-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> jispiċċa ladarba tittieħed deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jenfasizza li kieku dan ma kienx il-każ, bidla tar-residenza abitwali tal-wild ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni, anki jekk ir-Regolament Nru 2201/2003 jikkunsidra tali bidla, li jmur kontra l-għan ta’ dan ir-regolament, li huwa li jippermetti lill-eqreb qorti għall-wild li tiddeċiedi fir-rigward tar-responsabbiltà tal-ġenituri. Barra minn dan, il-fatt li jiġi kkunsidrat li hemm <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> fil-każ ta’ proċedura fuq il-mertu li tiżvolġi fl-istess ħin ma’ proċedura intiża għall-ksib ta’ miżuri provviżorji li wasslet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni tobbliga lit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tipproċedi għall-investigazzjonijiet fuq id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tal-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża, sabiex issir taf jekk l-għoti ta’ miżuri provviżorji jimplika jew le li proċedura fuq il-mertu hija dejjem pendenti. Fl-aħħar nett, il-Gvern Ġermaniż jinvoka r-riskju tad-determinazzjoni mill-istess partijiet tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>forum shopping<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>) jekk jintlaqa’ l-kriterju<?PAGE NO="I-11229"?> tal-urġenza sabiex jinkiseb li qorti li tikkunsidra li għandha ġurisdizzjoni, tagħti miżuri provviżorji urġenti u tibqa’ dik il-qorti li għandha tisma’ t-talba fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvern Ċek, il-Gvern Spanjol u l-Gvern Franċiż isostnu li n-natura tal-proċeduri, għall-miżuri provviżorji jew fuq il-mertu, ma taffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2201/2003. Filwaqt li jfakkar il-punt 130 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża li tat lok għas-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq, il-Gvern Franċiż jenfasizza li dan ir-regolament kollu kemm hu ma jagħmilx distinzjoni bejn id-deċiżjonijiet finali jew konkreti minn naħa, u d-deċiżjonijiet provviżorji min-naħa l-oħra, kemm jekk fil-Kapitoli 1 u 2 ta’ dan ir-regolament jew fil-Kapitolu 3 ta’ dan ddedikat għar-rikonoxximent. Il-kriterju rilevanti huwa dak li ż-żewġ talbiet pendenti jkollhom l-istess suġġett u l-istess bażi ġuridika, li huwa l-każ meta żewġ ġenituri jitolbu kull wieħed minnhom il-kustodja tal-istess wild, kemm jekk bħala miżuri provviżorji jew bħala deċiżjoni finali.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Il-partijiet kollha kkonċernati fis-sens tal-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentaw osservazzjonijiet li jikkunsidraw li ma hemm l-ebda <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> meta waħda mit-talbiet intiżi għall-ksib ta’ miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003, jew meta l-ewwel l-qorti li tkun tressqet il-kawża quddiemha tkun diġà ordnat il-miżuri provviżorji fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni madankollu tenfasizza li huwa diffiċli għat-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha, sabiex tiddetermina jekk il-miżuri provviżorji humiex adottati mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu jew dawn jirrigwardawx miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003. Huwa għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni ssostni l-istess argument sostnut mill-Gvern Ġermaniż, jiġifieri li proċedura għall-ksib ta’ miżuri provviżorji hija proċedura awtonoma, li tintemm bl-adozzjoni tad-deċiżjoni li tagħti miżuri bħal dawn. Hija madankollu tammetti li għandu jkun hemm eċċezzjoni għal din ir-regola meta d-dritt nazzjonali<?PAGE NO="I-11230"?> jimponi lir-rikorrent li jibda proċedura għal miżuri provviżorji qabel ma jkun jista’ jibda proċedura fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Il-parti l-kbira tal-persuni kkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet indikaw li jekk ir-regola dwar il-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> fl-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 2201/2003 kienet l-istess bħal dik fl-Artikolu 21 tal-konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1972" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>), kif emendata bil-konvenzjoni tad-<DATE ISO="19781009">9 ta’ Ottubru 1978</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1978" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1">ĠU L 304, p. 1</REF.DOC.OJ> u - it-test emendat - p. 77), bil-konvenzjoni tal-<DATE ISO="19821025">25 ta’ Ottubru 1982</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1982" NO.OJ="388" PAGE.FIRST="1">ĠU L 388, p. 1</REF.DOC.OJ>), bil-konvenzjoni tas-<DATE ISO="19890526">26 ta’ Mejju 1989</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1989" NO.OJ="285" PAGE.FIRST="1">ĠU L 285, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif ukoll mill-konvenzjoni