<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.1201045101.case.xml"><NO.CASE>C-298/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0298</NO.CELEX><NO.SEQ>0002.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10454</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10496</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>43</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C-298/05</LEFT><RIGHT>COLUMBUS CONTAINER SERVICES</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Minn xi snin 'l hawn, il-Qorti tal-Ġustiz-zja qegħda tiġi adita b'numru kunsiderevoli ta' kawżi li fihom tiġi mitluba tiddeċiedi dwar ir-relazzjonijiet bejn diversi elementi tat-taxxa diretta ta' l-Istati Membri u I-movimenti liberi previsti mit-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Kif osserva reċentement l-Avukat Ġenerali Geelhoed fir-rigward ta' l-applikazzjoni tal-movimenti liberi għat-taxxa fuq il-kumpanniji<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punt 3 tal-konklużjonijiet ippreżentati fìt-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE> fil-kawża Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, li wasslet għas-sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11673">C-374/04, Ġabra p. I-11673</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-kuntesti ġuridiċi u ta' fatt, dejjem iktar ikkumplikati, li tittratta l-Qorti tal-Ġustizzja jwassluha sabiex teżamina l-limiti tal-movimenti liberi tat-Trattat</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari magħ-mula mill-Finanzgericht Münster (Il-Ġer-manja), li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tittratta llum, taqa' taht din il-kategorija ta' kawżi.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja hija, essenzjalment, mitluba tiddeċiedi dwar jekk il-libertà ta' listabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital jipprojbixxux Stat Membru, f'dan il-każ ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, milli, għall-finijiet ta' heisien minn Taxxa Doppja fuq id-dħul u fuq l-assi ta' persuni li huma suġġetti b'mod illimitat għat-taxxa fit-territorju tiegħu, provenjenti minn ċerti investimenti li jkunu saru fi Stat Membru ieħor, jissostitwixxi, b'mod unilaterali, il-metodu magħruf bħala <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>ta' l-imputazzjoni<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/> għall-metodu magħruf bħala <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>ta' l-eżenzjoni<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluża preċe-dentement bejn dawn iż-żewġ Stati.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Iż-żewġ metodi msemmija iktar 'il fuq huma ġeneralment użati mill-Istati, b'mod unilaterali jew bilaterali, sabiex inaqqsu jew jehilsu mit-taxxa doppja ġuridika (taxxa doppja fuq l-istess dħul mill-istess persuna taxxabbli) jew ekonomika (taxxa doppja fuq l-istess dħul minn persuni taxxabbli differenti), b'mod partikolari fil-kuntest ta' sitwazzjonijiet transkonfinali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10455"?><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-metodu ta' l-eżenzjoni jippermetti lil resident ta' Stat, li jirċievi dħul jew elementi ta' I-assi taxxabbli fl-Istat minn fejn joriġina dan id-dħul jew li fih jinsabu l-elementi ta' l-assi, li jibbenefika minn eżenzjoni tat-taxxa fl-Istat tiegħu ta' residenza fuq dan id-dħul jew fuq dawn l-elementi ta' l-assi. L-Istat ta' residenza madankollu jista' japplika riżerva ta' progressività li tikkonsisti fit-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-eżenzjoni għall-kalkolu ta' l-ammont tat-taxxa fuq il-kumplament tad-dħul jew ta' l-assi tar-resident.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-metodu ta' l-imputazzjoni, l-Istat ta' residenza jipprovdi, fuq it-taxxa li jirċievi minn fuq id-dħul jew minn fuq l-assi tar-resident, tnaqqis jew kreditu ta' taxxa ta' ammont ugwali għat-taxxa fuq id-dħul jew għal dik fuq l-assi mħallsa fl-Istat minn fejn joriġina d-dħul jew li fih jinsabu l-elementi ta' l-assi.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Waħda mill-partikolaritajiet ta' din il-kawża hija l-fatt li s-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni għal dak ta' l-eżenzjoni, prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża, hija suġġetta, b'mod partikolari, għall-kun-dizzjoni li l-Istat Membru li fih isiru linvestimenti japplika rata ta' taxxa iktar baxxa mir-rata ta' taxxa prevista mid-dispo-żizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża, fis-seħħ fil-mument li fih seħħew ilfatti tal-kawża prinċipali. Kif ser naraw iktar fid-detail, dawn id-dispożizzjonijiet, applikabbli għall-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>istabbilimenti permanenti<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/> stabbiliti f'pajjiż ieħor minn residenti Ġermaniżi, jaqgħu fil-kuntest tal-liġi Ġermaniża dwar il-kumpanniji barranin kontrollati (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>KBK<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Hekk kif l-analiżi ġuridika ta' dawn il-konklużjonijiet ser turi iktar 'il quddiem, dik il-kawża teħtieġ, ŕl-opinjoni tiegħi, li jiġu interpretati u applikati żewġ linji ta' ġuris-prudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, wahda dwar il-dwar heisien minn taxxa doppja, l-oħra, iktar reċenti, dwar il-kompatibbiltà tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jinnewtralizzaw il-vantaġġi fiskali miksuba miċ-ċittadini Komunitarji fi Stati Membri oħra li japplikaw rata ta' impożizzjoni iktar baxxa minn dik fis-seħħ fl-Istat Membru ta' residenza ta' limsemmija ċittadini. Mingħajr m'huma neċessarjanient kontradittorji, dawn iż-żewġ linji ta' ġurisprudenza għandhom ma dan kollu jkunu trattati ŕlimkien sabiex jinstab l-iktar bilanċ ġust bejn, minn naħa, il-kompetenza fiskali ta' l-Istati Membri, u, min-naħa l-oħra, ir-rispett tal-funzjonament tas-suq intern, b'mod partikolari, dak ta' l-eżerċizzju tal-movimenti liberi garantit mit-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-dritt fiskali Ġermaniż u dwar heisien minn taxxa doppja fil-Ġermanja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 1 tal-Liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz)<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>RGBl 1934 I, p. 1005.</P></NOTE>, il-<?PAGE NO="I-10456"?>persuni taxxabbli stabbiliti fil-Ġermanja huma bħala prinċipju intaxxati fuq id-dħul kollu tagħhom, indipendentement mill-ori-ġini nazzjonali jew barranija tagħhom. Din ir-regola tapplika għat-tipi koliha ta' dħul, inklużi qligħ mill-kummerċ u qligħ kapitali.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tas-sistema fiskali Ġermaniża, il-qligħ magħmul minn soċjetajiet, Ġermaniżi jew barranin, m'huwiex attribwit direttament lil dawn is-soċjetajiet, iżda lis-soċji tagħhom, persuni fiżiċi, persuni taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja, bi proporzjon għas-sehem tagħhom u intaxxati firrigward tiegħu (prinċipju magħruf bħala <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>ta' trasparenza fiskali tas-soċjetajiet<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>). Firrigward ta' soċjetajiet bejn persuni barranin, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Columbus Container Services BVBA &amp; Co. (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Columbus<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>), dik l-attribuzzjoni diretta tal-qligħ lis-soċji residenti fil-Ġer-manja tapplika anki jekk il-kumpannija tkun suġġetta, fiha nnfisha, għat-taxxa fuq ilkumpanniji fl-Istat Membru fejn ikollu ssede tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Bil-għan li tehles mit-taxxa doppja fuq id-dħul u fuq I-assi tar-residenti Ġermaniżi li joriġinaw minn pajjiż barra, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kkonkludiet ftehim bilaterali, ibbażati fuq il-mudell tal-ftehim fiskali ta' l-Organizzazzjoni għall-Kooperaz-zjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) dwar id-dħul u l-assi, fosthom, dak rilevanti għal din il-kawża, mar-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 23 tal-Ftehim, iffirmat fi Brussell fil-<DATE ISO="19670411">11 ta' April 1967</DATE>, bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Federali tal-Ġer-manja dwar heisien minn Taxxa Doppja filqasam tat-taxxa fuq id-dħul<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Rispettivament BGBl 1969 II, p. 18 u <HT TYPE="ITALIC">Moniteur Belge</HT> tat-<DATE ISO="19690730">30 ta' Lulju 1969</DATE>.</P></NOTE>, id-dħul ta' residenti Ġermaniżi provenjenti mill-Belġju, inkluż il-qligħ minn kapital investit fis-soċjetajiet f'isem kollettiv u fis-soċjetajiet in akkomandita, li jinsabu fil-Belġju, taxxabbli f'dan l-Istat skond id-dispożizzjonijiet ta' limsemmi ftehim, huma eżenti mit-taxxa fil-Ġermanja. Din l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-elementi ta' l-assi tar-residenti Ġermaniżi li jinsabu fil-Belġju. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja madankollu żżomm iddritt li tiehu in kunsiderazzjoni, waqt li jkunu qed jiġu stabbiliti r-rati tat-taxxa tagħha, id-dħul u l-elementi ta' l-assi eżenti (metodu ta' l-eżenzjoni, u skond il-każ, bnżerva ta' progressività).</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(2) u (3), tal-liġi fiskali Ġermaniża dwar ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi ohra [Gesetz über die Besteuerung bei Auslandsbeziehungen (Außensteuergesetz)]<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl 1972 I, p. 1713.</P></NOTE>, fil-verżjoni li tirriżulta mil-liġi Ġermaniża tal-<DATE ISO="19931221">21 ta' Diċembru 1993</DATE> dwar l-armonizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi<?PAGE NO="I-10457"?> (Missbrauchsbekämpfungs- und Steuerbereinigungsgesetz)<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>BGBl 1993 I, p. 2310.</P></NOTE>, (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>AStG<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>), applikabbli fil-mument li fih seh-ħew il-fatti tal-kawża prinċipali, madankollu, f'ċerti każijiet jagħmlu eċċezzjoni għal din irregola. Din id-dispożizzjoni ġiet introdotta fl-AStG sabiex, b'mod partikolari, ma tħallix lir-residenti Ġermaniżi jevitaw id-dispożiz-zjonijiet l-oħra ta' l-AStG dwar it-taxxa fuq id-dħul ta' KBK (<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Zwischengesellschaft<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>), li għandhom personalità ġuridika proprja, stabbiliti fi Stati Membri b'rata baxxa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiġ-ġieldu l-evażjoni tat-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-helsien minn taxxa doppja fuq id-dħul provenjenti minn stabbiliment stabbilit, l-Artikolu 20(2) ta' l-AStG jispeċifika li, <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>jekk id-dħul, li jkun ir-riżultat ta' kapital investit skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(6), jinkiseb mill-istabbiliment barraní ta' persuna taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja u jekk jiġi suġġett għat-taxxa bħala dħul intermedjarju kieku dan l-istabbiliment kien kumpannija barranija, it-taxxa doppja m'għandhiex tkun evitata permezz ta' eżenzjoni iżda permezz ta' imputazzjoni tat-taxxi miġbura barra minn fuq dan id-dħul<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ħelsien minn taxxa doppja fuq l-assi, l-Artikolu 20(3) ta' l-AStG jindika li, <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>għal dak li jikkonċerna l-azzjonijiet li jagħtu lok għal dħul li huwa ta' natura ta' kapital investit skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(6), bl-eċċezzjoni tad-dħul li huwa ta' natura ta' kapital investit skond ittielet sentenza ta' l-Artikolu 10(6), fil-każijiet previsti fil-paragrafu 2, it-taxxa doppja m'għandhiex tkun evitata permezz ta' l-eżenzjoni iżda permezz tat-taxxi miġbura barra minn fuq dawn l-azzjonijiet<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>It-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(6) ta' l-AStG tippreċiża li <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>id-dħul intermedjarju li għandu n-natura ta' kapital investit huwa dħul tal-kumpannija intermedjarja barranija li ġej mid-detenzjoni, mill-ġestjoni, miż-żamma jew miż-żieda tal-valur tal-mezzi ta' hlas, ta' krediti, ta' titoli, ta' ishma jew ta' elementi simili ta' l-assi [...]<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Mill-elementi tal-proċess jirriżulta li l-AStG teżiġi li jiġu ssodisfati erba' kundizzjonijiet addizzjonali sabiex l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni, previst fl-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG, japplika. Dawn il-kundizzjonijiet huma s-segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>id-dħul miksub fl-istabbiliment barrani li għandu n-natura ta' kapital investit huwa <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>suġġett għal rata ta' taxxa baxxa<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>, skond l-Artikolu 8(3) ta' l-AStG, jiġifieri li d-dħul mhux taxxabbli, abbażi tattaxxa<?PAGE NO="I-10458"?> fuq il-qligħ fl-Istat tad-direzzjoni tan-negozju, għal 30 % jew iktar;</P></ITEM><ITEM><P>id-dħul li għandu n-natura ta' kapital investit ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-punt 7 ta' l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 8(2) kif ukoll ta' l-Artikolu 13 ta' l-AStG;</P></ITEM><ITEM><P>id-dħul li għandu n-natura ta' kapital investit ma jistax ikun ikkunsidrat bħala provenjenti minn attività magħrufa bħala <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>attiva<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, prevista fil-punti 1 sa 6 ta' l-Artikolu 8(1) ta l-AstG;</P></ITEM><ITEM><P>huwa meħtieġ li l-persuni taxxabbli Ġermaniżi jkollhom ta l-inqas sehem ta' 10 % fl-istabbiliment</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Columbus hija kumpannija in akkomandita taħt il-liġi Belġjana. Hija ġiet stabbilita fl-1989 u għandha s-sede tagħha f'Antwerp (Il-Belġju). Fis-sena 1996, l-ishma tagħha kienu miżmuma minn tmien persuni fiżiċi residenti fil-Ġermanja, li ta l-inqas sitta minnhom kienu ġejjin mill-istess familja, u kull wieħed minn dawn il-persuni kellu sehem ta 10%. Kienet soċja wkoll, bsehem ta' 20%, kumpannija regolata mid-dritt Ġermaniż, li s-soċji tagħha kienu wkoll stabbiliti fil-Ġer-manja.