<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700723301.case.xml"><NO.CASE>C-70/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009C0070</NO.CELEX><NO.SEQ>0019.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7235</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7251</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET JÄÄSKINEN — KAWŻA C-70/09</LEFT><RIGHT>HENGARTNER U GASSER</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Jääskinen</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20100520">20 ta’ Mejju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-Land tal-Vorarlberg (l-Awstrija) jiġu applikati żewġ rati ta’ taxxa fuq il-kaċċa. Fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi tiġi applikata rata ogħla filwaqt li rata iktar baxxa hija applikata b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-persuni li għandhom ir-residenza prinċipali tagħhom fl-Awstrija. Żewġ ċittadini Svizzeri, residenti fl-Isvizzera u kerrejja ta’ biċċa art irriżervata għall-kaċċa, għalhekk ġew intaxxati b’rata ogħla minn dik applikata għall-kerrejja ta’ artijiet għall-kaċċa residenti fl-Awstrija. Kontra dan it-trattament differenti, huma invokaw quddiem l-amministrazzjoni tal-imsemmi Land, il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni, li kien konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew il-ftehim KE-Svizzera)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 114, p. 6</REF.DOC.OJ></P></NOTE>. Billi t-talba tagħhom ġiet miċħuda, iż-żewġ rikorrenti fil-kawża prinċipali għalhekk ippreżentaw rikors quddiem il-qorti tar-rinviju fejn sostnew li r-rata ta’ taxxa inqas favorevoli kienet qed tikser il-libertà ta’ stabbiliment li huma jibbenefikaw minnha skont it-Trattat KE. Il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) (l-Awstrija) xtaqet tkun taf jekk l-eżerċizzju tal-kaċċa, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, għandux jiġi kkunsidrat bħala attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna fuq il-liġi tat-Trattati, tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Konvenzjoni ta’ Vjenna<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti, Vol. 1155, p. 331.</P></NOTE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ambitu ta’ din il-konvenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, din għandha tapplika għal trattati bejn Stati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7236"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regola ġenerali ta’ interpretazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Trattat għandu jiġi interpretat <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> skont is-sens ordinarju tat-termini tiegħu fil-kuntest tagħhom u fid-dawl tal-għan u l-iskop tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ trattat, il-kuntest għandu jinkludi, apparti t-test, il-preamboli u l-annessi tiegħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull ftehim relatat mat-trattat li jkun intlaħaq bejn il-partijiet kontraenti kollha fir-rigward tal-konklużjoni tat-trattat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kull strument li jkun sar minn parti kontraenti jew iktar li jkun relatat mal-konklużjoni tat-trattat u li jkun ġie aċċettat mill-partijiet kontraenti l-oħra bħala strument relatat mat-trattat.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 KE jipprojbixxi r-restrizzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment taċ-ċittadini ta’ Stat Membru fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 43 KE, il-libertà ta’ stabbiliment tinkludi d-dritt li tibda u teżerċita attivitajiet bħala persuna li taħdem għal rasha, kif ukoll li tikkostitwixxi u tmexxi impriżi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">C —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Ftehim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Ftehim ġie ffirmat fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> fil-Lussemburgu u daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>. Huwa jagħmel parti minn seba’ ftehim settorjali distinti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Is-seba’ ftehim jirrigwardaw il-moviment liberu tal-persuni, it-trasport bl-ajru, il-ġarr ta’ oġġetti u passiġġieri bit-tren jew bit-triq, in-negozju fi prodotti agrikoli, ir-rikonnoxximent reċiproku fil-każ ta’ eżami ta’ konformità, ċerti aspetti ta’ akkwisti mill-gvern kif ukoll il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika. Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2002/309/KE, Euratom, dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, [tal]-<DATE ISO="20020404">4 ta’ April 2002</DATE>, dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 114, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7237"?><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ftehim, li huwa inkluż taħt il-Kapitolu I tiegħu, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-għan ta’ dan il-ftehim, favur iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u tal-Isvizzera, huwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jagħti dritt ta’ dħul, ta’ residenza, ta’ aċċess għal attività ekonomika b’salarju, ta’ stabbiliment inkwantu ħaddiem għal rasu u d-dritt li persuna tibqa’ fit-territorju tal-partijiet kontraenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jiffaċilita l-provvista ta’ servizzi fit-territorju tal-partijiet kontraenti, b’mod partikolari li tiġi lliberalizzata l-provvista ta’ servizzi ta’ perijodu qasir ta’ żmien;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Nondiskriminazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, [traduzzjoni mhux uffiċjali], jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Iċ-ċittadini ta’ parti kontraenti li huma residenti legalment fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra ma għandhomx ikunu, fl-applikazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III għal dan il-ftehim, suġġetti għal diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Ftehim jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Id-dritt ta’ residenza u ta’ aċċess għal attività ekonomika għandu jiġi ggarantit bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 u skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness I. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], preċiżament l-Artikolu 5(3), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-persuni fiżiċi li huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-Komunità Ewropea jew tal-Isvizzera li jmorru fit-territorju ta’ waħda mill-partijiet kontraenti biss bħala destinatarji ta’ servizzi għandhom jibbenefikaw mid-dritt ta’ dħul u ta’ residenza. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 15 tal-Ftehim, l-annessi għal u l-protokolli tal-Ftehim huma parti integrali mill-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-Ftehim jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minn dan il-ftehim, il-partijiet kontraenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex id-drittijiet u l-obbligi ekwivalenti għal dawk li jinsabu fl-atti ġuridiċi tal-Komunità Ewropea li jsir riferiment għalihom jiġu applikati fir-relazzjonijiet ta’ bejniethom.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-7238"?><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn l-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim tinvolvi kunċetti tad-dritt Komunitarju, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ta’ qabel id-data tal-iffirmar tiegħu. Il-ġurisprudenza ta’ wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-ftehim għandha tiġi kkomunikata lill-Isvizzera. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-Ftehim, fuq talba ta’ parti kontraenti, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-implikazzjonijiet ta’ din il-ġurisprudenza. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Anness I għall-Ftehim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Anness I għall-Ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-moviment liberu tal-persuni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] jinkludi seba’ kapitoli: I - Dispożizzjonijiet ġenerali; II — Impjegati; III — Persuni li jaħdmu għal rashom; IV — Għoti ta’ servizzi; V — Persuni li ma jeżerċitawx attività ekonomika; VI — Akkwisti ta’ beni immobbli, u VII — Dispożizzjonijiet tranżitorji u żvilupp tal-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Impjegati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]) tal-Anness I jinkludi b’mod partikolari l-Artikolu 9, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], li jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Impjegat li huwa ċittadin ta’ parti kontraenti ma jistax, fit-territorju tal-parti kontraenti l-oħra, minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu, jiġi ttrattat b’mod differenti mill-impjegati nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tar-remunerazzjoni, tat-tkeċċija, u tal-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol jew tal-impjieg mill-ġdid jekk jisfa bla xogħol.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-impjegat u l-membri tal-familja tiegħu msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan l-anness għandhom igawdu mill-istess vantaġġi fiskali u soċjali bħall-impjegati nazzjonali u l-membri tal-familja tagħhom.</P><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Persuni li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]) tal-Anness I jinkludi ħames artikoli (Artikoli 12 sa 16). L-Artikolu 12 tal-Anness I jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-kisba tad-dritt ta’ residenza kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin ta’ parti kontraenti li jixtieq jistabbilixxi ruħu fit-territorju ta’ parti kontraenti oħra sabiex jeżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>persuna li taħdem għal rasha<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>) għandu jingħata permess ta’ residenza għal perijodu ta’ għall-inqas ħames snin mid-data tal-ħruġ tiegħu bil-kundizzjoni li jipproduċi l-prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li huwa stabbilit jew jixtieq jistabbilixxi ruħu għal dan l-iskop.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ta’ residenza jiġi awtomatikament ipprorogat għal mill-inqas ħames snin, sakemm il-persuna li taħdem għal rasha ma tipproduċix il-prova lill-awtorità nazzjonali kompetenti li hija teżerċita attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-7239"?><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-ħruġ tal-permessi ta’ residenza, il-partijiet kontraenti jistgħu jitolbu lill-persuna li taħdem għal rasha biex tippreżenta biss:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-dokument li permezz tiegħu daħlet fit-territorju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-prova prevista fil-paragrafi 1 u 2.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ta’ residenza għandu jkun validu għat-territorju kollu tal-Istat li ħarġu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-interruzzjonijiet fir-residenza li ma jaqbżux is-sitt xhur konsekuttivi kif ukoll l-assenzi biex ikunu sodisfatti l-obbligi militari ma għandhomx jaffettwaw il-validità tal-permess ta’ residenza.</P><P>[…] [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Trattament ugwali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]) tal-Anness I jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’dak li jikkonċerna l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha, il-persuna li taħdem għal rasha għandha tirċievi fil-pajjiż ospitanti trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti liċ-ċittadini tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 ta’ dan l-anness huma applikabbli, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-persuni li jaħdmu għal rashom imsemmija f’dan il-kapitolu. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23 (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Destinatarju ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]) tal-Anness I:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-destinatarju tas-servizzi msemmi fl-Artikolu 5(3) ta’ dan il-ftehim ma jeħtieġx permess ta’ residenza għal residenzi ta’ inqas minn jew ta’ tliet xhur. Għal residenzi ta’ iktar minn tliet xhur, id-destinatarju tas-servizzi għandu jirċievi permess ta’ residenza għal terminu daqs dak tas-servizz. Matul it-terminu tar-residenza tiegħu jista’ jiġi eskluż mill-għajnuna soċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-permess ta’ residenza għandu jkun validu għat-territorju kollu tal-Istat li ħarġu. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">D —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest ġuridiku reġjonali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Liġi tal-Land tal-Vorarlberg dwar il-kaċċa (Vorarlberger Gesetz über das Jagdwesen), fil-verżjoni applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>(LGB1 32/1988, liġi kif emendata ulterjorment).</P></NOTE>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Kontenut u eżerċizzju tad-dritt tal-kaċċa</P><?PAGE NO="I-7240"?><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1)</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tal-kaċċa għandu jkun il-bażi ta’ kull eżerċizzju tal-kaċċa. Huwa għandu jkun marbut mal-proprjetà immobbli u għandu jinkludi d-dritt tal-ġestjoni, tal-kaċċa, u tal-qbid tas-selvaġġina. [...]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tal-imsemmija liġi jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Kiri ta’ art għall-kaċċa</P><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kiri ta’ art għall-kaċċa jista’ jsir bi ftehim reċiproku, b’sejħa pubblika għall-offerti jew b’irkanti pubbliċi. Fil-kuntest tal-kiri tal-art għall-kaċċa, il-kaċċaturi liċenzjati għandhom jiżguraw li jeżerċitaw id-dritt tal-kaċċa b’mod konformi mal-prinċipji tal-Artikolu 3.</P><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Gvern tal-Land għandu jadotta d-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-proċedura tal-kiri ta’ art għall-kaċċa f’digriet.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-Land tal-Vorarlberg dwar il-ġbir ta’ taxxa fuq il-kaċċa (Vorarlberger Gesetz über die Erhebung einer Jagdabgabe)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>LGBl. 28/2003.</P></NOTE>, għall-eżerċizzju tad-dritt tal-kaċċa għandha titħallas taxxa. Skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija liġi, huwa suġġett għal din it-taxxa l-kaċċatur liċenzjat u, f’każ ta’ trasferiment tal-użu lil kerrejja, il-persuna li għandha d-dritt tat-tgawdija tal-kaċċa.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija liġi jipprevedi li, fil-każ ta’ artijiet għall-kaċċa mikrija, it-taxxa għandha tiġi ddeterminata skont il-kirja annwali miżjuda, skont il-każ, bil-valur tas-servizzi anċillari miftiehma fil-kuntratt. L-ispejjeż marbuta mas-sorveljanza tal-art għall-kaċċa kif ukoll mad-danni kkawżati mill-kaċċa u mis-selvaġġina ma jiġux ikkunsidrati bħala servizzi anċillari.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija liġi, it-taxxa għandha titla’ għal 15 % tal-bażi tat-taxxa għall-persuni li jkollhom ir-residenza prinċipali tagħhom fl-Awstrija, għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif ukoll għall-persuni fiżiċi jew morali li jiġu kkunsidrati bħalhom skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Skont l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija liġi, it-taxxa għandha titla’ għal 35 % tal-bażi tat-taxxa għall-persuni l-oħra kollha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20020108">8 ta’ Jannar 2002</DATE>, A. Hengartner u R. Gasser, ċittadini Svizzeri, ikkonkludew kuntratt ta’ kiri ta’ art għall-kaċċa fl-Awstrija għal terminu ta’ sitt snin (jiġifieri mill-<DATE ISO="20020401">1 ta’ April 2002</DATE> sal-<DATE ISO="20080331">31 ta’ Marzu 2008</DATE>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7241"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-kaċċa tagħhom, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali għandhom għorfa fit-territorju tal-Land tal-Vorarlberg. Huma jmorru hemmhekk regolarment, darba fil-ġimgħa, biex jikkaċċjaw. Huma krew friżer u ħanut tal-laħam għall-bejgħ tas-selvaġġina maqtula. Barra minn hekk, huma ħallsu allowances lil żewġ persuni li jagħmluha ta’ gwardjani tal-kaċċa u qed jieħdu ħsieb l-ispejjeż tal-għalf għas-selvaġġina.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070401">1 ta’ April 2007</DATE> tal-awtorità tat-taxxi tal-Land tal-Vorarlberg, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ġew suġġetti għal taxxa fuq il-kaċċa li tlaħħaq EUR <FT TYPE="DECIMAL">4359.30</FT>, jiġifieri 35 % tal-bażi tal-imsemmija taxxa għall-istaġun tal-kaċċa ta’ bejn l-<DATE ISO="20070401">1 ta’ April 2007</DATE> u l-<DATE ISO="20080331">31 ta’ Marzu 2008</DATE>. Il-partijiet ikkonċernati ressqu lment kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, l-imsemmija awtorità tat-taxxi ċaħdet l-ilment minħabba li l-applikazzjoni tar-rata ogħla tat-taxxa fir-rigward tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali kienet konformi mad-dritt. Hija enfasizzat ukoll li l-Ftehim KE-Svizzera ma kienx applikabbli għall-eżerċizzju tad-dritt tal-kaċċa u għat-taxxi relatati miegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>A. Hengartner u R. Gasser allura ppreżentaw rikors quddiem il-Verwaltungsgerichtshof fejn, essenzjalment, invokaw ksur tad-drittijiet tal-libertà ta’ stabbiliment u ta’ trattament ugwali tagħhom. Huma spjegaw li, l-istess bħas-sajd jew l-agrikoltura, il-kaċċa hija attività ekonomika, partikolarment fil-każ fejn jinqatlu iktar minn 50 selvaġġina fis-sena u fejn tinbiegħ iktar minn tunnellata ta’ laħam. Fil-fehma tagħhom, f’dan ir-rigward, mhux rilevanti jekk l-attività inkwistjoni tiġġenerax profitt jew le.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jsostnu li l-awtorità tat-taxxi tal-Land tal-Vorarlberg missha applikat rata ta’ taxxi ta’ 15 % biex tevita diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza li hija pprojbita mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, l-awtorità tat-taxxi rrispondiet li l-kaċċa għandha tiġi kkunsidrata bħala sport li ma għandux l-għan permanenti li jiġġenera dħul u li, f’dan il-każ, il-bejgħ tal-laħam tas-selvaġġina mhux qed isir b’mod professjonali. Ix-xiri tal-għalf għas-selvaġġina u l-bejgħ tal-laħam mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ma humiex attività ekonomika bħala persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Skont il-Verwaltungsgerichtshof, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 43 KE huwa kkaratterizzat mill-elementi tal-istabbiliment u tal-attività bħala persuna li taħdem għal rasha. Fil-fehma tagħha, l-eżistenza ta’ stabbiliment fiss għal terminu mill-inqas ipprorogat mhux eskluż f’dan il-każ u l-kundizzjonijiet marbuta man-natura ta’ attività bħala persuna li taħdem għal rasha huma sodisfatti. Konsegwentement, tqum il-kwistjoni jekk l-eżerċizzju ta’ dritt tal-kaċċa jikkostitwixxix attività ekonomika, b’mod partikolari fil-każ fejn l-iskop ta’ lukru ma jkunx predominanti. Madankollu, l-intenzjoni li jinkiseb profitt fil-qasam<?PAGE NO="I-7242"?