tad-<DATE ISO="19961129">29 ta’ Novembru 1996</DATE> dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja (<REF.DOC.OJ COLL="C" DATE.PUB="1997" NO.OJ="015" PAGE.FIRST="1">ĠU 1997, C 15, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Konvenzjoni ta’ Brussell<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/>) u l-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 33, p. 107), l-għan u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dawn it-testi differenti kienu wisq differenti sabiex japplikaw, fil-kuntest tar-Regolament Nru 2201/2003, is-soluzzjonijiet eventwalment adottati fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell jew tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż enfasizza b’mod partikolari li, fi kwistjonijiet tad-dritt ċivili li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, miżura provviżorja għandha saħħa eżekuttiva ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> limitat, meta d-deċiżjoni fuq il-mertu tikseb saħħa eżekuttiva sħiħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>. Dan ma huwiex il-każ għal miżura provviżorja adottata fil-qasam tal-awtorità tal-ġenituri, li jkollha saħħa eżekuttiva ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> formali iżda mhux materjali, fis-sens li tista’ sussegwentement tkun suġġetta għal deċiżjoni ġdida sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi ġodda. Barra min dan, hekk kif ikkonstatat il-Kummissjoni, ir-regoli dwar il-kunflitti ta’ deċiżjonijiet huma differenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11231"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Ir-regoli dwar il-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fl-Unjoni, ifittxu li jevitaw proċeduri paralleli quddiem il-qrati ta’ Stati Membri differenti u deċiżjonijiet kunfliġġenti li jistgħu jirriżultaw (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20031209">9 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Gasser, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-116/02" PAGE.ECR="I-14693" YEAR="2003">C-116/02, Ġabra p. I-14693</REF.DOC.ECR>, punt 41, kif ukoll tal-<DATE ISO="20041014">14 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Mærsk Olie &amp; Gas, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/02" PAGE.ECR="I-9657" YEAR="2004">C-39/02, Ġabra p. I-9657</REF.DOC.ECR>, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003, hemm <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> meta l-kawżi li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ wild, li għandhom l-istess suġġett u bażi ġuridika, jitressqu quddiem qrati ta’ Stati Membri differenti. F’dan ir-rigward, ma huwiex neċessarju li l-kawżi jirrigwardaw l-istess partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 2201/2003 u ċ-ċirkustanza li t-test tal-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament, minflok jirreferi għat-terminu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/><HT TYPE="ITALIC">lis</HT> [<HT TYPE="ITALIC">alibi</HT>] <HT TYPE="ITALIC">pendens</HT><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/> kif użat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali differenti tal-Istati Membri, jistabbilixxi numru ta’ kundizzjonijiet materjali bħala elementi ta’ definizzjoni, wieħed irid jikkonkludi li l-kunċetti użati fl-Artikolu 19(2) sabiex jiddeterminaw sitwazzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> għandhom jitqiesu bħala awtonomi (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-sentenza tat-<DATE ISO="19871208">8 ta’ Diċembru 1987</DATE>, Gubisch Maschinenfabrik, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="144/86" PAGE.ECR="4861" YEAR="1987">144/86, Ġabra p. 4861</REF.DOC.ECR>, punt 11).</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-kunċetti tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>istess minuri [suġġett]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>istess kawża [bażi ġuridika]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/> għandhom ikunu ddefiniti fil-kuntest tal-għan tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003, li huwa li jipprevjeni deċiżjonijiet inkonsistenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11232"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, fil-kuntest tal-Konvenzjoni ta’ Brussell, is-suġġett tal-kawża jikkonsisti fl-iskop tat-talba (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19941206">6 ta’ Diċembru 1994</DATE>, Tatry, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-406/92" PAGE.ECR="I-5439" YEAR="1994">C-406/92, Ġabra p. I-5439</REF.DOC.ECR>, punt 41). Sabiex tivverifika jekk żewġ talbiet għandhomx l-istess għan, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-pretensjonijiet rispettivi tal-partijiet f’kull kawża (sentenza tat-<DATE ISO="20030508">8 ta’ Mejju 2003</DATE>, Gantner Electronic, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-111/01" PAGE.ECR="I-4207" YEAR="2003">C-111/01, Ġabra