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Columbus ma kinitx taxxabbli fil-Ġer-manja. Taħt il-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża hija mhijiex ikkunsidrata bħala KBK, iżda hija assoċjata ma' <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>stabbiliment permanenti<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> barraní ta' soċji stabbiliti fil-Ġermanja. Id-dħul u l-assi ta Columbus huma b'hekk direttament attribwiti lis-soċji tagħha, għall-finijiet ta' ġbir tat-taxxa fuq id-dħul u fuq l-assi fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-għan tas-kumpannija Columbus jikkonsisti fil-koordinament ta' l-attivitajiet talgrupp Oetker, fil-provvista tas-servizzi finanzjarji intragrupp. Huwa jinkludi, b'mod partikolari, iċ-ċentralizzazzjoni tat-tranżaz-zjonijiet finanzjarji, il-finanzjáment tal-kompatibbiltà tas-sussidjarji jew tal-fergħat, iċ-ċentralizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-kompatibbiltà, tal-kompiti amministrattivi u ta' l-attivitajiet ta' pubbliċità u tal-marketing kif ukoll il-ġestjoni elettronika tad-data.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-attività ekonomika ta' Columbus hija prinċipalment iddedikata għal-ġestjoni talkapital investit, skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 10(6) ta l-AStG. Din il-ġestjoni wasslet lil Columbus sabiex, matul is-sena<?PAGE NO="I-10459"?> 1996 tikseb, <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>qligħ mill-kummerċ<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> ta' DEM <FT TYPE="NUMBER">8044619</FT> u ta' <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>dħul ieħor<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/> ta' DEM <FT TYPE="NUMBER">53477</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>L-amministrazzjoni fiskali Belġjana kkunsidrat lill-Columbus bħala <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>ċentru ta' koordinazzjoni<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>, skond id-Digriet Irjali Nru 187, tat-<DATE ISO="19821230">30 ta Diċembru 1982</DATE>, dwar il-ħolqien ta' ċentri ta' koordinazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Moniteur Belge</HT> tat-<DATE ISO="19830113">13 ta' Jannar 1983</DATE>.</P></NOTE>. Is-sistema fiskali li jibbenefikaw minnha ċ-ċentri ta' koordinazzjoni tidderoga missistema fiskali ordinarja Belġjana f'diversi aspetti. Prinċipalment, id-dħul taxxabbli ta' dawn iċ-ċentri huwa ddeterminat fuq il-bażi ta' rata fissa skond il-metodu magħruf bħala <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>cost plus<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>. Dan id-dħul jikkorrispondi għal perċentwali ta l-ammont ta' l-infiq u ta' l-ispejjeż ta' l-operat li minnhom huma esklużi l-ispejjeż tal-persunal, il-piżijiet finanzjarji u t-taxxa dovuta fuq il-kumpanniji<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060622">22 ta' Ġunju 2006</DATE>, Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-182/03+C-217/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5479">C-182/03 u C-217/03, Ġabra p. I-5479, punt 9</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Skond din is-sistema, għas-sena 1996, Columbus ġiet intaxxata fuq inqas minn 30% tal-qligħ effettivament magħmul.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-Ġermanja, il-Finanzamt Bielefeld-Innenstadt ikkunsidrat lill-Columbus bħala kumpannija. Filwaqt li rreferiet għall-Arti-kolu 20(2) ta' l-AStG, l-amministrazzjoni fiskali Ġermaniza, permezz ta' awiż tat-<DATE ISO="19980608">8 ta' Ġunju 1998</DATE> dwar il-kalkolu tal-benefiċċji għas-sena 1996, attribwixxiet il-<QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>qligħ mill-kümmerċ<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> ta' DEM <FT TYPE="NUMBER">8044619</FT> u d-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>dħul ieħor<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> ta DEM <FT TYPE="NUMBER">53477</FT> ta' Columbus lis-soċji tagħha. Il-Finanzamt Bielefeld-Innenstadt kkunsidrat id-dħul ta' l-aħħar bħala eżenti mit-taxxa filwaqt li inkludiethom fir-riżerva ta' progressività. Min-naħa l-oħra, hija intaxxat il-qligħ kollu ta' DEM <FT TYPE="NUMBER">8044619</FT> filwaqt li xorta imponiet it-taxxa li kienet inġabret fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Permezz ta awiż tas-<DATE ISO="19980616">16 ta' Ġunju 1998</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali Ġermaniża stabbilixxiet il-valur ta' referenza ta' l-assi ta' Columbus, fl-<DATE ISO="19960101">1 ta' Jannar 1996</DATE>, għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa fuq l-assi tas-soċji.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Columbus, li kienet qegħda taġixxi għan-nom tas-soċji, opponiet għal dawn l-avviżi quddiem il-Finanzgericht Münster, bl-eċċez-zjoni ta' dak li jirrigwarda d-<QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>dħul ieħor<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/>, billi invokat b'mod partikolari l-inkompatibbiltà ta l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG mad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 52 tat-Trattat KE (li wara emendi sar l-Artikolu 43 KE). Skond Columbus, is-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni, stabbilita fl-Artikolu 23 tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju, ma' lapplikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni, prevista fl-Artikolu 20(2) u (3) ta l-AStG, kellha l-effett li żżid il-piż tat-taxxa ta' kuli soċju b'madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">250000</FT> għas-sena in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Münster ma teskludix li r-regoli ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG jiksru l-liberta ta' l-istabbiliment. Hija<?PAGE NO="I-10460"?> għandha wkoll dubji dwar il-kompatibbiltà ta' l-imsemmija regoli mal-moviment liberu tal-kapital, peress li t-taxxa addizzjonali li għaliha huwa suġġett id-dħul barrani jista' jiddiswadi lil resident milli jinvesti fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huwa f'dawn il-kundizzjonijiet li l-Finanzgericht Münster ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domanda preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>Ir-regoli ta l-Artikolu 20(2) u (3) tal-liġi fiskali Ġermaniża dwar ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi oħra [Gesetz über die Besteuerung bei Auslandsbeziehungen (Außensteuergesetz)] fil-verżjoni li tirriżulta mil-liġi Ġermaniża tal-<DATE ISO="19931221">21 ta' Diċembru 1993</DATE> dwar l-armonizzazzjoni fiskali u l-ġlieda kontra l-frodi (Miss-brauchsbekampfungs- und Steuerbereinigungsgesetz) li jeżentaw mit-taxxa doppja d-dħul li huwa ta' natura ta' kapital investit ŕl-istabbiliment barrani ta' persuna taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja, li kien jiġi suġġett għat-taxxa bħala dħul intermedjarju kieku l-istabbiliment permanenti kien kumpannija barranija, minkejja l-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż fil-<DATE ISO="19670411">11 ta' April 1967</DATE> bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju, mhux permezz ta' l-eżenzjoni tad-dħul mit-taxxa Ġermaniża iżda permezz ta l-imputazzjoni tat-taxxa fuq il-qligħ miġbura fpajjiż ieħor, huma kuntrarji għad-dispożizzjonijiet ta l-Artikolu 52 tat-Trattat KE [...], u ta l-Artikoli 73 B sa 73 D tat-Trattat KE, li saru l-Artikoli 56 KE sa 58 KE?<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Columbus, il-Gvern Ġermaniż, Belġjan, Olandiż, Portugiż u dak tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikolu 23 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn il-partijiet instemgħu fis-seduta li nżammet fit-<DATE ISO="20060928">28 ta' Settembru 2006</DATE>, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika Portugiża li għa-liha ma kienx hemm rapreżentant.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V —</NO.P><TXT>Analiżi</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT>Id-definizzjoni tal-problema ppreżen-tata mid-domanda preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Qabel ma jsir l-eżami tad-domanda preliminari mill-aspett tad-dritt Komunitarju, huwa importanti li tiġi definita sew il-problema ppreżentata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, jeħtieġ li tliet domandi jiġu esklużi mill-evalwazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja ser tagħmel f'din il-kawża.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10461"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, jeħtieġ li jiġi osservai li ddomanda preliminari ma tirrigwardax direttament is-sistema applikabbli għall-<QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>ishma fkumpanniji intermedjarji barranin<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Dawn huma KBK.</P></NOTE>, previsti fìl-Kapitolu 4 ta' l-AStG (Artikoli 7 sa 14 ta' dik il-liġi), iżda tirrigwarda <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>l-applikazzjoni tal-ftehim dwar il-prevenżjoni tat-taxxa doppja<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/>, prevista ŕl-Artikolu 20(2) u (3) ta l-AStG, fil-każ ta' ċertu qligħ miksub minn stabbilimenti permanentí barranin, mingħajr personalita ġuridika proprja skond il-liġi fiskali Ġermaniża, fejn is-soċji huma taxxabbli fuq id-dħul kollu tagħhom u I-assi tagħhom fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 4 ta' l-AStG jirregola ttrattament fiskali ta' l-entitajiet, stabbiliti barra, li għandhom personalità ġuridika proprja skond il-liġi fiskali Ġermaniża<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-Artikolu 7(1) ta' l-AStG.</P></NOTE> u li għalihom huwa previst li l-qligħ li jagħmlu, skond l-AStG, matul is-sena finanzjarja, fi Stat li l-livell tiegħu ta' taxxa huwa inqas minn dak previst mid-dispożizzjonijiet ta' l-AStG (inqas minn 30 %), huwa kkunsidrat li ġie mqassam lill-azzjonisti tagħhom, persuni suġġetti b'mod illimitat għat-taxxa Ġermaniża, fl-istess sena finanzjarja<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-Artikolu 10(1) u (2) ta' l-AStG.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ċertament, hemm lok li jingħad li, sabiex jiġi identifikat jekk, bħal fil-każ prinċipali, stabbiliment permanenti barrani, skond l-Artikolu 20(2) u (3), ta' l-AStG, jaqax filkamp ta' applikazzjoni ta' l-AStG, permezz ta dik id-dispożizzjoni, għandha ssir referenza għall-kundizzjonijiet applikabbli wkoll għall-kumpanniji intermedjarji barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif jammetti l-Gvern Ġemaniż, l-Artikolu 20(2) u (3) ta l-AStG iħaddan skop simili għad-dispożizzjo-nijiet li jirregolaw il-kumpanniji intermedjarji barranin, fis-sens li huwa għandu l-għan li jevita li l-persuni taxxabbli Ġermaniżi, meta jwaqqfu stabbilimenti permanenti fpajjiżi barranin, bħal fil-kawża prinċipali, jevitaw ir-regoli previsti fìl-Kapitolu 4 ta' l-AStG li jirregolaw il-kumpanniji intermedjarji barranin, li jibbenefikaw, fir-rigward tal-qligħ miksub minn dawn l-istabbilimenti permanenti fi Stati Membri fejn ir-rata tat-taxxa hija iktar baxxa minn dik prevista fil-Ġermanja, minn eżenzjoni mit-taxxa f dan l-Istat, skond il-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konklużi mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għalkemm dawn iċ-ċirkustanzi ma jist-għux ikunu injorati totalment, b'mod partikolari sabiex jiġi mifhum il-kuntest li fih jaqa' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG, jibqa l-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ġietx mistoqsija dwar l-interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju fil-kuntest ta' l-applikazzjoni tad-dispo-żizzjonijiet tal-Kapitolu 4 ta' l-AStG fir-rigward ta' kumpannija intermedjarja barranija, fejn is-sistema li hija applikabbli għaliha tidher differenti minn dik prevista fl-Artikolu 20(2) u (3) ta l-AStG.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10462"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju stabbilixxiet b'mod ċar li, skond il-liġi fiskali Ġermaniża, Columbus, bħala kumpannija, taqa' taħt lapplikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG, indipendentement mill-post fejn hija stabbilita u mhux taħt is-sistema applikabbli għall-KBK skond id-dispożizzjonijiet l-oħra ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Madankollu, u din il-kwistjoni hija marbuta ma' l-ewwel wahda, huwa importanti li jiġi ppreċiżat li mhijiex id-differenza li teżisti bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġer-manja u r-Renju tal-Belġju, fir-rigward tal-kwalifikazzjoni ġuridika u fiskali ta' Columbus li hija prevista mill-qorti tar-rinviju bħala li tista' tohloq restrizzjoni għall-movimenti liberi tat-Trattat, iżda hija biss is-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni ma' dak ta' limputazzjoni għal dak li jikkonċerna t-taxxa fuq id-dħul u l-assi ta' soċji Ġermaniżi ta' stabbiliment permanenti li jinsab f'pajjiż ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie indikat, fil-Belġju, Columbus hija stabbilita taht forma ta' kumpannija in akkomandita. Id-dritt Belġjan jirrikonoxxiha bħala li għandha personalità ġuridika awtonoma minn dik tas-soċji tagħha, jiġifieri s-soċji solidali u s-soċji akkomandanti. Mill-aspett fiskali, Columbus hija, bħala prinċipju, suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji iżda madankollu hija tibbenefika mis-sistema applikabbli għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni. Ma jonqosx li hija għandha personalità ġuridika. Min-naħa l-oħra, fil-Ġermanja, Columbus hija meqjusa bħala kumpannija, li, mill-aspett fiskali, hija mqabbla ma' stabbiliment permanenti ta' soċji, persuni fiżiċi, li huma residenti fil-Ġermanja, b'mod li l-qligħ miksub minn Columbus huwa attribwit direttament lis-soċji tagħha. Columbus hija b'hekk fiskalment trasparenti f'dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>L-istudji tal-liġi fiskali internazzjonali li jirrigwardaw il-pr obiema tat-trasparenza tas-soċjetajiet urew il-kumplessità <QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>tabilhaqq straordinarja<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/> ta' din il-parti tal-liġi<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Skond l-espressjoni tar-relatur generali J.-P. Le Gall filkuntest ta' l-istudju tal-liġi fiskali komparattiva, li jiġbor iktar minn 28 rapport nazzjonali, magħmul mill-International Fiscal Association, intitolat <HT TYPE="ITALIC">International tax problems of partnerships</HT> in Cahiers de droit fiscal international, Kluwer Law International, L-Aja, 1995, p. 604.</P></NOTE>, li lfatturi tagħha jirrigwardaw, b'mod partikolari, il-kunflitti ta' kwalifikazzjoni tas-soċje-tajiet, ikkwalifikati hekk fi Stat iżda kkwalifikati bħala kumpanniji b'kapital fi Stat iehor, u n-natura bilaterali jew triangulari tarrelazzjonijiet li għandhom jiġu eżaminati (Stat minn fejn joriġina d-dħul, Stat tas-kumpannija, Stat ta' residenza tas-soċju). Dawn id-diffikultajiet jistgħu madankollu jkunu mnaqqsa permezz tad-dispożizzjoni-jiet tal-ftehim fiskali konklużi bejn l-Istati.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fl-istadju attwali ta' l-iżvilupp tad-dritt Komunitarju, mhuwiex meħtieġ li l-Istati Membri jirrikonoxxu, fit-territorju tagħhom, l-istat ġuridiku u fiskali mogħti mid-dritt<?PAGE NO="I-10463"?