Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors skont l-Artikolu 238 KE intiż sabiex il-konvenuta tiġi kkundannata tirrimborsa parti mill-ammont imħallas bil-quddiem mill-Komunità, kif ukoll l-interessi moratorji, minħabba li ma ġewx osservati ċerti obbligi kuntrattwali.
Dispożittiv
1) Premium SA hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 57 605.74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi moratorji:
– bir-rata ta’ 3.36 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998;
– bir-rata ta’ 3.47 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 1999;
– bir-rata ta’ 2.74 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2000;
– bir-rata ta’ 4.26 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2001 sal-31 ta’ Diċembru 2002;
– bir-rata ta’ 3.29 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2003;
– bir-rata ta’ 2.27 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2004;
– bir-rata ta’ 2.05 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005;
– bir-rata ta’ 2.11 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data ta’ din is-sentenza;
– bir-rata applikabbli skont il-liġi Franċiża għall-perijodu bejn id-data ta’ din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.
2) Premium hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 30 988.74 bħala ammont prinċipali, flimkien mal-interessi moratorji:
– bir-rata ta’ 3.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 1998;
– bir-rata ta’ 2.85 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 1999;
– bir-rata ta’ 3.6 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2001;
– bir-rata ta’ 2.95 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2002;
– bir-rata ta’ 2.15 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004;
– bir-rata ta’ 2.4 % fis-sena għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2005;
– bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u d-data ta’ din is-sentenza;
– bir-rata applikabbli skont il-liġi Daniża għall-perijodu bejn id-data ta’ din is-sentenza u dik tal-ħlas sħiħ tas-somma prinċipali.
3) Premium hija kkundannata għall-ispejjeż.