p. I-4207</REF.DOC.ECR>, punt 26). Barra minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>kawża [bażi ġuridika]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/> bħal li tinkludi l-fatti u r-regola ġuridika invokata bħala bażi għat-talba (ara s-sentenza Tatry, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Ġustament, il-partijiet kollha kkonċernati li ppreżentaw osservazzjonijiet isostnu li ma jeżistix <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> bejn talba għall-ksib ta’ miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u ta’ talba fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret fil-punt 61 tas-sentenza Purrucker, iċċitata iktar ’il fuq, l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jistax jiġi kkunsidrat bħala dispożizzjoni li tikkonferixxi ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma għandhiex tipprevjeni t-tressiq ta’ kawża quddiem il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu. L-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 jipprevjeni kull riskju ta’ deċiżjonijiet kunfliġġenti bejn deċiżjoni li tagħti miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u deċiżjoni adottata mill-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu billi tipprovdi li l-miżuri provviżorji fis-sens tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament jieqfu milli jkollhom effett meta l-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu tkun ħadet il-miżuri li hija tikkunsidra xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> fis-sens tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 tista’ għaldaqstant teżisti biss meta żewġ proċeduri jew iktar li għandhom l-istess suġġett<?PAGE NO="I-11233"?> u l-istess bażi ġuridika huma pendenti quddiem qrati differenti u li r-rikorrenti f’dawn il-proċeduri differenti jitolbu sabiex jingħataw deċiżjoni li tkun suxxettibbli ta’ rikonoxximent fi Stat Membru ieħor ta’ qorti li titressaq kawża quddiemha minħabba li għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ma jistax ikun hemm distinzjoni magħmula fuq in-natura tal-proċeduri mibdija quddiem dawn il-qrati, jiġifieri proċeduri għal miżuri provviżorji jew proċeduri fuq il-mertu. Fil-fatt, ma jirriżulta la mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>deċiżjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> msemmi fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament Nru 2201/2003 u lanqas mill-Artikoli 16 u 19 tiegħu, li rispettivament jikkonċernaw it-tressiq ta’ kawża quddiem qorti u l-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, li dan ir-regolament jagħmel distinzjoni bħal din. Dan huwa wkoll il-każ tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament li jirrigwardaw ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet, bħall-Artikoli 21 u 23 tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-użu ta’ proċedura jew ta’ oħra tista’ tkun iddettata mill-partikolaritajiet tad-dritt nazzjonali. Il-Kummissjoni ddiskutiet il-possibbiltà ta’ dritt nazzjonali li jipprovdi għall-obbligu li tinbeda proċedura għal miżuri provviżorji qabel ma tinbeda proċedura fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 68 ta’ din is-sentenza, u b’mod partikolari għas-sentenza Gantner Electronic, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li għalhekk huwa neċessarju li jiġi vverifikat jekk l-intenzjoni tar-rikorrent quddiem l-ewwel qorti li tressqet kawża quddiemha huwiex li jikseb deċiżjoni minn din il-qorti minħabba l-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tqabbil tal-intenzjoni tar-rikorrent quddiem din il-qorti u tar-rikorrent quddiem it-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha jippermetti lil din tal-aħħar tevalwa jekk f’dan il-każ hemmx jew ma hemmx <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11234"?><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Jekk jirriżulta manifestament mis-suġġett tat-talba mressqa quddiem l-ewwel qorti li tressqet kawża quddiemha u miċ-ċirkustanzi fattwali li din ma fiha l-ebda element li jippermetti ġustifikazzjoni ta’ ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu, fis-sens tar-regolament Nru 2201/2003, tal-qorti li tressqet din il-kawża quddiemha, it-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha tkun tista’ tikkunsidra li ma hemmx <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jidher mit-talbiet tar-rikorrent jew mill-fatti li jinsabu fit-talba magħmula quddiem l-ewwel qorti li tressqet il-kawża quddiemha, anki jekk din kienet intiża għall-ksib ta’ miżuri provviżorji, li din ġiet imressqa quddiem qorti li mal-ewwel daqqa ta’ għajn, setgħet kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu, hija t-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha li għandha tissospendi l-proċeduri quddiemha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003, sakemm il-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti li tressqet il-kawża quddiemha tiġi stabbilita. Skont iċ-ċirkustanzi u jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament huma ssodisfatti, it-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha tista’ tieħu l-miżuri provviżorji meħtieġa fl-interess tal-wild.