> intern ta' Stati Membri oħra lill-korpi li jeżerċitaw attivitajiet ekonomiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li t-tielet inċiż ta' l-Artikolu 220 tat-Trattat KE (li sar it-tielet inċiż ta' l-Artikolu 293 KE) jipprovdi li l-Istati Membri għandhom, safejn ikun meħtieġ, jieħdu sehem fnegozjati ma' xulxin sabiex jassiguraw għaċ-ċittadini tagħ-hom, ir-rikonoxximent reċiproku tal-kumpanniji skond it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 KE (li sar it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 KE).</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta' dik id-dispożizzjoni, is-sitt Stati Membri fondaturi tal-Komunità Ekonomika Ewropea kkonkludew il-ftehim iffirmat fi Brüsseli fid-<DATE ISO="19680229">29 ta Frar 1968</DATE>, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kumpanniji u persuni ġuridiċi<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bull. Suppl. Nru 2, 1969, p. 7.</P></NOTE>. Peress li din ma ġietx ratifikata minn dawn l-Istati koliha, dan il-ftehim qatt ma daħal fis-seħħ.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Minkejja n-nuqqas ta' rikonoxximent reċiproku tal-kumpanniji u tal-persuni ġuri-diċi, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-movimenti liberi previsti mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F'dan il-każ, l-oriġini tar-restrizzjoni eventwali tal-movimenti liberi tat-Trattat ma tinsabx fil-klassifikazzjoni ta' stabbiliment permanenti ta' Columbus mil-liġi fiskali Ġermaniża, peress li huwa preċiża-ment grazzi għal dik il-klassifikazzjoni li Columbus setgħet, sas-sena finanzjarja in kwistjoni, tibbenefika mill-metodu ta' l-eżenzjoni skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju, li Columbus teżiġi ż-żamma tiegħu fil-kawża prinċipali<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Għalkemm Columbus kienet ikklassifikata bħala kumpannija b'kapital taħt il-liġi Ġermaniża, huwa probabbli ħafna li ssistema apparentement iktar sfavorevoli tal-kumpanniji intermedjarji barranin (KBK) kienet applikat għaliha (Kapitolu 4 ta' l-AStG). Madankollu, din l-ipoteżi mhijiex is-suġġett ta' din l-analiżi peress li mhijiex imressqa mill-qorti tar-rinviju.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jiena nikkunsidra li m'hemmx lok għall-Qorti tal-Ġustizzja li teżamina l-allegazzjonijiet ta' Columbus li l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet ta' limsemmi ftehim dwar heisien minn taxxa doppja. Fil-fatt, huwa importanti li jingħad li l-Qorti tal-Ġustizzja mhijiex kompetenti filkuntest ta' l-Artikolu 177 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 234 KE) sabiex tagħti deċiżjoni dwar din il-kwistjoni, peress li mhijiex wahda ta interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE>, AMID (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-141/99" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11619">C-141/99, Ġabra p. I-11619, puņt 18</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-punt 25 tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża Gilly (sentenza tat-<DATE ISO="19980512">12 ta' Mejju 1998</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-336/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-2793">C-336/96, Ġabra p. I-2793</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Naturalment, din l-evalwazzjoni ma tfissirx, madankollu, li l-Qorti tal-Ġustizzja,<?PAGE NO="I-10464"?> sabiex tagħti interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, li tkun utili għall-qorti nazzjonali, ma tistax tieħu in kunsiderazzjoni, jekk ikun il-każ, id-dispożizzjonijiet ta' ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, sakemm, bħal f'dan il-każ, il-qorti tar-rinviju ġustament tippreżentaha bħala li tifforma parti mill-kuntest ġuridiku applikabbli għall-kawża prinċipali<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, Denkavit Internationaal u Denkavit France, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-170/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11949">C-170/05, Ġabra p. I-11949, punt 44</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Fir-rigward tal-kumplament, jiena nikkunsidra bħal ma qal l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Denkavit Internationaal u Denkavit France<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara I-punti 33 sa 38 tal-konklużjonijiet ippreżentati fis-<DATE ISO="20060427">27 ta' April 2006</DATE> fil-kawża li tat lok għas-sentenza Denkavit Internationaal u Denkavit France, iċċitata iktar 'il fuq.</P></NOTE>, li l-impatt effettiv ta' ftehim dwar ħeisien minn taxxa doppja fuq is-sitwazzjoni ta' persuna taxxabbli għandu jittieħed in kunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk, f'każ speċifiku, teżistix restrizzjoni għall-movimenti liberi ggarantiti mit-Trattat. Finnuqqas ta' dan, ma titteħidx in kunsiderazzjoni r-realtà ekonomika ta' l-attività tal-persuna taxxabbli u l-inċentivi eventwali marbuta mal-kuntest transkonfinali.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Peress li saru dawn ir-rimarki, jeħtieġ li jiġi kkjarifikat mill-bidu, fir-rigward tal-kuntest ġuridiku u ta' fatt spjegat mill-qorti tar-rinviju, liema miż-żewġ movimenti liberi msemmija mill-qorti nazzjonali (libertà ta' l-istabbiliment u l-moviment liberu tal-kapital) għandu japplika prinċipalment f'din il-kawża. Wara l-analiżi tiegħi ser tittratta levalwazzjoni ta' l-effett restrittiv tas-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni ma' dak ta' limputazzjoni għall-finijiet tal-ħelsien minn taxxa doppja, fil-Ġermanja, fuq id-dħul u fuq l-assi miksuba mis-soċji ta' Columbus. Fl-aħħar nett, fil-każ li restrizzjoni bħal din tibqa' teżisti, ikun meħtieġ li jiġi eżaminat jekk din tistax tkun iġġustifikata minħabba raġunijiet imper attivi ta' inter ess ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet dwar il-libertà ta' l-istabbiliment jew dwar il-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk regola bħal dik prevista fl-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG hijiex kompatibbli mal-libertà ta' listabbilment jew mal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza, meta ċittadin ta' Stat Membru jkollu, fil-kapital ta' kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, azzjoni ta' natura li tippermettilu jeżerċita influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta' dik il-kumpannija u li jiddetermina l-attivitajiet tagħha, huma d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ibbażati fuq il-libertà ta' l-istabbiliment li japplikaw u mhux dawk li jirreferu għall-moviment liberu tal-kapital<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000413">13 ta' April 2000</DATE>, Baars (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-251/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-2787">C-251/98, Ġabra p. I-2787, punt 22</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20021121">21 ta' Novembru 2002</DATE>, X u Y (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10829">C-436/00, Ġabra p. I-10829, punt 37</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060912">12 ta' Settembru 2006</DATE>, Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-196/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7995">C-196/04, Ġabra p. I-7995, punt 31</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10465"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni bejn dawn iż-żewġ libertajiet mhijiex dejjem faċli, b'mod partikolari, fil-kuntest ta' rinviju għal deċiżjoni preliminari fejn il-qorti nazzjonali hija f'pożizzjoni aħjar sabiex tevalwa b'mod konkret iddrittijiet mogħtija liċ-ċittadin Komunitarju mill-azzjonijiet li huma għandhom fil-kapital tal-kumpannija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>F'din il-kawża, hekk kif għidt fii-punt 18 ta' dawn il-konklużjonijiet, jidher li wieħed mill-fatti li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG huwa li persuna taxxabbli fil-Ġermanja jkollha sehem ta' l-inqas ta' 10% fl-istabbiliment permanenti. Ma' l-ewwel harsa, sehem ta dan id-daqs tidher li teskludi l-possibbilta li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiż-jonijiet ta' dan l-istabbiliment u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tiegħu. Jekk dan huwa l-każ, l-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet in kwistjoni għandha ssir, prinċipalment, fuq il-bażi ta' l-Artikoli 73 B sa 73 D tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-applikabbiltà tal-libertà ta' l-istabbiliment tista', madankollu, tirriżulta rilevanti, fid-dawl taċ-ċirkustanzi deskritti iktar 'il quddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Minn naħa, l-għan imħaddan mil-leġiż-latur Germaniż, għal dak li jikkonċerna ssostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni ma' dak ta' l-imputazzjoni, huwa li jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlatur fiskali Ġermaniż, inklużi dawk ta' l-AStG li jirrigwarda l-KBK li huma stabbiliti, f'pajjiż ieħor, taht il-forma ta' sussidjarji. F'dan is-sens, fil-komponenti differenti tagħha, l-AStG b'hekk tkopri prinċipalment l-istabbiliment tar-residenti Ġermaniżi f'pajjiż barraní, f'dan il-każ partikolari taht il-forma ta' kumpannija persuni, ikkunsidrata bħala stabbiliment permanenti mil-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kawża prinċipali, mhux biss Columbus hija kkontroliata minn ta' l-inqas sitt persuni fiżiċi li jappartjenu għall-istess familja, li kull waħda minnhom għandha 10% ta' l-ishma ta' l-istabbiliment ikkonċernat, iżda fuq kollox, dawn il-persuni, kif ġie indikat fis-seduta minn Columbus fil-kawża prinċipali, jaġixxu ŕlimkien u huma rrappreżentati minn persuna wahda fil-laq-għa generali tas-soċji tal-kumpannija. Dawn it-tmien soċji b'hekk jidhru li għandhom, kollettivament, influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta' Columbus. F'dan il-kuntest, id-dannu eventwali għall-moviment liberu tal-kapital jkun sempliċement konsegwenza ta' l-allegat ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet koliha, u fin-nuqqas ta' elementi suffiċjente-ment preċiżi minn naha tal-qorti nazzjonali li permezz tagħhom ikun jista' jiġi ddeterminat b'ċertezza liema miż-żewġ libertajiet imsemmija iktar 'il fuq hija eventwalment l-iktar affettwata f'dan il-każ partikolari, l-eżami ta' leġiżlazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali tkun, mingħajr dubju neċessarja, b'riferi-ment, fl-istess waqt għall-Artikoli 52 u 73 B tat-Trattat KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10466"?><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, jidhirli li f'dan il-każ, lapplikazzjoni ta' kull waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-istess riżultat B'hekk nipproponi li nanalizza din il-kawża fid-dawl ta' l-Artikolu 52 tat-Trattat KE, filwaqt li nieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li raġunament simili jkun validu għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 73 B tat-Trattat KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT>Fuq l-eżistenza ta' ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Id-diffikulta ewlenija ta' din il-kawża tirrigwarda l-possibbilta li regola, bħal dik prevista fl-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG, tiġi kkwalifikata bħala ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Columbus u l-Gvern Belġjan jikkunsidraw li l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG jiddiswadi liċ-ċittadini Ġermaniżi milli jistabbilixxu ruħhom fl-Istat Membru ta' l-għażla tagħhom, peress li l-metodu ta' imputazzjoni huwa applikabbli biss jekk id-dħul miksub mir-residenti Ġermaniżi jkollu l-karattru ta' dħul imsejjaħ <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>passiv<QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/> provenjenti minn Stat Membru fejn it-taxxa hija inqas minn dik prevista mid-dispożizzjonijiet ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li l-partijiet l-oħra ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri l-Gvern Ġer-maniż, Olandiż, Portugiż u dak tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni, li fihom isostnu li r-regola prevista mill-Artikolu 20 (2) u (3) ta' l-AStG stabbilixxiet mill-ġdid it-trattament ugwali bejn sitwazzjoni fiskali transkonfinali, bħal dik tas-soċji ta' Columbus, u sitwazzjoni purament interna. B'hekk, skond dawn il-partijiet, ma jeżisti l-ebda ostakolu għal-liberta ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Wiehed għandu jfakkar li l-liberta ta' l-istabbiliment, rikonoxxuta mill-Artikolu 52 tat-Trattat KE għaċ-ċittadini Komunitarji, jinkludi l-aċċess għalihom għal xogħol għal rashom kif ukoll it-twaqqif u t-tmexxija ta' impriżi, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk definiti mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta' stabbiliment għaċ-ċittadini tie-għu stess<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="20040311">11 ta' Marzu 2004</DATE>, De Lasteyrie du Saillant (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-9/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2409">C-9/02, Ġabra p. I-2409, punt 40</REF.DOC.ECR>) u, kif ukoll Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq (punt 41).</P></NOTE> jew għaċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra li huma residenti fit-territorju tiegħu<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza Baars, iċċitata iktar 'il fuq (punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Anki jekk, skond il-kliem tagħhom, id-dispożizzjonijiet dwar il-liberta ta' l-istabbiliment huma intiżi sabiex jiżguraw il-bene-fiċċju tat-trattament nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dawn jipprekludu wkoll <HT TYPE="ITALIC">lill-Istat Membru ta' oriġini</HT> milli jostakola l-istabbiliment ta'<?PAGE NO="I-10467"?> wieħed mie-ċittadini tiegħu fi Stat Membru ieħor<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19880927">27 ta' Settembru 1988</DATE>, Daily Mail u General Trust (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="81/87" YEAR="1988" PAGE.ECR="5483">81/87, Ġabra p. 5483, punt 16</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19980716">16 ta' Lulju 1998</DATE>, ICI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-264/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-4695">C-264/96, Ġabra p. I-4695, punt 21</REF.DOC.ECR>); De Lasteyrie du Saillant, iċċitata iktar 'il fuq (punt 42) u tat-<DATE ISO="20051213">13 ta' Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-10837">C-446/03, Ġabra p. I-10837, punt 31</REF.DOC.ECR>), (miktub minni bil-korsiv).