> tal-attivitajiet inkwistjoni, li jistgħu jiġu kklassifikati, jekk ikun il-każ, bħala attivitajiet bħala persuni li jaħdmu għal rashom, jista’ wkoll jikkostitwixxi punt rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju, li kellha xi dubji rigward l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni dwar dan il-punt, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Fil-każ fejn kaċċatur liċenzjat ibigħ fit-territorju nazzjonali s-selvaġġina li huwa jkun ikkaċċja, l-eżerċizzju tal-kaċċa jikkostitwixxi attività ta’ persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE, anki jekk din l-attività, b’mod ġenerali, ma tkunx intiża li tħalli profitt?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Risposti ssuġġeriti lill-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Skont il-partijiet rikorrenti fil-kawża prinċipali, ikun jaqbel illi d-domanda preliminari tingħata r-risposta li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-prattika tal-kaċċa tikkostitwixxi attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE, anki meta, kollox ma’ kollox, ma jkun qed jinkiseb l-ebda profitt minn din l-attività, b’mod partikolari meta l-persuna li hija awtorizzata tipprattika l-kaċċa tbigħ is-selvaġġina maqtula fil-pajjiż, jew meta hija twettaq ix-xiri neċessarju (pereżempju, l-għalf għas-selvaġġina) fil-pajjiż, jew meta hija tipprattika l-kaċċa għal mill-inqas iktar minn sitt snin (it-terminu tal-kuntratt ta’ kiri) jew meta hija tieħu ħsieb strutturi fissi u stabbli fi Stat Membru ieħor (għorfa tal-kaċċa, friżer u gwardjani tal-kaċċa). [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-Vorarlberger Landesregierung (il-Gvern tal-Land tal-Vorarlberg) jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi għad-domanda preliminari kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Anki meta l-kaċċatur liċenzjat ibigħ is-selvaġġina fit-territorju nazzjonali, imma ma jagħmilx profitt minn dan u fuq kollox jeżerċita l-kaċċa bħala passatemp u mhux għal skopijiet ta’ lukru, l-eżerċizzju tal-kaċċa ma jikkostitwixxix attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 12 tal-Anness I għall-[Ftehim]. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak jikkunsidra li d-domanda rrinvijata għandha tingħata r-risposta li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Anki meta kaċċatur liċenzjat ibigħ is-selvaġġina fit-territorju nazzjonali, imma ma jagħmilx profitt minn dan u, skont il-fatti ta’ dan il-każ, fuq kollox jeżerċita din l-attività bħala passatemp u mhux għal skopijiet ta’ lukru, l-eżerċizzju tal-kaċċa ma jikkostitwixxix attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 12 tal-Anness I għall-[Ftehim], meta moqri<?PAGE NO="I-7243"?> flimkien mal-Artikolu 16 tal-imsemmi ftehim u flimkien mal-Artikolu 43 KE. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni Ewropea tissuġġerixxi li għandu jiġi deċiż li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>L-eżerċizzju tal-kaċċa fil-kuntest ta’ kuntratt tal-kiri ta’ art għall-kaċċa ma jikkostitwix attività fis-sens tal-Artikolu 43 KE, meta din tiġi pprattikata bħala passatemp u l-bejgħ tas-selvaġġina miksuba għandu biss importanza inċidentali. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">A —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-applikabbiltà tal-Artikolu 43 KE</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għamlet id-domanda preliminari sabiex issir taf jekk u sa fejn l-eżerċizzju ta’ dritt tal-kaċċa jista’ jikkostitwixxi attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE, minkejja li din l-attività ma għandhiex l-għan li tiġġenera profitt.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali u l-Kummissjoni adottaw din il-bażi legali fl-osservazzjonjiet bil-miktub tagħhom. Min-naħa l-oħra, il-Vorarlberger Landesregierung u l-Gvern Awstrijak jikkunsidraw li jkun aħjar jekk jiġi interpretat il-Ftehim KE-Svizzera.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda dubju li ċ-ċittadini Svizzeri, inkwantu ċittadini ta’ pajjiż terz, ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 43 KE sabiex jibbenefikaw mid-drittijiet li jirriżultaw minn din id-dispożizzjoni f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19920625">25 ta’ Ġunju 1992</DATE>, Ferrer Laderer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/91" PAGE.ECR="I-4097" YEAR="1992">C-147/91, Ġabra p. I-4097</REF.DOC.ECR>, punt 7); u tad-<DATE ISO="19981029">29 ta’ Ottubru 1998</DATE>, Awoyemi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-230/97" PAGE.ECR="I-6781" YEAR="1998">C-230/97, Ġabra p. I-6781</REF.DOC.ECR>, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Billi A. Hengartner u R. Gasser huma ċittadini Svizzeri, is-sitwazzjoni tagħhom ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 43 KE. Konsegwentement, fir-rigward tal-kawża prinċipali, il-kwistjoni jekk l-eżerċizzju ta’ dritt tal-kaċċa fil-kuntest ta’ kuntratt tal-kiri ta’ art għall-kaċċa jikkostitwixxix jew le attività fis-sens tal-Artikolu 43 KE ma tqumx.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Tibqa’, madankollu, il-kwistjoni jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hiex f’qagħda li tipprovdi punti ta’ interpretazzjoni oħrajn li jkunu utli għall-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jidhirli li dan huwa l-każ. Fir-rigward tal-indikazzjonijiet suffiċjentement dettaljati pprovduti mill-qorti tar-rinviju, id-domanda preliminari għandha tinftiehem bħala li qed<?PAGE NO="I-7244"?