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ deċiżjoni ta’ qorti li tagħti miżuri provviżorji, mingħajr ma jkun ippreċiżat f’din id-deċiżjoni, jekk il-qorti li adottat dawn il-miżuri għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu, ma jistax jikkostitwixxi prova, insostenn tal-eċċezzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, tal-eżistenza ta’ talba fuq il-mertu, fin-nuqqas ta’ dettalji dwar il-ġurisdizzjoni tal-ewwel qorti li tressqet kawża quddiemha u għaċ-ċirkustanzi ta’ fatt fit-talba fuq il-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Madankollu, hija t-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha li għandha tivverifika jekk, id-deċiżjoni tal-ewwel qorti li tressqet il-kawża quddiemha, li tagħti miżuri provviżorji, kienet biss deċiżjoni li għandha twassal għal deċiżjoni sussegwenti adottata fid-dawl<?PAGE NO="I-11235"?> ta’ għarfien aħjar tal-kawża u f’ċirkustanzi li ma jkunux iktar ikkaratterizzati minn urġenza għal deċiżjoni. It-tieni qorti li tressqet talba quddiemha għandha għalhekk tivverifika wkoll jekk teżistix unità proċedurali bejn it-talba li kienet is-suġġett tal-miżuri provviżorji u talba mressqa sussegwentement.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Skont il-possibiltajiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha, it-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha tista’, fejn iż-żewġ kawżi jinvolvu l-istess partijiet, tistaqsi lill-parti li tinvoka l-eċċezzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT> tal-eżistenza tal-allegata kawża u tal-kontenut tat-talba. Barra minn dan, fid-dawl tal-fatt li r-Regolament Nru 2201/2003 huwa bbażat fuq il-kooperazzjoni u l-fiduċja reċiproka bejn il-qrati, din il-qorti tista’ tinforma lill-ewwel qorti li tressqet il-kawża quddiemha tat-tressiq tat-talba quddiemha, tiġbed l-attenzjoni ta’ din tal-aħħar għall-possibbiltà ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, tistieden lil din tal-aħħar tikkomunikalha l-informazzjoni dwar it-talba pendenti quddiemha u li tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003 jew li tikkomunikalha kull deċiżjoni li diġà ttieħdet f’dan ir-rigward. Fl-aħħar nett, it-tieni qorti li tressqet kawża quddiemha tista’ tikkuntattja lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Jekk, minkejja l-isforzi mwettqa mit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża, din ma tiddisponi minn l-ebda element li juri l-eżistenza ta’ talba mressqa quddiem qorti oħra u li tippermtti li jiġi ddeterminat is-suġġett u l-bażi ġuridika ta’ din it-talba, u li b’mod partikolari jindika l-ġurisdizzjoni tal-qorti l-oħra li quddiemha tressqet kawża skont ir-Regolament Nru 2201/2003, hija għandha, wara terminu raġonevoli ta’ stennija għal risposti għad-domandi minnha magħmula, tkompli għaddejja bl-eżami tat-talba mressqa quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>It-tul ta’ dan it-terminu raġonevoli ta’ stennija għandu jiġi stabbilit mill-qorti l-ewwel nett skont l-interessi tal-wild. Il-fatt li huwa wild ta’ età żgħira huwa kriterju li għandu jiġi kkunsidrat f’dan ir-rigward (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20080711">11 ta’ Lulju 2008</DATE>, Rinau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-195/08 PPU" PAGE.ECR="I-5271" YEAR="2008">C-195/08 PPU, Ġabra p. I-5271</REF.DOC.ECR>, punt 81).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11236"?><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li r-Regolament Nru 2201/2003 għandu l-għan, fl-aqwa interessi tal-wild, li jippermetti lill-qorti li hija l-eqreb tiegħu, u li għalhekk hija l-iktar waħda li taf tajjeb is-sitwazzjoni tiegħu u l-istat tal-iżvilupp tiegħu, li tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi enfasizzat li skont l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 2201/2003, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini ma tistax tiġi riveduta. Madankollu, jekk l-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi li t-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża għandha tiddeċiedi fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, dan huwa preċiżament sabiex l-ewwel qorti li quddiemha tkun tressqet il-kawża tkun tista’ tiddeċiedi dwar il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li r-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 2201/2003 ma humiex applikabbli fejn kawża li titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru sabiex jinkisbu miżuri fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tkun tressqet quddiemha biss sabiex tiddeċiedi dwar miżuri provviżorji skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u li sussegwentement titreessaq quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fis-sens tal-istess regolament, talba għall-għoti tal-istess miżuri, kemm jekk temporanji jew definittivi.