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-projbizzjoni għall-Istati Membri li jistabbilixxu restrizzjonijiet għal-libertà ta' l-istabbiliment tapplika wkoll għad-dispożizzjonijiet fiskali. Fil-fatt, skond il-ġurisprudenza, għalkemm, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju l-qasam tat-taxxi diretti ma jaqax fih innifsu taħt il-qasam tal-kompetenza tal-Komunità Ewropea, ma jonqosx li l-Istati Membri għandhom jeżer-ċitaw il-kompetenzi tagħhom b'ħarsien tad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati De Lasteyrie du Saillant (punt 44); Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (punt 40) u, kif ukoll Denkavit Internationaal u Denkavit France (punt 18). Ara wkoll, reċentement, fir-rigward tal-moviment liberu ta' l-assi, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20061114">14 ta' Novembru 2006</DATE>, Kerckhaert u Morres (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-513/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10967">C-513/04, Ġabra p. I-10967, punt 15</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>B'hekk, fir-rigward tar-restrizzjonjijiet li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni fiskali ta' l-Istat Membru ta' oriġini, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta' l-istabbiliment jipprojbixxu lil Stat Membri milli jistabbilixxi, għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' riskju ta' evażjoni fiskali, mekkaniżmu ta' taxxa fuq il-qligħ kapitali ġej minn titoli li għadu ma twettaqx f'każ ta' trasferiment tad-domiċilju fiskali ta' persuna taxxabbli barra minn dan l-Istat Membru, filwaqt li qligħ kapitali ta' persuna taxxabbli residenti f'dan l-Istat kien sempliċement taxxabbli meta kien effettivament imwettaq. Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, minkejja li l-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni f'din il-kawża ma kinitx tipprojbixxi persuna taxxabbli milli teżerċita d-dritt tagħha ta' l-istabbiliment, madankollu kienet <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>ta' natura li tillimita l-eżerċizzju ta' dan id-dritt billi kellha, ta' l-inqas, effett <HT TYPE="ITALIC">disważiv</HT> fir-rigward tal-persuni taxxabbli li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fi Stat Membru iehor<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza De Lasteyrie du Saillant, iċċitata iktar 'il fuq (punt 45) (miktub minni bil-korsiv).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja b'hekk qieset li d-differenza ta' trattament fir-rigward ta' l-impożizzjoni tal-qligħ kapitali kienet ta' <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>natura li <HT TYPE="ITALIC">tiskoraġixxi</HT> lil persuna taxxabbli milli titrasferixxi d-domiċilju tagħha barra mill-Istat Membru<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/> in kwistjoni u, b'hekk setgħet tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT> (punti 46 sa 48) (miktub minni bil-korsiv). Ara wkoll is-sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>, N (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7409">C-470/04, Ġabra p. I-7409, punti 34 sa 39</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Iktar reċentement, fis-sentenza tagħha Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, f'rinviju għal deċiżjoni preliminari kkunsidrat, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK, li t-trattament fiskali distint li jirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni u l-iżvantaġġ li jirriżulta mill-kumpanniji residenti li għandhom sussidjarja taxxabbli, fi Stat Membru iehor, b'rata ta' taxxa iktar baxxa huma ta' natura li jfixxklu l-eżerċizzju tal-libertà ta' l-istabbiliment minn kumpanniji bħal dawn, billi <HT TYPE="ITALIC">jiddiswaduhom milli joħolqu, jakkwistaw jew iżommu sussidjarja</HT> fi Stat Membru li fih din issib ruħha suġġetta għal rata ta' taxxa bħal din, b'mod li huma jikkostitwixxu restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 46 (miktub minni bil-korsiv).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10468"?><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>L-imsemmija sentenza, li ser tiġi ttrattata iktar fit-tul f'dawn il-konklużjonijiet, hija rilevanti għal din il-kawża. Barra minn hekk, huwa kien is-suġġett ta' dibattitu importanti ħafna bejn il-partijiet li waqt is-seduta.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>F'dan l-istadju ta' l-analiżi tiegħi, huwa suffiċjenti li jingħad li, fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kienu f'sitwazzjoni simili, minn naha, il-kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent,</HT> stabbilita fir-Renju Unit, ta' sussidjarja stabbilita fi Stat Membru fejn ir-rata tat-taxxa fuq il-profitti kienet iktar baxxa minn dik applikata fir-Renju Unit u li għaliha kienet tapplika l-leġiżlazzjoni fuq il-KBK ta' dan l-Istat u, min-naha l-oħra, il-kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent</HT> stabbilita fir-Renju Unit fejn is-sussidjarja kienet ukoll stabbilita f'dan l-Istat <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> il-kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent</HT> stabbilita fir-Renju Unit li s-sussidjarja tagħha kienet stabbilita fi Stat Membru fejn il-livell ta' taxxa fuq il-profitti kienet ogħla minn dik applikabbli fir-Renju Unit u li għaliha, f'dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK ma kinitx applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Hekk kif turi s-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, id-determinazzjoni talparagun (oġġettiv) tas-sitwazzjonijiet hija ta' importanza fundamentali sabiex tiġi evalwata jekk l-applikazzjoni ta' miżura nazzjonali tmurx kontra t-trattament ugwali li, bħala prinċipju, għandu jkun iggarantit bejn dawn is-sitwazzjonijiet u, b'hekk, jekk din il-miżura hijiex suġġetta li tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>F'dan il-każ partikolari, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk jistax jiġi applikat raġunament simili għal dak żviluppat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija kawża, iċċitata iktar 'il fuq, fir-rigward tal-paragun tas-sitwazzjonijiet tas-sussidjarji tal-kumpanniji <HT TYPE="ITALIC">parent</HT> stabbiliti fir-Renju Unit li għalihom kienet jew ma kinitx applikabbli l-leġiżlazzjoni fuq il-KBK.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jekk għandha ssir evalwazzjoni bhal din, kif qed nipproponi li jsir, hija għandha, madankollu, tiehu in kunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar heisien minn taxxa doppja, li kienet is-suġġett ta' preċiżazzjonijiet importanti dan l-aħħar, b'mod partikolari fis-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11753">C-446/04, Ġabra p. I-11753</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk fl-opinjoni tiegħi, jeħtieġ li jiġi eżaminat it-trattament fiskali tad-dħul u ta' l-assi tas-soċji ta' Columbus fir-rigward, minn naha, ta' dak irreżervat għal dak tas-soċji ta' kumpannija li ma eżerċitawx id-dritt tagħ-hom għall-moviment liberu (sitwazzjoni interna) u, min-naha l-oħra, għat-trattament fiskali tad-dħul u ta' l-assi tas-soċji ta' kumpannija li eżerċitaw il-libertà ta' l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru fejn ir-rata tat-taxxa hija ogħla minn dik prevista mill-AStG (sitwazzjoni transkonfinali).</TXT></NP><?PAGE NO="I-10469"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Paragun bejn is-sitwazzjoni tas-soċji ta Columbus u sitwazzjoni interna</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi huwa importanti, b'mod partikolari, għall-finijiet ta' carezza tar-raġu-nament, li ssir distinzjoni bejn heisien minn taxxa doppja fuq id-dħul, prevista mill-Artikolu 20(2) ta' l-AStG, u dik mit-taxxa doppja fuq l-assi, previst fl-Artikolu 20(3) ta' l-AStG.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Paragun fir-rigward tal-ħelsien minn taxxa doppja fuq id-dħul (Artikolu 20(2) ta' l-AStG)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>M'hemm ebda dubju li l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni — issostitwit b'mod unilaterali mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-metodu ta' l-eżenzjoni previst fil-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja bejn dan l-Istat Membru u r-Renju tal-Belġju — ta' l-imputazzjoni tat-taxxa miġbura fil-Belġju minn għand Columbus fuq it-taxxa imposta fuq id-dħul tas-soċji ta' din ta' l-aħħar wassal għal żieda notevoli tat-taxxa tagħhom għas-sena fiskali in kwistjoni (jiġifieri dik ta' l-1996) meta mqabbla massena fiskali preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fih innifsu, u kuntrarjament għal dak li allega bosta drabi Columbus, dan it-trattament sfavorevoli ma jikkostitwixxix restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt Komunitarju ma jiggarantixxix, f'qasam fejn l-Istati Membri jibq-għu kompetenti, l-applikazzjoni u ż-żamma fiż-żmien ta' trattament identiku favur l-istess persuna taxxabbli. Jekk dan kellu jkun il-każ, l-Istati Membri ma jistgħux per eżempji jibdlu l-bażi ta' stima jew ir-rata tat-taxxi diretti tagħhom. Fl-istat attwali ta' l-iżvilupp tad-dritt Komunitarju, dan huwa impossibbli. Il-fatt li t-trattament fiskali mogħti lil Columbus fil-kawża prinċipali ġie mibdul permezz ta' l-introduzzjoni unilaterali ta' deroga għall-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju jirrigwarda kunflitt (eventwali) bejn normi tad-dritt intern u normi tad-dritt internazzjonali, iżda fil-fehma tiegħu huwa indifferenti millperspettiva tad-dritt Komunitarju. Min-naha l-oħra, hekk kif diġà osservajt fii-punt 46 ta' dawn il-konklużjonijiet, mhijiex kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li ġġib fi tmiem kunflitt ta' normi bhal dan.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jidher li qegħda tissuġġerixxi Columbus, trattament differenti fid-dritt Komunitarju mhuwiex ikkalkulat abbażi tat-tibdil ta' fatt jew ġuri-diku fil-moħħ ta' l-istess persuna. Għall-kuntrarju, huwa jeħtieġ paragun bejn is-sitwazzjoni li eżerċitaw il-libertajiet iggarantiti mit-Trattat u dik tal-per suni li m'għamlux użu minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li la l-qorti tar-rinviju, li pjuttost għandha t-<?PAGE NO="I-10470"?>tendenza li tipperċepixxi l-miżura fiskali Ġermaniża in kwistjoni bħala restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment, u lanqas Columbus, ma identifikaw differenza fittrattament bejn is-sitwazzjoni tas-soċji ta din ta' l-aħħar u sitwazzjoni interna.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvern Ġermaniż, Belġjan, Olandiż, Portugiż u dak tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni josservaw li l-imputazzjoni, prevista fl-Artikolu 20(2) ta l-AStG, ta' l-imputazzjoni tattaxxa miġbura fil-Belġju minn għand Columbus fuq ittaxxa imposta fuq id-dħul tas-soċji tagħha, tittratta lil dawn ta' l-aħħar b'mod identiku għall-persuni taxxabbli Ġermaniżi, soċji ta' soċje-tajiet fiskalment trasparenti li jinsabu fil-Ġermanja, u li ma eżerċitawx il-libertà ta' l-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Din l-argumentazzjoni tidher li hija korretta.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Wieħed għandu jiftakar li, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 220 tat-Trattat KE (li sar it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 293 KE), l-Istati Membri jintrabtu bejniethom, safejn ikun meħtieġ, li jieħdu sehem fnegozjati ma' xulxin sabiex jassiguraw, favur iċ-ċittadini tagħhom, l-abolizzjoni tattaxxa doppja fil-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni, li għandha natura programmatika<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-fatt, dik id-dispożizzjoni m'għandhiex effett dirett (ara ssentenza Gilly, iċċitata iktar 'il fuq, punt 17).</P></NOTE>, ma ġietx implementata sa dik il-ġurnata. Min-naħa l-oħra, mingħajr ma ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="225" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="6">ĠU L 225, p. 6</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, tal-Konvenzjoni 90/436/KEE, tat-<DATE ISO="19900723">23 ta' Lulju 1990</DATE>, dwar l-abolizzjoni tat-tassazzjoni doppja f'każ ta korrezzjoni talprofitti ta' impriżi assoċjati<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="225" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="10">ĠU L 225, p. 10</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, u tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE, tat-<DATE ISO="20030603">3 ta' Ġunju 2003</DATE>, dwar tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul filforma ta' pagamenti ta' imgħax<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" DATE.PUB="2003" PAGE.FIRST="38">ĠU L 157, p. 38</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li minnhorn ebda wahda mhija rilevanti għall-kawża tagħna, ebda miżura ta' unifikazzjoni jew ta' armonizzazzjoni intiża sabiex tabolixxi ttaxxa doppja ma ġiet adottata fil-kuntest Komunitarju u l-Istati Membri ma kkonkludew, skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 220 tat-Trattat KE, ebda ftehim multilaterali f'dan is-sens<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, għal dak li jikkonċerna l-moviment libera tal-kapital, is-sentenza Kerckhaert u Morres, iċċitata iktar 'il fuq (punt 22) u, għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 52 tat-Trattat KE, is-sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11673">C-374/04, Ġabra p. I-11673, punt 51</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fin-nuqqas ta' miżuri ta' unifikazzjoni jew ta armonizzazzjoni Komunitarja l-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jiddeterminaw il-kriterji ta' tassazzjoni fuq id-dħul sabiex jeliminaw, jekk<?PAGE NO="I-10471"?> ikun il-każ, permezz ta' ftehim, it-taxxa doppja<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Gilly, iċċitati iktar 'il fuq (punti 24 u 30), kif ukoll tat-<DATE ISO="20021212">12 ta' Diċembru 2002</DATE>, De Groot (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-385/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11819">C-385/00, Ġabra I-11819, punt 93)</REF.DOC.ECR> għal dak li jikkonċerna l-Artikolu 48 tat-Trattat KE (li wara emenda sar l-Artikolu 39 KE); Sentenzi tal-<DATE ISO="19990921">21 ta' Settembru 1999</DATE>, Saint-Gobain ZN (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-307/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-6161">C-307/97, Ġabra p. I-6161, punt 57</REF.DOC.ECR>), għal dak li jikkonċerna l-Artikoli 52 u 58 tat-Trattat KE, u tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE>, Van Hilten-van der Heijden (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-513/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1957">C-513/03, Ġabra p. I-1957, punt 47</REF.DOC.ECR>) għal dak li jikkonċerna l-moviment liberu tal-kapital.</P></NOTE>. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġus-tizzja inizjalment ippreċiżat li l-Istati Membri kellhom il-libertà li, <HT TYPE="ITALIC">f il-kuntest tal-ftehim bilaterali,</HT> jistabbilixxu l-fatturi ta' konnessjoni għall-finijiet tat-tqassim tal-kompetenza fiskali<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Gilly, iċċitata iktar 'il fuq (punti 24 sa 30); Saint-Gobain ZN, iċċitata iktar 'il fuq (punt 57); De Groot, iċċitata iktar 'il fuq (punt 93); tat-<DATE ISO="20061003">3 ta' Ottubru 2006</DATE>, FKP Scorpio Konzertproduktionen, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-9461">C-290/04, Ġabra p. I-9461, punt 54</REF.DOC.ECR>); Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq (punt 52) (miktub minni bil-korsiv).