> tirreferi mhux għal-libertà ta’ stabbiliment fil-kuntest tat-Trattat KE, imma għad-drittijiet tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>persuni li jaħdmu għal rashom<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> fis-sens tal-Artikolu 12 tal-Anness I għall-Ftehim. Fil-fatt, jidher li l-qorti tar-rinviju essenzjalment qed tfittex li tistabblixxi jekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-persuni li jaħdmu għal rashom fil-kuntest tal-Ftehim jipprekludux il-ġbir, fi Stat Membru, mingħand kerrejja b’ċittadinanza Svizzera, ta’ taxxa bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta qed tiġi applikata rata ogħla minn dik applikabbli fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istati Membri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">B —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet ġenerali rigward il-Ftehim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha diversi okkażjonijiet biex tagħti deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-ftehim, b’mod partikolari fil-kawża li tat lok għas-sentenza Grimme<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/08" PAGE.ECR="I-10777" YEAR="2009">C-351/08, Ġabra p. I-10777</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="20081222">22 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Stamm u Hauser (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-13/08" PAGE.ECR="I-11087" YEAR="2008">C-13/08, Ġabra p. I-11087</REF.DOC.ECR>); u tal-<DATE ISO="20100211">11 ta’ Frar 2010</DATE>, Fokus Invest (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-541/08" PAGE.ECR="I-1025" YEAR="2010">C-541/08, Ġabra p. I-1025</REF.DOC.ECR>). Dawn il-kawżi ġew deċiżi kollha mingħajr konklużjonijiet tal-avukat ġenerali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat, qabel xejn, li l-Ftehim KE-Svizzera ġie ffirmat wara li l-Konfederazzjoni Svizzera ċaħdet, fis-<DATE ISO="19921206">6 ta’ Diċembru 1992</DATE>, li taderixxi mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), tat-<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), u li permezz tar-rifjut tagħha, din tal-aħħar, ma qablitx mal-proġett ta’ totalità ekonomika integrata ma’ suq uniku, ibbażat fuq regoli komuni bejn il-membri tagħha, iżda ppreferiet il-mezz ta’ arranġamenti bilaterali mal-Unjoni Ewropea u mal-Istati Membri tagħha, f’oqsma speċifiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Grimme, iċċitata iktar ’il fuq (punt 27) u s-sentenza Fokus Invest, iċċitata iktar ’il fuq (punt 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn il-konstatazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Konfederazzjoni Svizzera ma aderixxietx mas-suq intern tal-Unjoni u li, konsegwentement, l-interpretazzjoni mogħtija lid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward dan is-suq ma tistax tiġi trasposta awtomatikament għall-interpretazzjoni tal-Ftehim, ħlief għal dispożizzjonijiet espliċiti f’dan is-sens previsti mill-Ftehim innifsu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza Grimme, iċċitata iktar ’il fuq (punti 27 u 29, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Nixtieq infakkar li trattat internazzjonali għandu jiġi interpretat mhux biss skont it-termini li bihom ġie fformulat imma anki fid-dawl tal-għanijiet tiegħu. L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna jippreċiża, f’dan ir-rigward, li trattat għandu jiġi interpretat <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT> skont is-sens ordinarju tat-termini<?PAGE NO="I-7245"?> tiegħu fil-kuntest tagħhom u fid-dawl tal-għan u l-iskop tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="19990302">2 ta’ Marzu 1999</DATE>, Eddline El-Yassini (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-416/96" PAGE.ECR="I-1209" YEAR="1999">C-416/96, Ġabra p. I-1209</REF.DOC.ECR>, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Ftehim KE-Svizzera, għaldaqstant għandu jiġi mfakkar li din hija interpretazzjoni ta’ trattat internazzjonali li ġie konkluż mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha ma’ pajjiż terz. Huwa minnu li hemm ukoll ftehim internazzjonali li l-għan tagħhom huwa li l-libertajiet fundamentali kollha jiġu estiżi għal pajjiżi terzi, jew li jistipulaw perspettiva ulterjuri tal-adeżjoni fl-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Bħall-Ftehim dwar iż-ŻEE jew il-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE>, f’Ankara, mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa waħda, u mill-Istati Membri tal-KEE u tal-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat għan-nom ta’ din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-28 <DATE ISO="19631223">[23] ta’ Diċembru 1963</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="P" NO.OJ="217" PAGE.FIRST="3685" DATE.PUB="1964">ĠU 1964, 217, p. 3685</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>Ftehim ta’ assoċjazzjoni KEE-Turkija<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>).</P></NOTE>. Madankollu, dan mhux il-każ fir-rigward tal-ftehim konkluż mal-Konfederazzjoni Svizzera. Mhux il-libertajiet kollha huma imsemmija fil-ftehim u l-perspettiva tal-adeżjoni hija nieqsa. Għalhekk, hemm lok li l-Ftehim KE-Svizzera jiġi interpretat bħala ftehim internazzjonali klassiku, jiġifieri li wieħed jibqa’ fidil għat-test tal-Ftehim, kif tipprovdi l-Konvenzjoni ta’ Vjenna<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Skont A. Borghi, <HT TYPE="ITALIC">La libre circulation des personnes entre la Suisse et l’UE</HT>, Éditions Interuniversitaires Suisses, 2010, p. 2, din il-fehma hija sostnuta minn duttrina unanima.</P></NOTE>. Għaldaqstant, ma jidhirlix li approċċ dinamiku u teleoloġiku huwa ġġustifikat fil-kuntest tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li, anki jekk il-Ftehim ikopri diversi oqsma tad-dritt tal-Unjoni, jibqa’ l-fatt li huwa jagħmel dan b’mod limitat minħabba n-natura <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> tad-dispożizzjonijiet tiegħu, kif ukoll minħabba l-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li jistgħu jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">rationae temporis</HT><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>F’dak li jirrigwarda, pereżempju, il-fornituri tas-servizzi, ara l-Artikoli 17 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tal-Anness I tal-imsemmi ftehim.