|
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/128 |
Artikolu 177
(ex Artikolu 161 TKE)
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 178, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja kif ukoll wara li jkunu kkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jagħtu definizzjoni tal-kompiti, ta' l-għanijiet prioritarji u ta' l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali, li jistgħu jinvolvu l-istabbiliment tal-Fondi. Ir-regoli ġenerali applikabbli għalihom u l-provvedimenti meħtieġa sabiex jiżguraw l-effettività tagħhom, u l-koordinazzjoni tal-Fondi ma' xulxin kif ukoll mal-bqija ta’ l-istrumenti finanzjari eżistenti għandhom ikunu definiti wkoll mill-istess proċedura.
Permezz ta’ l-istess proċedura, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Koeżjoni sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju għall-proġetti fl-oqsma ta’ l-ambjent u ta' networks trans-Ewropej fil-qasam ta’ l-infrastruttura tat-trasport.