</P></NOTE>. F'sentenzi sussegwenti, hija żiedet tgħid li din il-libertà rikonoxxuta għall-Istati Membri testendi għall-miżuri adottati b'mod unilaterali<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital, is-sentenzi iċċitati Van Hilten-van der Heijden (punt 47), u, fir-rigward tal-libertà ta' l-istabbiliment, N (punt 44) kif ukoll Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq (punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Mandankollu, għal dak li jikkonċerna l- <HT TYPE="ITALIC">eżerćizzju tas-setgħa ta' tassazzjoni,</HT> l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi De Groot (punt 94) u FKP Scorpio Konzertproduktionen (punt 55).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja b'hekk stabbilit distinzjoni bejn, minn naħa, <HT TYPE="ITALIC">tqassim tal-kompetenza fiskali</HT> bejn l-Istati Membri, fejn id-differenzi fittrattament li jistgħu eventwalment jirriżul-taw ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-movimenti liberi tat-Trattat, u, min-naħa l-oħra, <HT TYPE="ITALIC">l-eżerċizzju tas-setgħa ta' tassazzjoni mill-Istati Membri,</HT> inkluż meta jirriżulta minn tqassim bilaterali jew unilaterali minn qabel tal-kompetenza fiskali tagħhom, li għaliha l-Istati Membri huma marbuta jikkonformaw mar-regoli Komunitarji<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza De Groot, iċċitata iktar 'il fuq (punti 93 u 94).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Minn din id-dikotomija jidher li jirriżulta li l-Istati Membri jikkonservaw mhux biss, minn naha, il-possibbiltà li ma jipprevjenux it-taxxa doppja<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, f'dan ir-rigward, is-sentenza Kerckhaert u Morres, iċċitata iktar 'il fuq (punt 24), rigward lapplikabbiltà tal-moviment liberu tal-kapital, li fiha l-Qorti indikat li l-Artikolu 73 B(1) tat-Trattat KE ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni ta' Stat Membru milli, fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul, tissuġġetta għal rata uniformi ta' taxxa id-dividendi ta' ishma ta' kumpanniji stabbiliti fit-territorju ta' l-imsemmi Stat u d-dividendi ta' azzjonijiet tal-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru iehor, mingħajr ma tipprovdi għall-possibbiltà ta' imputazzjoni tat-taxxa meħuda mis-sors f'dan l-Istat Membru l-ieħor.</P></NOTE>, iżda wkoll, min-naha l-oħra, l-għażla tal-mekkaniżmu li bih jipprevjenu t-taxxa doppja, li, bħala prinċipju, għandu jippermettilhom, b'mod partikolari, jagħżlu bejn il-metodu ta' eżenzjoni u dik ta' l-imputazzjoni tat-taxxi imposti fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi osservai li l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li mhuwiex irraġonevoli għall-Istati Membri li jispiraw ruhhom mill-prattika internazzjonali, b'mod partikolari, mill-mudelli tal-ftehim fiskali ppreparati mill-OECD<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Gilly (punti 30 u 31) u Saint-Gobain ZN (punt 57).</P></NOTE>. Madankollu, mill-Artikolu 23 tal-mudell tal-ftehim fiskali dwar id-dhul u I-assi jirriżulta li l-metodu ta' l-<?PAGE NO="I-10472"?>eżenzjoni u dak ta' l-imputazzjoni huma kkunsidrati bħala mekkaniżmi validi għall-finijiet tal-prevenzjoni jew tat-tnaqqis tat-taxxa doppja.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tid-deċiedi diversi kawżi li fihom il-leġiżlazzjo-nijiet fiskali ta' l-Istati Membri in kwistjoni kienu japplikaw wieħed jew ieħor minn dawn il-metodi, mingħajr m'għamlet rimarki dwar il-legalità, fiha nnifisha, ta' dawn il-metodi jew ta' għażla ta' wieħed minnhom firrigward tad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta' Settembru 2004</DATE>, Manninen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7477">C-319/02, Ġabra p. I-7477</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Madankollu, mid-dikotomija msemmija fil-punt 84 ta' dawn il-konklużjonijiet li, indipendentement mill-mekkaniżmu adottat sabiex jeħilsu mit-taxxa doppja, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-obbligu li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-movimenti liberi, peress li ma jistgħux jeżerċitaw is-setgħa tagħhom ta' tassazzjoni b'mod sitwazzjonijiet li huma oġġettivament komparabbli jiġu ttrattati b'mod differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>B'hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li d-dritt Komunitarju ma jipprojbixxix lil Stat Membru milli jevita serje ta' taxxi fuq id-dividendi rċevuti minn kumpannija residenti billi japplika regoli li jeżentaw dawn id-dividendi mit-taxxa meta huma mħallsa minn kumpannija residenti, waqt li jevita, permezz ta' sistema ta' imputazzjoni, serje ta' taxxi fuq l-imsemmija dividendi meta huma mhallsa minn kumpannija mhux residenti safejn, fsitwazzjoni bħal din, l-applikazzjoni tas-sistema ta' imputazzjoni tkun kompatibbli mad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq (punti 48 u 49).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Sabiex din l-applikazzjoni tkun kompatibbli mad-dritt Komunitarju, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li, minn naha, id-dividendi ta' oriġini barranin ma kellhomx ikunu suġġetti għal rata ta' taxxa ogħla minn dik applikata għad-dividendi ta' oriġini nazzjonali u, min-naha l-oħra, l-Istat Membru kellu jevita serje ta' taxxi fuq id-dividendi ta' oriġini barranin billi jeżiġi l-ammont ta' taxxa mill-kumpannija distributriċi mhux residenti fuq l-ammont tat-taxxa applikabbli għall-kumpannija benefiċjarja residenti fillimitu ta' dan ammont ta' l-aħħar<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT> (punti 48 sa 50).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħi li l-fatt biss li, meta mqabbla ma' sistema ta' eżenzjoni, sistema ta' imputazzjoni timponi fuq il-persuni taxxabbli spejjeż amministrattivi addizzjonali (l-ammont tat-taxxa effettivament imhallas fl-Istat fejn tirrisjedi l-kumpannija distributriċi għandu jiġi stabbilit) ma jistax jiġi kkunsidrat<?PAGE NO="I-10473"?> bħala differenza fi trattament li tmur kontra I-libertà ta' l-istabbiliment, peress illi l-ispejjeż amministrattivi speċifiċi imposti fuq il-kumpanniji residenti li jirċievu dividendi ta' oriġini barranija huma inerenti fil-funzjonament ta' sistema ta' kreditu ta' taxxa<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT> (punt 53).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Fil-kawża li għandna quddiemna jeħtieġ li jiġi osservat li, kemm fis-sitwazzjoni tas-soċji ta' Columbus kif ukoll f'dik tas-soċji, residenti fil-Ġermanja, tas-soċjetajiet bbażati fil-Ġermanja, il-profitti mwettqa mill-kumpannija huma attribwiti direttament lis-soċji u huma kkunsidrati bħala dħul ta' dawn ta' l-aħħar. Minbarra dan, dawn jiġu intaxxati flistess sena fiskali u bl-istess rata fil-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Skond il-metodu ta' l-imputazzjoni, it-taxxa imposta fil-Belġju fuq il-profitti magħ-mula minn Columbus hija s-suġġett ta' kreditu ta' taxxa favur is-soċji tagħha fil-Ġermanja li jikkorrispondi għat-taxxa li mħallsa minnha fil-Belġju. Filwaqt li, qabel is-sena finanzjarja in kwistjoni, l-applikazzjoni tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju kienet tiggarantixxi lis-soċji ta' Columbus eżenzjoni mit-taxxa fil-Ġermanja fuq il-profitti magħ-mula minnha fil-Belġju, is-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni permezz ta' l-imputazzjoni, sa minn din is-sena finanzjarja, jwassal sabiex jinnewtralizza l-vantaġġ fiskali li l-imsemmija soċji kienu jibbenefikaw minnu preċedentement meta mqabbel mas-soċji tas-soċjetajiet li jkunu koliha domiċiljati fil-Ġermanja u m'għamlux użu mil-libertà ta' l-istabbiliment previst mit-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>B'hekk, fuq il-livell tal-paragun bejn is-sitwazzjoni tas-soċji ta' Columbus u dik tas-soċji ta' kumpannija bejn persuni stabbiliti fil-Ġermanja, l-imputazzjoni tat-taxxa miġ-bura fil-Belġju minn għand Columbus fuq ittaxxi fuq id-dhul li kellhom jiġu mhallsa fil-Ġermanja mis-soċji tagħha tippermetti li jiġi ggarantit trattament ugwali bejn it-taxxa fuq id-dhul ta' oriġini barrani kif ukoll dak ta' oriġini Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Ċertament, jirriżulta li din l-affermazzjoni hija valida biss taht il-kundizzjoni li riežami tal-paragun tas-sitwazzjonijiet in kwistjoni, biss jiġi inkluż id-<QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>dhul li għandu n-natura ta' kapital investit<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> skond l-Artikolu 8 ta' l-AStG. Fil-fatt, għad-dhul li m'għandux din in-natura, huwa l-prinċipju ta' l-eżenzjoni tal-profitti mwettqa fpajjiż ieħor mill-kumpannija li jipprevali, skond id-dispożiz-zjonijiet tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Eżenzjoni bhal din tad-dħul li m'għan-dux natura ta' kapital investit probabbilment tinkoraġġixxi l-istabbiliment jew l-investimenti fpajjiżi barranin meta mqabbla ma'<?PAGE NO="I-10474"?> dawk imwettqa fit-territorju nazzjonali. Madankollu, fih innifsu, l-użu tal-metodi ta' heisien mit-taxxa doppja differenti skond innatura tad-dħul in kwistjoni jkun suġġett għal kritiki. Fl-istat attwali ta' żvilupp taddritt Komunitarju, bl-istess mod kif l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jistabbilixxu l-bażi ta' stima taxxabbli<NOTE NOTE.ID="E0043" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Test Claimants in the FU Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq (punt 47).</P></NOTE>, fl-opinjoni tiegħi, huma għandhom ukoll ikunu jistgħu jagħżlu li japplikaw metodi differenti sabiex jeħilsu mit-taxxa doppja abbażi tan-natura tad-dħul, sakemm huma jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-movimenti liberi. Madankollu, f'dan il-każ partikolari, hekk kif indikajt qabel, l-imputazzjoni tat-taxxa imposta fuq il-profitti ta' Columbus fuq it-taxxa fuq id-dħul tas-soċji tagħha, residenti fìl-Ġermanja, tassigura trattament ugwali għal sitwazzjoni interna li tkun simili.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Ċertament, il-metodu ta' l-imputazzjoni, kuntrarjament għal dak ta' l-eżenzjoni, jimplika responsabbiltajiet amministrattivi addizzjonali għas-soċji ta' Columbus. Madankollu, dawn ir-responsabbiltajiet, hekk kif indikat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq, huma inevitabbli għall-applikazzjoni ta' dan il-mekkaniżmu ta' heisien mit-taxxa doppja.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni fil-kawża prinċipali ma jidhirx li johloq differenza ta' trattament bejn is-soċji ta' Columbus u ssitwazzjoni tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi, soċji ta' kumpannija li tinsab fìl-Ġermanja, li għandhom l-istess tip ta' dħul u li ma eżerċitawx il-libertà ta' l-istabbiliment iggarantit mit-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Paragun fir-rigward tal-helsien minn taxxa doppja fuq l-assi (Artikolu 20(3) ta' l-AStG)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Bħat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq l-assi hija bbażata fuq il-kapaċità tal-persuna taxxabbli li thallas it-taxxa. L-ammont tat-taxxa huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-proprjetà tal-persuna taxxabbli fil-mument li fih it-taxxa tkun dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>It-taxxa fuq l-assi hija madankollu distinta minn dik ibbażata fuq id-dħul minħabba l-fatt li ċerti Stati Membri biss japplikawha<NOTE NOTE.ID="E0044" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' I-Olanda, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja biss kellhom taxxa fuq l-assi ta' persuni fiżiċi. Minn dak in-nhar 'l hawn, dawn l-Istati Membri, bl-eċċezzjoni tar-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju ta' l-Iżvezja, neħħewha.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>101.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li, fis-sena finanzjarja in kwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Renju tal-Belġju ma kien jimponi ebda taxxa fuq l-assi,<?PAGE NO="I-10475"?> inkluż fuq l-assi ta' l-istabbilimenti permanenti, filwaqt li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja applikat, għall-aħħar darba, taxxa fuq l-assi fuq il-proprjetà koliha tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi, fejn tinstab<NOTE NOTE.ID="E0045" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fiż-żmien meta seħħew il-fatti tal-kawża prinċipali, għall-persuni fiżiċi, din it-taxxa kienet titia' għal 0.5% tal-valur taxxabbli li jinkludi l-assi ta' impriża.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>102.</NO.P><TXT>Skond il-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluż bejn ir-Repubblika Federli tal-Ġermanja u tar-Renju tal-Belġju, l-assi komposti mill-assi ta' stabbiliment permanenti huwa taxxabbli fl-Istat fejn jinstab dak l-istabbiliment, peress li t-taxxa doppja ta' dawn l-elementi ġiet evitata, għal dak li jikkonċerna l-proprjetà tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi, permezz ta' l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-assi miġbura fìl-Ġermanja<NOTE NOTE.ID="E0046" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-Artikoli 22 u 23 ta' l-imsemmi ftehim.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>103.</NO.P><TXT>Peress li r-Renju tal-Belġju ma ha lebda taxxa fuq l-assi, l-assi ta' Columbus b'hekk ibbenefikaw, qabel is-sena finanzjarja kontenzjuża, minn eżenzjoni totali tat-taxxa fuq l-assi, skond l-istess ftehim fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>104.</NO.P><TXT>B'referenza għall-Artikolu 20(2) ta' l-AStG għal dak li jirrigwarda t-taxxa fuq id-dħul li għandu n-natura ta' kapital investit tas-soċji ta' Columbus, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jissostitwixxi, sabiex jinhelsu minn taxxa doppja l-assi ta' stabbiliment permanenti li jagħtu lok għal dħul li għandu n-natura ta' kapital investit fil-proprjetà tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi, il-metodu ta' l-imputazzjoni għal dik ta' l-eżenzjoni tat-taxxa imposta f'pajjiż barraní. B'hekk, filkalkolu tat-taxxa fuq l-assi tas-soċji ta' Columbus, dan il-mekkaniżmu jinkludi l-assi ta' dawk li jagħtu lok għal dħul li għandu n-natura ta' kapital investit, fis-sens ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>105.</NO.P><TXT>Is-sostituzzjoni, għall-finijiet ta' heisien minn taxxa doppja, tal-metodu ta' l-eżenzjoni ma' dak ta' l-imputazzjoni b'hekk iddeterminat it-tassazzjoni fil-Ġermanja, imputata lill-assi tas-soċji ta' Columbus, ta' l-assi ta' din ta' l-aħħar li taw lok għal dħul li għandu n-natura ta' kapital investit, fis-sens ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>106.