</P></NOTE> tiegħu jew li jippreċiżawh u li ma jiġux rikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, b’mod partikolari, il-klawżoli ta’ nondiskriminazzjoni fis-seba’ ftehim (ara in-nota 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Barra minn hekk, anki jekk l-Artikolu 16(2) tal-imsemmi ftehim jagħmel il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja applikabbli, din ir-referenza tirrigwarda biss il-ġurisprudenza ta’ qabel l-iffirmar tal-Ftehim fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>. Skont din l-istess dispożizzjoni, kull ġurisprudenza sussegwenti għandha tkun ikkomunikata lill-Konfederazzjoni Svizzera u, fuq it-talba ta’ parti kontraenti, il-Kumitat Konġunt għandu jiddetermina l-implikazzjonijiet ta’ din il-ġurisprudenza għall-imsemmi pajjiż li mhux membru tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjoni li għandha tiġi analizzata s-sitwazzjoni deskritta mir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw id-drittijiet tal-persuni li jaħdmu għal rashom</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-persuni li jaħdmu għal<?PAGE NO="I-7246"?> rashom huma ftit. Il-Kapitolu III tal-Anness I jinkludi ħames artikoli. Skematikament, l-Artikolu 12 tal-Anness jikkonċerna biss il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ permess ta’ residenza li japplikaw għal persuna li taħdem għal rasha, filwaqt li kulma jagħmlu l-artikoli l-oħra (13 sa 16) huwa li jistabbilixxu xi preċiżazzjonijiet rigward dan id-dritt. Id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jirreferu biss għal persuni fiżiċi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fis-sentenza Fokus Invest, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-għanijiet tal-Ftehim, iddefiniti fl-Artikolu 1 ta’ dan tal-aħħar, huma stabbiliti skont il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, favur iċ-ċittadini tal-Istati Membri u ta’ dawk tal-Konfederazzjoni tal-Isvizzera u, għaldaqstant, favur il-persuni fiżiċi, u li l-kategoriji kollha ta’ persuni, ċittadini tal-Istati Membri u ċittadini Svizzeri, imsemmija mill-Ftehim, bl-eċċezzjoni ta’ fornituri u destinatarji ta’ servizzi, jippresupponu min-natura tagħhom li huma persuni fiżiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Grimme, iċċitati iktar ’il fuq, punti 33 u 34, u Fokus Invest, punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Ftehim jillimita ruħu għal li jirrikonoxxi li kull persuna li taħdem għal rasha għandha d-dritt ta’ dħul u ta’ residenza, kif ukoll id-dritt li tibbenefika fil-pajjiż ospitant minn trattament mhux inqas favorevoli minn dak mogħti minn dan tal-aħħar liċ-ċittadini tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-definizzjoni tad-drittijiet iggarantiti li jiġu rikonoxxuti lill-persuni li jaħdmu għal rashom mill-Ftehim KE-Svizzera hija manifestament inqas estiża mil-libertà ta’ stabbiliment prevista mit-Trattat KE, kif ġiet interpretata fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kwistjonijiet fiskali huma koperti fil-Ftehim KE-Svizzera b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> biss. Huwa minnu li l-Artikolu 15(2) tal-Anness I tal-Ftehim jirreferi għall-Artikolu 9(2) tal-imsemmi anness. Madankollu, il-kwistjonijiet fiskali li jissemmew hemmhekk huma marbuta mas-sigurtà soċjali u ma jirreferux għat-taxxi marbuta mal-eżerċizzju ta’ attivitajiet speċifiċi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Artikolu 9(2) jipprevedi li l-impjegat u l-membri tal-familja tiegħu msemmija fl-Artikolu 3 tal-Anness għandhom jibbenefikaw mill-istess vantaġġi fiskali u soċjali bħall-impjegati nazzjonali u l-membri tal-familji tagħhom. Għandu jiġi ppreċiżat li l-kunċett ta’ vantaġġi fiskali u soċjali inkluż f’dan l-artikolu huwa huwa bbażat fuq l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 1612/68, tal-<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tal-Ftehim li jirrigwardaw il-ftehim dwar taxxa doppja lanqas ma huma rilevanti għall-finijiet ta’ din il-kawża. Għalhekk, la l-għanijiet tal-Ftehim u lanqas l-indikazzjonijiet relatati mal-intenzjonijiet tal-partijiet kontraenti ma jistgħu jiġġustifikaw interpretazzjoni tal-Ftehim fis-sens li jimplika obbligu ta’ nondiskriminazzjoni fiskali fir-rigward tal-persuni li jaħdmu għal rashom f’sitwazzjoni bħal dik tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minnhekk, mingħajr ma huwa neċessarju f’dan il-każ li tiġi eżaminata l-kwistjoni jekk, u jekk ikun il-każ, f’liema kundizzjonijiet, il-kaċċa tista’ tiġi kkunsidrata bħala attività ekonomika bħala persuna li taħdem għal rasha, nikkunsidra li d-drittijiet rikonoxxuti lill-persuni li jaħdmu għal rashom mill-Ftehim jipprevedu prinċipalment il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ permess ta’ residenza kif ukoll l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għall-eżerċizzju tagħha fuq il-bażi ta’ trattament<?PAGE NO="I-7247"?> mhux diskriminatorju. Ikun xi jkun il-każ, minn dawn id-dispożizzjonijiet ma jirriżultax li l-ġbir ta’ taxxa, ikkalkolata skont rata ogħla fir-rigward taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi milli fir-rigward ta’ dawk tal-Istati Membri, imposta fuq il-kirjiet tal-artijiet għall-kaċċa fl-Awstrija huwa inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw il-persuni li jaħdmu għal rashom.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirlix li l-Artikoli 12 u 15 tal-Anness I jipprekludu li ċ-ċittadini Svizzeri u ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu s-suġġett ta’ differenza fit-trattament fiskali fir-rigward tat-taxxa kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>B’hekk, għandu jiġi vverifikat jekk tali trattament imurx kontra l-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni inkluż fil-Ftehim.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-Ftehim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Ftehim jistipula projbizzjoni tad-diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza. Dak l-artikolu jipprevedi li ċ-ċittadini ta’ pajjiż kontraenti li jirrisjedu legalment fit-territorju ta’ pajjiż kontraenti ieħor ma għandhomx ikunu suġġetti għal diskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, fl-applikazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa III għal dak il-ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li b’hekk tqum hija jekk il-portata ta’ din il-projbizzjoni hiex simili għal dik prevista fil-kuntest tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Jidhirli li n-nondiskriminazzjoni fir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għandha portata relattiva, fl-istat attwali tal-kuntest ġuridiku applikabbli, u għandha l-istess dimensjoni biss fir-relazzjonijiet fi ħdan l-Unjoni jew iż-Żona Ekonomika Ewropea. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 12 KE, l-istess bħall-Artikolu 4 tal-Ftehim ŻEE, jipprojbixxu kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom. Il-Ftehim KE-Svizzera jinkludi wkoll prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, imma b’mod limitat u kundizzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minnhekk, jidher ċar li s-seba’ ftehim distinti li jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera għandhom natura settorjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara n-nota 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Dawn il-ftehim ġew innegozjati fl-istess ħin imma b’mod separat. La l-istruttura tagħhom u lanqas l-għanijiet tagħhom, sakemm jeżistu, ma huma identiċi. Fir-rigward tal-prinċipju<?PAGE NO="I-7248"?> ta’ trattament ugwali, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn is-seba’ ftehim ma humiex identiċi, la mil-lat tal-kontenut u lanqas tal-portata tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fil-ftehim l-oħra (iċċitati fin-nota 4 ta’ dawn il-konklużjonijiet) ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 3 u 23 tal-Ftehim dwar it-trasport bl-ajru, l-Artikoli 1, 17, 20, 27, 28, 32, 38, 40, u 52 tal-Ftehim dwar il-ġarr ta’ oġġetti u passiġġieri bit-tren jew bit-triq,u l-Artikoli 3, 4 u 6 tal-Ftehim dwar ċerti aspetti ta’ akkwisti mill-gvern.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat, fejn għandha x’taqsam it-taxxa fuq il-kaċċa, li l-leġiżlazzjonijiet applikabbli f’mill-inqas żewġ partijiet kontraenti, jiġifieri r-Repubblika tal-Awstrija u l-Konfederazzjoni Svizzera, donnhom għandhom bħala punt ta’ tluq l-idea li l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ma għandux jiġi applikat f’dan il-qasam<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>B’hekk, il-konvenuta fil-kawża prinċipali ippreżentat flimkien mal-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha d-deċiżjoni, tas-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li ġiet adottata mill-awtoritajiet nazzjonali (imsemmija fil-punt 25 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali. F’dik id-deċiżjoni, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirreferu b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet applikabbli fl-Isvizzera. Minn dawn il-punti donnu jirriżulta li l-leġiżlazzjoni rilevanti tittratta b’mod differenti mhux biss bejn iċ-ċittadini Svizzeri meta pparagunati maċ-ċittadini barranin, imma anki tagħmel distinzjoni bejn iċ-ċittadini Svizzeri stess, skont mil-liema canton ikunu ġejjin. Ċerti partijiet kontraenti għaldaqstant ħasbu li ma kellhomx jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom f’dan r-rigward, b’tali mod li l-prattika tal-partijiet kontraenti ma tikkorrispondix għall-interpretazzjoni ssuġġerita mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>B’hekk il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif inhu previst mill-Ftehim u kif inhu interpretat fil-Konvenzjoni ta’ Vjenna ma jipprekludix, fih innifsu, id-dispożizzjonijiet inkwistjoni li jipprevedu l-ġbir ta’ ammont ikbar ta’ taxxa mingħand iċ-ċittadini Svizzeri minħabba l-kiri tal-artijiet għall-kaċċa fl-Awstrija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-portata tad-drittijiet tad-destinatarji tas-servizzi fil-kuntest tal-Ftehim</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li quddiem l-amministrazzjoni nazzjonali ġew invokati d-dispożizzjonijiet dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex nikkompleta l-analiżi tiegħi, jidhirli li huwa neċessarju li niddiskuti anki dan l-aspett.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni li teżamina l-karatterizzazzjoni legali ta’ sitwazzjoni simili fis-sentenza Jägerskiöld<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19991021">21 ta’ Ottubru 1999</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-97/98" PAGE.ECR="I-7319" YEAR="1999">C-97/98, Ġabra p. I-7319</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Din il-kawża kienet tikkonċerna l-għoti tad-dritt tas-sajd u l-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għal dan il-għan. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-attività li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ terzi, bi ħlas u f’ċerti kundizzjonijiet, ta’ medda ta’ ilma biex ikunu jistgħu jipprattikaw is-sajd, tikkostitwixxi għotja ta’ servizzi li, jekk ikollha natura transkonfinali, taqa’ taħt l-Artikoli 59 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tat-Trattat KE (li saru, wara emendi, l-Artikoli 49 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>). Il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet ukoll pożizzjoni f’dak li jirrigwarda l-applikabbiltà tal-libertajiet l-oħra previsti mit-Trattat. Hija ppreċiżat li l-fatt li d-dritt tas-sajd jew l-awtorizzazzjonijiet rilevanti<?PAGE NO="I-7249"?> kienu kkonstatati b’dokumenti li, bħala tali, jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ, mhux suffiċjenti biex dawn jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Jidhirli li din il-ġurisprudenza tista’ tiġi trasposta għall-kiri tad-dritt tal-kaċċa.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>B’hekk l-attività li tikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ terzi, bi ħlas u f’ċerti kundizzjonijiet, ta’ biċċa art biex ikunu jistgħu jipprattikaw il-kaċċa tikkostitwixxi għotja ta’ servizzi li, jekk ikollha natura transkonfinali, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, A. Hengartner u R. Gasser ma humiex fornituri ta’ servizz, imma destinatarji ta’ servizz. Konsegwentement, għandha tiġi eżaminata l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw id-drittijiet tad-destinatarji tas-servizzi previsti mill-Ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li anki jekk il-Ftehim ikopri l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-portata tiegħu ma tkunx identika għal dik tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Grimme, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li, skont l-Artikolu 1(b) tal-Ftehim, l-għan tal-Ftehim kien li jiffaċilita l-provvisti ta’ servizzi fit-territorju tal-partijiet kontraenti u, b’mod partikolari, li jilliberalizza l-provvista ta’ servizzi ta’ perijodu ta’ żmien qasir<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza Grimme, iċċitata iktar ’il fuq (punt 40).