</P></ITEM><ITEM><P>Il-fatt li titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji jew li tittieħed deċiżjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura u li minn ebda element tat-talba mressqa jew tad-deċiżjoni adottata ma jirriżulta li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għal miżuri provviżorji għandha ġurisdizzjoni fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jwassalx neċessarjament għall-esklużjoni tal-eżistenza, hekk kif jista’ eventwalment jawtorizza d-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, ta’ talba li fil-mertu hija relatata mat-talba għal<?PAGE NO="I-11237"?> miżuri provviżorji u li fiha elementi li jindikaw li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għandha ġurisdizzjoni skont dan ir-regolament.</P></ITEM><ITEM><P>Meta, minkejja l-isforzi mwettqa mit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tikseb tagħrif mill-parti li titlob il-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, mill-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża u mill-awtorità ċentrali, it-tieni qorti ma għandha l-ebda element li jippermetti li jiġi ddeterminat li s-suġġett u l-bażi ġuridika ta’ talba mressqa quddiem qorti oħra u intiża sabiex, b’mod partikolari, tindika l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti skont ir-Regolament Nru 2201/2003, u li minħabba f’ċirkustanzi partikolari, l-interess tal-wild jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni suxxettibbli li tiġi rikonoxxuta fi Stati Membri oħra minbarra dak tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża, huwa għal din l-aħħar qorti li wara perijodu raġonevoli ta’ stennija għar-risposti għad-domandi magħmula, tkompli tikkunsidra t-talba mressqa quddiemha. It-tul ta’ dan il-perijodu raġonevoli għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża inkwistjoni.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ rimbors.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11238"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla), taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-<DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, ma humiex applikabbli fejn kawża li titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru sabiex jinkisbu miżuri fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri tkun tressqet quddiemha biss sabiex tiddeċiedi dwar miżuri provviżorji skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-regolament u li sussegwentement titressaq quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fis-sens tal-istess regolament, talba għall-għoti tal-istess miżuri, kemm jekk temporanji jew definittivi.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatt li titressaq kawża quddiem qorti ta’ Stat Membru fil-kuntest ta’ proċedura għal miżuri provviżorji jew li tittieħed deċiżjoni fil-kuntest ta’ tali proċedura u li minn ebda element tat-talba mressqa jew tad-deċiżjoni adottata ma jirriżulta li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għal miżuri provviżorji għandha ġurisdizzjoni fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003 ma jwassalx neċessarjament għall-esklużjoni tal-eżistenza, hekk kif jista’ eventwalment jawtorizza d-dritt nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru, ta’ talba li fil-mertu hija relatata mat-talba għal miżuri provviżorji u li fiha elementi li jindikaw li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża għandha ġurisdizzjoni skont dan ir-regolament.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Meta, minkejja l-isforzi mwettqa mit-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża sabiex tikseb tagħrif mill-parti li titlob il-<HT TYPE="ITALIC">lis alibi pendens</HT>, mill-ewwel qorti li quddiemha tressqet il-kawża u mill-awtorità ċentrali, it-tieni qorti ma għandha l-ebda element li jippermetti li jiġi ddeterminat li s-suġġett u l-bażi ġuridika ta’ talba mressqa quddiem qorti oħra u intiża sabiex, b’mod partikolari, tindika l-ġurisdizzjoni ta’ din il-qorti skont ir-Regolament Nru 2201/2003, u<?PAGE NO="I-11239"?> li minħabba f’ċirkustanzi partikolari, l-interess tal-wild jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni suxxettibbli li tiġi rikonoxxuta fi Stati Membri oħra minbarra dak tat-tieni qorti li quddiemha tressqet il-kawża, huwa għal din l-aħħar qorti li wara perijodu raġonevoli ta’ stennija għar-risposti għad-domandi magħmula, tkompli tikkunsidra t-talba mressqa quddiemha. It-tul ta’ dan il-perijodu raġonevoli għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-aħjar interessi tal-wild fir-rigward taċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-kawża inkwistjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>