</NO.P><TXT>Bħal fil-każ ta' l-analiżi li jiena għamilt dwar t-taxxa fuq id-dħul, inqis li l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni fis-sitwazzjoni in kwistjoni fil-kawża prinċipali ma wasslitx għal differenza tat-trattament meta mqabbla ma' sitwazzjonijiet simili li seħħew fit-territorju nazzjonali biss. Fil-fatt, fiż-żewġ każijiet, is-soċji ta' l-istabbiliment permanenti huma suġġetti għall-ħlas ta' l-istess taxxa, peress li għandhom l-istess bażi ta' stima u r-rata hija identika.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10476"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Konklużjoni intermedjarja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>107.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, dispożizzjoni bħal dik ta' l-Artikolu 20 (2) u (3) ta' l-AStG ma jidhirx li tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment, iżda din l-evalwazzjoni hija limitata biss għall-paragun bejn iċ-ċittadini Ġermaniżi li eżerċitaw il-libertà ta' l-istabbiliment tagħ-hom u dawk li m'għamlux użu minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>108.</NO.P><TXT>Madankollu, kif diġà spjegajt fü-punti 67 sa 70 ta' dawn il-konklużjonijiet, jidher neċessarju, fid-dawl tas-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, li jiġi eżaminat ukoll jekk ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment taċ-ċittadini Ġermaniżi jirriżultax mid-differenza fit-trattament, introdotta permezz ta' l-Artikoli 20(2) u (3) ta' l-AStG, bejn sitwazzjoni bħal dik tas-soċji ta' Columbus u sitwazzjoni ohra transkonfinali, jiġifieri, iktar preċiża-ment, meta l-libertà ta' l-istabbiliment tiġi eżerċitata fi Stat Membru fejn ir-rata ta' taxxa hija ogħla minn dik prevista mill-AStG.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Paragun bejn is-sitwazzjoni tas-soċji ta' Columbus u sitwazzjoni ohra transkonfinali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>109.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġu eżaminati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-imsemmija sentenza għall-kawża li għandna quddiemna, ikun xieraq li l-ewwel nett tiġi mfakkra, b'mod dettaljat, l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġus-tizzja fir-rigward ta' l-eżistenza ta' ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment ikkawżat millapplikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Is-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>110.</NO.P><TXT>Niftakru li, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, il-kumpannija Cadbury Schweppes, stabbilita fir-Renju Unit, kienet stabbilixxiet sussidjarja fl-Irlanda, fi ħdan iċ-Ċentru Internazzjonali tas-Servizzi Finanzjarji (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>IFSC<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/>) ta' Dublin, suġġetta, fid-data li fiha seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, għal rata ta' taxxa ta' 10 %. Din is-sussidjarja kienet ġiet mahluqa bil-għan li l-profitti marbuta ma' l-attivitajiet ta' finanzjament intern tal-grupp Cadbury Schweppes ikunu jistgħu jibbenefikaw missistema fiskali ta' l-IFSC. L-awtoritajiet fiskali tar-Renju Unit talbu lill-Cadbury Schweppes somma ta' iktar minn GBP 8 miljun bħala taxxa fuq il-kumpanniji għall-profitti magħ-mula mis-sussidjarja tagħha fl-Irlanda, skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10477"?><NP><NO.P>111.</NO.P><TXT>Din il-leġiżlazzjoni tidderoga mirregola ġenerali applikabbli għar-Renju Unit li tipprovdi li kumpannija stabbilita fir-Renju Unit mhijiex intaxxata fuq il-profitti ta' sussidjarja meta dawn jiġu rrealizzati. Iktar preċiżament, skond ir-regola ġenerali applikabbli fir-Renju Unit, kumpannija stabbilita f'dan l-Istat Membru u li toħloq sussidjarja hemmhekk mhijiex taxxabbli la fuq il-profitti miksuba minn din ta' l-aħħar u lanqas fuq iddividendi li din is-sussidjarja tagħtiha. Dejjem skond ir-regola ġenerali, kumpannija stabbilita fir-Renju Unit li toħloq sussidjarja fi Stat Membru ieħor hija taxxabbli fuq iddividendi mogħtija minn din is-sussidjarja, iżda tibbenefika minn kreditu ta' taxxa, sa l-ammont tat-taxxa mħallsa mill-imsemmija sussidjarja fit-twettiq tal-profitti f'pajjiż barrani. Madankollu, b'deroga għar-regola ġenerali li ser tiġi spjegata, il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK tipprovdi, bħala prinċipju, li kumpannija residenti hija taxxabbli fuq il-profitti magħmula mis-sussidjarja tagħha fi Stat Membru iehor li japplika <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>livell iktar baxx ta' taxxa<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/>, jiġifieri inqas minn tliet kwarti ta' l-ammont tat-taxxa li kien ikollha thallas fir-Renju Unit fuq il-profitti taxxabbli, kif kienu jiġu kkalkulati għall-finijiet ta' tassazzjoni f'dan l-Istat Membru ta' l-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>112.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi li l-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat il-leġiżlaz-zjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK bhala ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment.</TXT></NP><NP><NO.P>113.</NO.P><TXT>Fil-punti 43 sa 45 ta' l-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tkellmet dwar id-differenza ta' trattament li teżisti bejn, minn naha, kumpannija stabbilita fir-Renju Unit li waqqfet KBK (sussidjarja) fi Stat Membru iehor li fih din kienet suġġetta għal livell iktar baxx ta' taxxa skond il-leġiżlaz-zjoni fuq il-KBK u, min-naha l-oħra, kumpannija stabbilita fir-Renju Unit li jew tikkontrolla sussidjarja f'dan l-istess Stat, jew stabbilixxiet kumpannija kkontrollata fi Stat Membru iehor li fih dik is-sussidjarja mhijiex suġġetta għal livell iktar baxx ta' taxxa skond il-leġiżlazzjoni fuq il-KBK. Fil-fatt, filwaqt li fl-ewwel każ, il-profitti magħmula mill-KBK kienu attribwiti lill-kumpannija stabbilita fir-Renju Unit, li kienet imposta fuq dawn il-profitti, fiż-żewġ sitwazzjonijiet l-oħra, il-kumpannija residenti ma kinitx taxxabbli fuq il-profitti tas-sussidjarja kkontrollata, skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq it-taxxa tal-kumpanniji. Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-differenza tat-trattament toħloq żvantaġġ fiskali għall-kumpanniji residenti li għalihom hija applikabbli l-leġiżlazzjoni fuq il-KBK, peress li, skond leġiżlazzjoni bhal din, din il-kumpannija residenti hija taxxabbli fuq il-profitti ta' persuna oħra ġuridika, indipendentement mill-fatt li din il-kumpannija ma thallasx taxxa ogħla minn dik li kienet tolqot il-profitti in kwistjoni kieku dan kien ġie mwettaq minn sussidjarja stabbilita fir-Renju Unit.</TXT></NP><NP><NO.P>114.</NO.P><TXT>Hekk kif diġà indikajt, wieħed jinnota b'interess li l-premessa li fuqha tibbaża l-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tikkwalifika l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK bħala restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment tibbaża mhux biss fuq il-paragun, kollu kemm hu tradizzjonali, bejn is-sitwazzjoni transkonfinali u sitwazzjoni interna. Hija<?PAGE NO="I-10478"?> tibbaża wkoll fuq il-paragun, iktar ġdid, bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet transkonfinali, fej n il-kumpannija residenti stabbilixxiet kumpannija kkontroliata fi Stat Membru differenti mir-Renju Unit u li japplika rata ta' taxxa iktar baxxa jew ogħla minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni Britannika fuq il-KBK.</TXT></NP><NP><NO.P>115.</NO.P><TXT>Ir-raġuni ghall-introduzzjoni ta' din ittieni parti tal-kriterju ta' paragun (sitwazzjonijiet transkonfinali mqabbla bejniethom), li s-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas ma tagħmilx referenza għaliha, probabbilment issib l-oriġini tagħha fil-konklużjonijiet ta' I-Avukat Ġenerali Léger ippreżentati f'din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>116.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Avukat Generali kien qal li ma kienx jaf ir-raġuni għaliex, kuntrarjament għall-argumentaz-zjoni espressa mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, is-sitwazzjoni ta' Cadbury Schweppes ma setgħetx tkun imqabbla ma' dik ta' kumpanniji residenti li wkoll għamlu użu mid-dritt ta' stabbiliment billi ħolqu sussidjarji fi Stati Membri fejn irrata ta' taxxa hija ogħla minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK. F'dan ir-rigward, huwa eskluż l-argument li din id-differenza fir-rati tat-taxxa fuq ilprofitti tal-kumpanniji fis-sehh fl-Istati Membri tikkostitwixxi differenza oggettiva ta' sitwazzjoni li tiģģustifika trattament differenti previst fil-leġiżlazzjoni fuq il-KBK. Skond l-opinjoni ta' l-Avukat Ġenerali, jekk din it-teżi kellha tkun segwita, hija twassal sabiex jiġi ammess li Stat Membru ghandu dritt, minghajr ma jikser ir-regoli tat-Trattat, li jagħżel lill-Istati Membri l-ohra li fihom il-kumpanniji nazzjonali jistgħu joħolqu sussidjarji filwaqt li jibbenefikaw minn sistema fiskali applikabbli fl-Istat Membru ospitanti. Madankollu, teżi bhal din manifestament twassal ghal riżultat kuntrarj u għall-kunċett ta <QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>suq wiehed<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/>. L-Avukat Ġenerali Léger b'hekk jissuġerixxi li d-differenza ta' trattament abbażi tar-rata tat-taxxa fl-Istat Membru ta' stabbiliment wahedha hija suffiċjenti sabiex is-sistema prevista mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK tiġi kkwalifikata bhala ostakolu ghal-libertà ta' l-istabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0047" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara 1-konklużjonijiet ippreżentati fìt-<DATE ISO="20060502">2 ta' Mejju 2006</DATE> fìl-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (punti 78 sa 83).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>117.</NO.P><TXT>Ir-riskju ta' framentazzjoni tas-suq komuni, ikkawżata minn dispożizzonijiet nazzjonali bhal dawk tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK, jidher li wassal lill— Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrikonoxxi s-similarità oggettiva bejn, minn naha, is-sitwazzjoni ta' kumpannija residenti li stabbilixxiet sussidjarja fi Stat Membru li r-rata tat-taxxa tieghu hija iktar baxxa minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK u, min-naha l-ohra, dik tal-kumpanniji residenti li stabbilixxew sussidjarja fi Stat Membru li l-livell tat-taxxa taghhom hija oghla minn dik prevista minn din 1-istess leġiżlazzjoni. Fil-fatt, dawn iż-żewġ każijiet jirrigwardaw kumpannija li għandha l-intenzjoni li tinvoka d-dritt taghha ta' stabbiliment fl-Istat Membru ta' l-għażla taghha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10479"?><NP><NO.P>118.</NO.P><TXT>Ma jidhirlix li f iha nnifisha din issoluzzjoni tista' tiġi kkritikata. Barra minn hekk, hija koerenti ma' l-eżistenza tas-suq intern li, skond l-Artikolu 3(1) (c) tat-Trattat KE (li wara emenda sar l-Artikolu 3(1)(c) KE), tikkaratterizza l-azzjoni tal-Komunità. Madankollu, l-approċċ li hadet il-Qorti tal-Ġustizzja jikkawża żewġ tipi ta' diffikultajiet</TXT></NP><NP><NO.P>119.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, mhux totalment ċar jekk iż-żewġ partijiet tal-paragun użat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, tkunx ta' applikazzjoni alternattiva jew kumulattiva. Fi kliem iehor, tista' ssir domanda dwar jekk differenza ta' trattament, prevista mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' l-Istat Membru tar-residenza tal-persuna taxxabbli, applikabbli biss bejn żewġ sitwazzjonijiet internazzjonali, tkunx suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li teżisti restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0048" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Differenza ta' trattament li hija applikabbli biss bejn sitwazzjoni interna u sitwazzjoni transkonfinali, safejn issitwazzjonijiet in kwistjoni huma simili, tkun, naturalment, kuntrarja għal-libertà ta' l-istabbiliment. Dik il-parti ta' l-alternattiva ma tikkawżax problemi partikolari.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>120.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjonijiet imsemmija ta' l-Avukat Ġenerali Léger u wara li nqraw il-punti 44 u 45 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jidher li għandha tingħata risposta pożittiva għal din id-domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>121.</NO.P><TXT>Il-fatt li f'dawn il-punti tas-sentenza in kwistjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja użat il-kon-ġunzjoni <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>jew<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> meta identifikat iż-żewġ sitwazzjonijiet li fir-rigward tagħhom kellha tiġi mqabbla l-pożizzjoni tal-kumpannija residenti suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK, jidher li jikkonferma l-analiżi ta' l-Avukat Ġenerali fil-konklużjo-nijiet tiegħu. Jekk dan huwa l-approċċ mixtieq mill-Qorti tal-Ġustizzja, huwa jista' jinvolvi, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-libertà ta' l-istabbiliment, sitwazzjonijiet li, fuq il-bażi tal-paragun biss bejn sitwazzjoni transkonfinali u sitwazzjoni interna ta' l-Istat Membru ta' residenza, ma jiddependix mil-libertà ta' l-istabbiliment jew ma jillimitax libertà bħal din.</TXT></NP><NP><NO.P>122.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, u korrelattivament, il-kwistjoni hija dwar jekk, fil-każ li wiehed jissopponi li l-unika differenza ta' trattament bejn żewġ sitwazzjonijiet traskonfinali, introdotta mill-Istat Membru ta' residenza ta' persuna taxxabbli, tista' tkun suffiċjenti sabiex miżura fiskali tiġi kkwalifikata bħala restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment, dan l-approċċ jista' jkun estiż għal sitwazzjoni li, għalkemm għandha ċerti affarijiet simili għaċ-ċirkustanzi li wasslu għall-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, madankollu hija differenti f'hafna aspetti, b'mod partikolari, fir-rigward tan-natura tal-miżura fiskali in kwistjoni, jiġifieri miżura li għandha l-għan li tehles minn taxxa doppja.</TXT></NP><NP><NO.P>123.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ kwistjonijiet huma pre-ċiżament imqajma f'din il-kawża preżenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10480"?><NP><NO.P>124.</NO.P><TXT>B'hekk issa nasal għal konsegwenzi li jistgħu joħorġu mill-kawża tagħna ta' levalwazzjoni mwettqa mill-Qorti tal-Ġustiz-zja fil-punti 43 u 45 tas-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Paragun fir-rigward tal-ħelsien minn taxxa doppja fuq id-dħul (Artikolu 20(2) ta l-AStG)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>125.