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu qalet ukoll li d-dritt li jiġu pprovduti servizzi fit-territorju ta’ parti oħra kontraenti huwa limitat, permezz tal-Artikoli 5(1) tal-Ftehim, u 17(a) tal-Anness I għall-imsemmi ftehim, għal 90 jum ta’ xogħol effettiv fis-sena. Skont l-Artikolu 19 ta’ dan l-Anness I, matul dan il-perijodu, l-Istat ospitanti ma jistax jimponi fuq dawn il-fornituri ta’ servizzi kundizzjonijiet inqas favorevoli minn dawk irriżervati għaċ-ċittadini tiegħu, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Annessi I sa III għall-Ftehim<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 42.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-destinatarji tas-servizzi, id-drittijiet li jiggarantilhom il-Ftehim essenzjalment jirrigwardaw id-dritt ta’ residenza. Huwa previst li d-destinatarji tas-servizzi ma hemmx għalfejn ikollhom permess ta’ residenza għal residenzi sa tliet xhur. Għal residenzi ta’ iktar minn tliet xhur, id-destinatarji tas-servizzi għandhom jibbenefikaw minn permess ta’ residenza daqs kemm idum is-servizz. F’dan ir-rigward, infakkar li l-Artikolu 2 tal-Ftehim ma jipprojbixxix kull diskriminazzjoni li tiġi eżerċitata minħabba ċittadinanza, imma biss<?PAGE NO="I-7250"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>fl-applikazzjoni u skont id-dispożizzjonijiet tal-Annessi I, II u III għal dak il-ftehim<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-ebda element fil-Ftehim KE-Svizzera ma jindika li l-għan tiegħu kien li jiżgura trattament fiskali ugwali, fir-rigward tat-taxxi miġbura fuq servizzi bħal dawk tal-kiri tad-drittijiet tal-kaċċa. Għandu jitfakkar li projbizzjoni ta’ kull taxxa diskriminatorja fil-kuntest tal-kummerċ tas-servizzi ma hijiex espressament prevista la mill-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speciali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80), li permezz tagħha l-Kunsill approva l-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll il-ftehim inklużi fl-Annessi 1 sa 3 għal dak il-ftehim, fosthom il-GATS. L-Artikolu XIV GATS jeskludi ċerti miżuri fiskali mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ġenerali previsti minn dan il-ftehim.</P></NOTE> u lanqas mit-Trattati kostituttivi tal-Unjoni, b’differenza għal dak li jiġri fil-kummerċ tal-oġġetti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-Artikolu III: 2 GATT, l-Artikolu 90 KE u l-Artikolu 14 tal-Ftehim ŻEE.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni espliċita li tipprojbixxi kull diskriminazzjoni fiskali fil-konfront taċ-ċittadini ta’ partijiet kontraenti oħrajn fil-kuntest tal-Ftehim KE-Svizzera, tali projbizzjoni tista’ tiġi aċċettata biss jekk l-interpretazzjoni tad-drittijiet iggarantiti mid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-imsemmi ftehim tiġġustifikaha. Fi ħdan l-Unjoni, dan jirriżulta mid-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-libertajiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Ftehim, dan jista’ jipprekludi taxxa jew ħlas fiss imposta fuq id-destinatarji tas-servizzi meta jiksbu permess ta’ residenza, li l-ammont tagħha taqbeż, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, it-tariffa prevista għaċ-ċittadini nazzjonali rigward il-kisba ta’ dokumenti ta’ sostenn f’sitwazzjoni kollox ma’ kollox paragunabbli. Fil-fehma tiegħi, taxxa ta’ din ix-xorta, marbuta mill-qrib mad-drittijiet iggarantiti mill-Ftehim, tirriskja li tippreġudika direttament id-drittijiet li dan jipprevedi għall-benefiċċju tad-destinatarji tas-servizzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà tat id-deċiżjoni tagħha rigward sitwazzjoni pjuttost simili fil-kuntest ta’ ftehim ieħor, jiġiferi l-Ftehim ta’ assoċjazzjoni ċċitat iktar ’il fuq; is-sentenza tas-<DATE ISO="20090917">17 ta’ Settembru 2009</DATE>, Sahin (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-242/06" PAGE.ECR="I-8465" YEAR="2009">C-242/06, Ġabra p. I-8465</REF.DOC.ECR>, punt 75), fil-kuntest speċifiku ta’ klawżola ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> inkluża fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni.</P></NOTE>. Madankollu, it-taxxa inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija ta’ natura għalkollox differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, jidhirli wkoll li huwa ftit kompatibbli mal-ideal tal-ugwaljanza quddiem il-liġi tal-individwi kollha li ssir diskriminazzjoni b’detriment ta’ persuni fiżiċi li huma ċittadini ta’ pajjiżi terz u li jirrisjedu legalment fl-Unjoni biss minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom, f’sitwazzjonijiet li wara kollox huma għalkollox paragunabbli. Nikkunsidra li diskriminazzjoni ta’ din ix-xorta għandha tiġi eskluża mill-valuri kostituzzjonali tagħna. Tali diskriminazzjoni diretta ta’ ċittadini barranin li huma destinatarji ta’ servizzi eventwalment tista’ tinftiehem f’pajjiż li qiegħed f’sitwazzjoni ekonomika xejn tajba u li jbati minn nuqqas ta’ muniti barranin, imma mhux fi ħdan l-Unjoni. Huwa għalhekk b’dispjaċir li jkolli nikkonstata li dan l-ideal ma ntlaħaqx, fl-istat<?PAGE NO="I-7251"?> attwali tad-dritt tal-Unjoni, fir-rigward taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim li jikkonċernaw id-destinatarji tas-servizzi ma jipprekludux li ċittadin Svizzeru jkun suġġett, bħala destinatarju ta’ servizzi, għal trattament differenti fir-rigward tal-ġbir ta’ taxxa li titħallas minħabba l-kiri ta’ art għall-kaċċa f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi lill-Verwaltungsgerichtshof bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>L-Artikolu 43 KE mhux applikabbli f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali.</P><P>Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, li ġie ffirmat fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE> fil-Lussemburgu, ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali u li jwasslu biex tiġi applikata, fil-ġbir ta’ taxxa li għandha titħallas għall-eżerċizzju tad-dritt tal-kaċċa, rata ogħla għaċ-ċittadini Svizzeri minn dik applikata għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>