</NO.P><TXT>Hekk kif diġà indikajt preċedentement, l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni, skond l-Artikolu 20(2) ta' l-AStG, tissopponi prinċipalment li t-taxxa miġbura f'pajjiż barraní tkun inqas mil-livell stabbilit mill-AStG, jiġifieri rata ta inqas minn 30% talprofitti. Għalhekk, bħala prinċipju, l-Artikolu 20(2) ta' l-AStG ma japplikax meta d-dħul li għandu natura ta' kapital investit ikun ġej minn stabbilimenti permanenti ta' residenti Ġermaniżi li jinsabu fl-Istati Membri fejn irrata tat-taxxa hija ugwali jew ogħla minn 30%. F'dan il-każ, fil-fatt, hija l-eżenzjoni mit-taxxa imposta f'pajjiż barraní li, bħala prinċipju, hija applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>126.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż isostni li d-differenza li teżisti bejn is-sitwazzjoni tas-soċji ta' Columbus u s-sitwazzjoni fiskali tas-soċji ta stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru fejn ir-rata tat-taxxa hija ogħla mir-rata tat-taxxa stabbilita mil-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża tirriżulta biss mill-koeżis-tenza tal-leġiżlazzjonijiet fiskali ta' l-Istati Membri. Differenza bħal din, fiha nnifisha, ma taqax taht l-applikazzjoni tad-dispożiz-zjonijiet tat-Trattat dwar il-movimenti liberi.</TXT></NP><NP><NO.P>127.</NO.P><TXT>Din l-argumentazzjoni mhijiex konvin-ċenti.</TXT></NP><NP><NO.P>128.</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-trattament fiskali sfavorevoli f'dan il-każ ma jirriżultax purament u sempliċement mill-applikazzjoni tal-leġiżlaz-zjonijiet fiskali differenti ta' l-Istati Membri, iżda jirriżulta mill-għażla, magħmula mil-leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża<NOTE NOTE.ID="E0049" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fl-istess sens, il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-kawża Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq (punt 39).</P></NOTE>, li jiġi applikat il-mekkaniżmu ta' l-imputazzjoni tat-taxxa imposta fpajjiż barraní fuq id-dħul in kwistjoni meta din it-taxxa tkun inqas mir-rata ta' 30 % stabbilita mill-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>129.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, is-sitwazzjoni kienet tkun differenti kieku s-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni ma' dak ta' l-imputazzjoni, stabbilita mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, kienet tapplika indipendentement mir-rata li għaliha huwa suġġett id-dħul in kwistjoni fil-Ġermanja. F'din is-sitwazzjoni, it-trattament eventwalment sfavorevoli kkawżat bl-applikazzjoni ta' dan il-metodu għal dħul identiku ta' persuni taxxabbli<?PAGE NO="I-10481"?> Ġermaniżi provenjenti minn stabbilimenti permanenti li jinsabu f'pajjiż barraní jiddependi essenzjalment mir-rata tat-taxxa imposta f'kull wieħed mill-Istati Membri. Allura jkun każ ta' trattament sfavorevoli provenjenti mill-koeżistenza tal-leġiżlazzjo-nijiet fiskali differenti ta' l-Istati Membri. Madankollu, dan żgur mhux il-każ fil-kawża li għandna quddiemna.</TXT></NP><NP><NO.P>130.</NO.P><TXT>Huwa l-każ li jiġi ddeterminat jekk, madankollu, it-trattament sfavorevoli jikkostitwixxix differenza ta' trattament ipprojbit mill-Artikolu 52 tat-Trattat KE.</TXT></NP><NP><NO.P>131.</NO.P><TXT>Jidher li ma jistax jiġi nnegat li wieħed mill-effetti ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) ta' l-AStG — previst mil-leġiżlatur Ġermaniż — huwa li jiġu nnewtralizzati l-vantaġġi fiskali miksuba mill-persuni taxxabbli Ġermaniżi li stabbilixxew ruħhom jew jixtiequ jistabbilixxu ruħhom fl-Istati Membri li fihom it-taxxa imposta fuq id-dħul, li huwa ta' natura ta' kapital investit provenjenti minn kumpannija, li hija stabbiliment permanenti fpajjiż barrani, hija inqas mirrata ta' 30 % prevista mill-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>132.</NO.P><TXT>F'dan is-sens, kif jissuġġerixxu r-rap-preżentanti ta' Columbus u tal-Gvern Belgjan fis-seduta, dik il-miżura nazzjonali tista' tkun ikkunsidrata bħala li għandha l-effett li, bħal fil-każ tal-miżura in kwistjoni fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, tifframmenta s-suq komuni, billi ċ-ċittadini Ġermaniżi jiġu nkoraġġuti jistabbilixxu ruħhom biss fi Stati Membri fejn ir-rata ta' taxxa hija ugwali jew ogħla mir-rata Ġermaniża, prevista mid-dispożizzjonijiet ta' l-AStG. Skond dan ittip ta' raġunament, dik il-miżura tkun b'hekk adatta sabiex tiddiswadi liċ-ċittadini Ġermaniżi joħolqu, jakkwistaw jew li jżommu stabbiliment permanenti fi Stat Membru li fih din issib ruħha suġġetta għal rata ġdida ta' taxxa iktar baxxa minn 30 %.</TXT></NP><NP><NO.P>133.</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-fatt li l-Artikolu 20 (2) ta' l-AStG ma jittrattax lis-soċji ta' Columbus u lis-soċji ta' kumpannija stabbilita fil-Ġermanja b'mod differenti, huwa irrilevanti. Fil-fatt, hekk kif diġà indikajt filpunti 120 u 121 ta' dawn il-konklużjonijiet, jidhirli li s-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Léger tista' tkun interpretata fis-sens li l-Istat Membru ta' residenza ma jistax jillimita I-libertà ta' l-istabbiliment taċ-ċittadini tiegħu għal parti mis-suq komuni, inkluż ukoll meta ma teżistix differenza fit-trattament, minn dan l-Istat Membru, bejn sitwazzjonijiet interni u sitwazzjonijiet transkonfinali. B'hekk, l-obbligu ta' l-Istat ta' <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>ħruġ<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> (jew, fi kliem oħra ta' residenza), f'dan il-każ partikolari, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jikkonsisti fli jassigura, lil hinn mir-rispett tat-trattament ugwali bejn iċ-ċittadini tiegħu skond jekk jeżerċitawx jew le l-moviment liberu tagħ-hom, li dawn ma jkunux skoraġġjuti milli jistabbilixxu ruhhom fl-Istat Membru ta' l-għażla tagħhom, inkluż permezz ta' l-applikazzjoni tal-miżuri fiskali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10482"?><NP><NO.P>134.</NO.P><TXT>Fis-seduta, il-Gvern Ġermaniż oppona, b'mod partikolari, raġunament ta' dan it-tip. Anki jekk jiġi ammess li l-miżura fiskali in kwistjoni toħloq differenza fit-trattament li jwassal liċ-ċittadini Ġermaniżi li jistabbilixxu ruħhom jew jinvestu fi Stat Membru fejn irrata tat-taxxa hija inqas jew ogħla mir-rata prevista mill-AStG, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni li differenza bħal din mhijiex ipprojbita mit-Trattat, peress li s-sitwazzjonijiet in kwistjoni mhumiex oġġet-tivement paragunabbli. F'dan ir-rigward, dan l-Istat Membru jirreferi b'mod partikolari għas-sentenza D.<NOTE NOTE.ID="E0050" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20050705">5 ta' Lulju 2005</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-376/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5821">C-376/03, Ġabra p. I-5821</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li fiha l-Qorti tal-Ġustiz-zja kienet irrifjutat il-benefiċċju ta' l-estensjoni tal-klawżoli tal-ftehim bilaterali dwar ħeisien minn taxxa doppja għall-persuni, fiżiċi jew ġuridiċi, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' limsemmija ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>135.</NO.P><TXT>Ma' l-ewwel ħarsa, dik largumentazzjoni tista' tkun miċħuda b'referenza għas-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, li, nerġa' nfakkar, aċċettat li s-sitwazzjoni ta' kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent,</HT> stabbilita fir-Renju Unit, li s-sussidjarja tagħha tinsab fi Stat Membru fejn it-taxxa hija iktar baxxa minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK u dik ta' kumpannija <HT TYPE="ITALIC">parent</HT> ta' dan l-Istat li s-sussidjarja tagħha hija stabbilita fi Stat Membru fejn it-taxxa hija ogħla minn dik prevista millimsemmija leġiżlazzjoni huma oġġettivament komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>136.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-raġunament żviluppat mill-Gvern Ġermaniż jistħoqqlu jiġi analizzai f'iktar dettali.</TXT></NP><NP><NO.P>137.</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li huwa fformulat b'mod xi ftit differenti, jidher li dan largument jissuġġerixxi li, jekk wiehed kellu jirrikonoxxi l-karattru oġġettivament komparabbli ta' żewġ sitwazzjonijiet transkonfinali, bħal dawk diskussi f'din il-kawża, dan iwassal għall-konklużjoni li meta Stat Membru japplika l-metodu ta' l-eżenzjoni, skond ftehim dwar heisien minn taxxa doppja, għat-taxxa fuq id-dħul ta' kapital investit taċ-ċittadini tagħha, li ġej minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor, limsemmi Stat ikollu jestendi l-applikazzjoni ta' dan il-metodu ta' heisien minn taxxa doppja għar-relazzjonijiet tiegħu ma' l-Istati Membri l-oħra għall-istess tip ta' tranżaz-zjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>138.</NO.P><TXT>Jista' jingħad ukoll li l-Qorti tal-Ġustiz-zja bosta drabi enfasizzat li l-qasam ta' applikazzjoni ta' ftehim fiskali bilaterali huwa limitat għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fiha<NOTE NOTE.ID="E0051" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ċċitati iktar 'il fuq D. (punt 54) u Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation (punt 84).</P></NOTE>, u ppreċiżat li l-fatt li d-drittijiet u l-obbligi reċiproċi ma japplikawx hlief għal persuni residenti ta' wiehed miż-żewġ Stati<?PAGE NO="I-10483"?> Membri kontraenti hija konsegwenza inerenti għall-ftehim bilaterali intiżi li jeħilsu minn taxxa doppja<NOTE NOTE.ID="E0052" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ċċitati iktar 'il D. (punt 61) u Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, (punt 91).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>139.</NO.P><TXT>Minkejja dan il-prinċipju, il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet li jeżistu sitwazzjonijiet fejn il-vantaġġi ta' ftehim bilaterali jistgħu jiġu estiżi għal residenti ta' Stat li mhuwiex parti fl-imsemmi ftehim.</TXT></NP><NP><NO.P>140.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fir-rigward ta' ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluża bejn Stat Membru u Stat terz, il-prinċipju ta' trattament nazzjonali jirrikjedi li l-Istat Membru li jkun parti f'dan il-ftehim jagħti lill-istabbilimenti permanenti ta' kumpanniji mhux residenti l-vantaġġi previsti mill-ftehim taht l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għal kumpanniji residenti<NOTE NOTE.ID="E0053" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ċċitata iktar 'il fuq Saint-Gobain ZN (punt 59) u D. (punt 56).</P></NOTE>. F'dan il-każ, ilpersuna mhux residenti li thallas it-taxxa u li għandha stabbiliment permanentí fl-Istat Membru hija kkunsidrata bħala li tinsab f'sitwazzjoni ekwivalenti għal dik ta' per suna residenti li thallas it-taxxa ta' dak l-Istat<NOTE NOTE.ID="E0054" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza D. (punt 57).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>141.</NO.P><TXT>B'hekk, il-ġurisprudenza dwar dan il-punt hija iktar differenzjata minn dik li jrid jagħti x'jifhem il-Gvern Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>142.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Saint-Gobain ZN, iċċitata iktar 'il fuq, li tittratta dwar il-vantaġġi fiskali fir-rigward ta' l-intaxxar ta' ishma u ta' dividendi, jidher li l-ksur tad-dritt Komunitarju huwa kkawżat mill-fatt li l-Istat Membru tar-residenza kien applika b'mod differenti l-kriterju tas-sede jew tar-residenza skond jekk kienx qed jiġi ddeterminat jekk kinux taxxabbli kumpanniji residenti u ta' dawk li mhux residenti li kienu jeżerċitaw lattivitajiet tagħom f'dan l-Istat permezz ta' stabbiliment permanenti jew jekk kienx il-każ li jingħataw il-vantaġġi li jkunu marbuta magħhom, li kienu rrifjutati biss lil dawn ta' l-aħħar. Dawn il-kumpanniji b'hekk jistgħu jkunu oġġettivament imqabbla ma' dawk li kienu stabbiliti fl-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP><NP><NO.P>143.</NO.P><TXT>Fis-sentenzi D. u Test Claimants in Class IV of the ACT Group Litigation, iċċitati iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja rrifjutat li l-vantaġġi fiskali mogħtija lil per suni fiżiċi jew ġuridiċi mhux residenti fl-Istat minn fejn joriġinaw l-elementi ta' I-assi u tad-dħul ikkonċernat, skond id-dispożiz-zjonijiet tal-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konlużi ma' l-Istat tar-residenza ta' limsemmija per suni, jistgħu jiġu estiżi għal persuni oħra mhux residenti, taxxabbli fi Stat Membru li mhuwiex parti f'dawn il-ftehim. Fil-fatt, is-sitwazzjoni ta' dawn il-persuni li mhumiex residenti mhijiex oġġettivament komparabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>144.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk dan il-qari tal-ġuris-prudenza huwa korrett, ma naħsibx li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tista' ġus-tament issostni li r-residenti tagħha, li huma,<?PAGE NO="I-10484"?> bħala prinċipju, taxxabbli fuq il-bażi tad-dħul mondjali tagħhom f'dan l-Istat Membru, jinsabu f'sitwazzjoni oġġettivament differenti skond jekk jiksbux id-dħul tagħhom fi Stat Membru fejn it-taxxa hija iktar baxxa jew ogħla mir-rata prevista mid-dispożizzjonijiet ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>145.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fis-seduta, il-Gvern Ġer-maniż, sostnut mill-Gvern Olandiż u minn dak tar-Renju Unit, sostna li din il-kawża hija differenti mis-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, u dan għandu jwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiċħadha. F'dan irrigward, ir-rappreżentanti ta' dawn il-Gvernijiet evokaw in-natura tal-miżura fiskali in kwistjoni f'din il-kawża u l-fatt li l-kriterju marbut ma' l-attribuzzjoni tal-profitti miksuba mill-istabbiliment permanenti lil persuna ġuridika ohra ma teżistix f'dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>146.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna l-ewwel punt, huwa veru li, kuntrarjament għall-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, il-miżura fiskali in kwistjoni fil-kawża preżenti għandha l-għan li teħles minn taxxa doppja fuq id-dħul tal-kapital investit, skond l-AStG, li ġej minn attività transkonfinali, billi tissostitwixxi l-metodu ta' l-imputazzjoni għal dak ta' l-eżenzjoni, previst mill-ftehim dwar heisien minn taxxa doppja konkluża bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>147.</NO.P><TXT>Għalhekk jista' jiġi kkunsidrat li, kemm fis-sitwazzjoni fejn l-istabbiliment permanenti jinsab fi Stat Membru fejn ir-rata ta' taxxa hija ogħla mir-rata Ġermaniża kif ukoll f'dik fejn, bħal fil-kawża principali, jinsab fi Stat Membru fejn ir-rata tat-taxxa hija iktar baxxa mir-rata Ġermaniża, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tipprevjeni, fir-rigward tar-residenti tagħha, it-taxxa doppja fuq id-dħul ta' kapital investit, ġej minn stabbilimenti permanenti li jinsabu fi Stati Membri ohra. F'dan is-sens, l-għan tal-helsien minn taxxa doppja jidher li ntlahaq.</TXT></NP><NP><NO.P>148.</NO.P><TXT>Ma jonqosx li, mill-perspettiva tal-persuna taxxabbli Ġermaniża, din hija sko-raġġuta milli tistabbilixxi jew iżżomm l-istabbiliment tagħha fi Stat Membru fejn irrata tat-taxxa hija iktar baxxa minn dik prevista mid-dispożizzjonijiet ta' l-AStG. Jidhirli li, meta wiehed jiehu in kunsiderazzjoni l-framentazzjoni tas-suq intern ikkaw-żata mill-miżura fiskali in kwistjoni, effett madankollu mixtieq mil-leġiżlatur Ġermaniż, miżura bħal din m'għandhiex tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli mal-libertà ta' l-istabbiliment iggarantita mit-Trattat hlief jekk tista' tiġi ġġustifikata permezz ta' eżiġenza ta' interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>149.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni punt, jiena xorta wahda nikkunsidra li d-differenza li jiġbed lattenzjoni għaliha l-Gvern Ġermaniż hija assorbita mill-prinċipju iktar fundamentali li jeħtieġ li l-Istati Membri ma jadottawx<?PAGE NO="I-10485"?> miżuri unilaterali li jkollhom l-għan li jaqsmu s-suq intern, sakemm miżura bħal din tkun iġġustifikata minn għan ta' interess Ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>150.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena nikkunsidra li miżura nazzjonali bħall-Artikolu 20(2) ta' l-AStG tista' tikkostitwixxi ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment prevista mit-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Paragun fir-rigward tal-ħelsien minn taxxa doppja fuq l-assi (Artikolu 20(3) ta' l-AStG)</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>151.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi jeħtieġ li ssir evalwazzjoni simili fir-rigward tat-taxxa fuq l-assi.</TXT></NP><NP><NO.P>152.</NO.P><TXT>Madankollu, jista' jiġi sostnut li f'din issitwazzjoni l-effett disważiv aċċentwat iktar milli fil-kuntest ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) ta' l-AStG.</TXT></NP><NP><NO.P>153.</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, f'sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali fejn ir-Renju tal-Belġju ma jimponix taxxa fuq l-assi, l-applikazzjoni tal-metodu ta' imputazzjoni twassal biss sabiex tippermetti lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tiġbor it-taxxa tagħha fuq l-assi, peress li ma teżisti l-ebda taxxa barranija li għandha tiġi mnaqqsa mit-taxxa Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>154.</NO.P><TXT>Madankollu, f'sitwazzjoni fejn stabbiliment permanenti jinsab fi Stat Membru fejn it-taxxa hija ogħla mir-rata prevista mill-AStG, iżda li lanqas jiġbor taxxa fuq l-assi, is-soċji Ġermaniżi ma jkunux, bħala prinċipju, suġġetti għall-ħlas tat-taxxa fuq l-assi fil-Ġermanja, minħabba l-applikazzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>155.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, minn dan jirriżulta li billi l-Artikolu 20(3) ta' l-AStG jittratta sitwazzjonijiet komparabbli b'mod differenti, huwa wkoll jirrestrinġu l-eżerċizzju tal-libertà ta' l-istabbiliment prevista mit-Trattat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Konkluċjom dwar l-eżistenza ta' ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>156.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena ta' l-opinjoni li dispożizzjonijiet nazzjonali bħal dawk ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AstG jikkostitwixxu ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment prevista mit-Trattat, peress li jistgħu jiddiswadu liċ-ċittadini ta' Stat Membru milli jistabbilixxu ruħhom liberament fi Stat Membru ieħor ta' l-għażla tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10486"?><NP><NO.P>157.</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa neċessarju li jiġi eżaminat jekk ostakolu bħal dan jistax ikun iġġustifikat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D —</NO.P><TXT>Fuq il-ġustifikazzjonijiet ta' l-ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>158.</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza, restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment tista' tiġi aċċettata jekk tkun iġġustifikata mill-motivi stabbiliti fl-Artikolu 56 tat-Trattat KE (li wara emendi sar l-Artikolu 46 KE) jew minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali. Fi kwalunkwe każ, din ir-restrizzjoni għandha tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan leġittimu tagħha u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlahaq dan l-għan<NOTE NOTE.ID="E0055" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20030930">30 ta' Settembru 2003</DATE>, Inspire Art (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-167/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-10155">C-167/01, Ġabra p. I-10155, punti 107</REF.DOC.ECR>, 132 u 133); De Lasteyrie du Saillant, iċċitata iktar 'il fuq (punt 49); Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar 'il fuq (punt 35), kif ukoll Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq (punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>159.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, il-Finanzamt Bielefeld-Innenstadt sostniet li l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG huwa ġġustifikat mill-ġlieda kontra l-kompetizzjoni fiskali dannuża, mill-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali u mill-ħarsien talkoerenza tas-sistema fiskali. Dawn it-tliet motivi ta' ġustifikazzjoni ġew ripetuti mill-Gvern Ġermaniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub ippreżentati fil-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>160.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni jaqblu, essenzjalment, ma' l-osservazzjonijiet tal-Gvern Ġermaniż filwaqt li kkunsidraw li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AstG huma madankollu ġġustifikati biss mill-preokkupazzjoni tal-ġlieda kontra l-arranġamenti artifiċjali li l-għan tagħhom huwa li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-leġiż-lazzjoni fiskali Ġermaniża. Minn naha tiegħu, il-Gvern Portugiż jikkunsidra li l-imsemmi Artikolu għandu l-għan li jippreżerva lkoerenza tas-sistema fiskali Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>161.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, Columbus u l-Gvern Belġjan jikkunsidraw li r-regoli nazzjonali in kwistjoni ma kinux iġġustifikati minn ebda wieħed mill-motivi mressqa quddiem il-qorti tar-rinviju u l-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>162.</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġu eżaminati, waħda waħda, it-tliet kawżi ta' ġustifikazzjoni mressqa millawtoritajiet Ġermaniżi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fuq il-ġlieda kontra l-kompetizzjoni fiskali dannuża</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>163.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tfakkar l-ewwel nett li s-sistema Belġjana<?PAGE NO="I-10487"?> taċ-ċentri ta' koordinazzzjoni ġiet prevista, f'riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri mlaqqa' fi ħdan il-Kunsill<NOTE NOTE.ID="E0056" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Riżoluzzjoni ta' l-<DATE ISO="19971201">1 ta' Diċembru 1997</DATE>, fuq kodiċi ta' kondotta fil-qasam tat-taxxa ta' l-impriżi (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="002" DATE.PUB="1998" PAGE.FIRST="2">ĠU 1998, C 2, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, fost il-miżuri ta' kompetizzjoni fiskali dannużi u, it-tieni nett, li l-Kummisjoni fetħet proċedura formali ta' eżami fir-rigward tagħha bil-għan li tistabbilixxi jekk din is-sistema fihiex elementi ta' għajnuna mill-Istat. Dan l-Istat Membru madankollu jikkunsidra li, indipendentement minn dawn l-inizjattivi, l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG għandu l-għan li jippermettilu, filkuntest tad-dritt tiegħu għal <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>awtodifiża<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/>, li jikkumpensa l-vantaġġi fiskali straordinarji ta' l-imsemmija sistema, billi jistabbilixxi mill-ġdid, permezz ta' l-applikazzjoni talmetodu ta' l-imputazzjoni, il-piż fiskali tas-soċji ta' Columbus għar-rata tat-taxxa Ġermaniża.</TXT></NP><NP><NO.P>164.</NO.P><TXT>Ifformulat b'dan il-mod, l-għan ippre-żentat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja jidher li huwa konfuż ma' allegat dritt għall-kumpens ta' vantaġġ fiskali akkwistat fi Stat Membru ieħor, bl-applikazzjoni ta' trattament fiskali sfavorevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>165.</NO.P><TXT>Madankollu, għan bħal dan ma jistax jiġġustifika restrizzjoni għal-libertà ta' listabbiliment, kif jirriżulta mill-ġurispru-denza<NOTE NOTE.ID="E0057" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq, De Groot (punt 97) kif ukoll Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas (punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>166.</NO.P><TXT>Kif ġustament irrimarka l-Avukat Ġenerali Léger fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni Komunitarja, jeħtieġ li jiġi ammess li s-sistemi fiskali taddiversi Stati Membri jistgħu jitpoġġew f sitwazzjoni ta' kompetizzjoni<NOTE NOTE.ID="E0058" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 55 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Jista' jiġi kkritikat biss il-fatt li din il-kompetizzjoni ma jidhirx li għandha limitu. Dik il-kwistjoni, hekk kif jammetti wkoll il-preambolu tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill, iċċitat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, teżiġi madankollu risposta ta' natura politika u għalhekk bl-ebda mod ma tolqot id-drittijiet u lobbligi ta' l-Istati Membri skond it-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>167.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jiena ta' l-opinjoni wkoll li l-fatt li s-sistema fiskali in kwistjoni tista' tkun ikkwalifikata bhala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq komuni<NOTE NOTE.ID="E0059" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Infakkar li din is-sistema effettivament tinkludi għajnuna mogħtija mill-Istat hekk kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il-Belġju u Forum 187 vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq.</P></NOTE>, li lkontroll tagħha jaqa', skond it-Trattat, fuq il-Kummissjoni, ma jawtorizzax lil Stat Membru jadotta miżuri unilaterali kontra din is-sistema intiżi sabiex jiġġieldu l-effetti u li jippreġudikaw wieħed mil-libertajiet fundamentali previsti mit-Trattat<NOTE NOTE.ID="E0060" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, il-punt 58 tal-konklużjonijiet, iċċitati iktar 'il fuq, ta' l-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10488"?><NP><NO.P>168.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi l-ġlieda kontra l-kompetizzjoni fiskali dannuża mhijiex xierqa sabiex tiġġustifika r-restrizzjoni għal-libertà ta' l-istabbiliment in kwistjoni f'din il-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq il-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>169.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja ssostni wkoll li l-ġlieda kontra l-arranġa-menti kompletament artifiċjali tiġġustifika ladozzjoni ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG mil-leġiżlatur Ġermaniż. Hija ssostni li ġus-tifikazzjoni bħal din kienet irrikonoxxuta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Hija madankollu tikkunsidra li din il-ġuris-prudenza hija restrittiva wisq u tipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja twessa' d-dritt ta' l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-arranġamenti artifiċjali sabiex ikunu jistgħu jeżiġu li listabbilimenti permanenti maħluqa fi Stat Membru ieħor sabiex jibbenefikaw mill-vantaġġi fiskali, ikunu integrati b'mod effettiv u b'mod permanenti fü-hajja ekonomika ta' dan l-Istat. Skond ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja din it-tip ta' integrazzjoni ma teżistix, fil-każ taċ-ċentri ta' koordinazzjoni Belġjani, bħal fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>170.</NO.P><TXT>Kif issostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet bosta drabi li miżura fiskali li tirrestrinġi l-eżerċizzju ta' libertà fundamentali ggarantita mit-Trattat tista' tkun iġġustifikata jekk din il-miżura jkollha l-għan speċifiku li teskludi minn vantaġġ fiskali l-arranġamenti kompletament artifiċjali intiżi sabiex jevitaw l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat<NOTE NOTE.ID="E0061" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ICI, iċċitata iktar 'il fuq (punt 26); X u Y, iċċitata iktar 'il fuq (punt 61); tat-<DATE ISO="20021212">12 ta' Diċembru 2002</DATE>, Lankhorst-Hohorst (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-324/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11779">C-324/00, Ġabra p. I-11779, punt 37</REF.DOC.ECR>); De Lasteyrie du Saillant, iċċitata iktar 'il fuq (punt 50); Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar 'il fuq (punt 57); kif ukoll Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq (punt 51).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>171.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet bosta kjarifiki fir-rigward ta' l-evalwazzjoni ta' l-eżistenza ta' arranġamenti bħal dawn sabiex, b'mod partikolari, tippermetti lill-qorti nazzjonali tiwerifika l-karattru proporzjonali tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK.</TXT></NP><NP><NO.P>172.</NO.P><TXT>B'hekk, minn din is-sentenza jirriżulta li l-konstatazzjoni ta' l-eżistenza ta' arranġa-ment kompletament artifiċjali teżiġi, barra minn element suġġettiv li jikkonsisti fil-volontà li jinkiseb vantaġġ fiskali, li jirriżulta minn elementi oġġettivi u li jistgħu jiġu werifikati minn terzi, fir-rigward, b'mod partikolari, tal-livell ta' eżistenza fiżika tal-KBK f'dak li jirrigwarda l-postijiet, il-persunal u t-tagħmir, li, minkejja l-osservanza formali tal-kundizzjonijiet previsti mid-dritt Komunitarju, l-għan ta' integrazzjoni fil-hajja ekonomika ta' l-Istat Membru ospitanti, imhaddan mil-libertà ta' l-istabbiliment, ma ntlaħaqx<NOTE NOTE.ID="E0062" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq (punti 64, 53 sa 55 u 67).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10489"?><NP><NO.P>173.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li, sabiex il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK tkun konformi mad-dritt Komunitarja, l-applikazzjoni tat-taxxa prevista millimsemmija leġiżlazzjoni għandha tkun esk-luża meta, minkejja l-eżistenza ta' motivazzjonijiet ta' natura fiskali, il-kostituzzjoni ta' KBK tikkorrispondi għar-realtà ekonomika, jiġifieri li hija tikkorrispondi għal stabbiliment reali li l-għan tiegħu huwa t-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi effettivi fl-Istat Membru ospitanti<NOTE NOTE.ID="E0063" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT> (punti 65 u 66).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>174.</NO.P><TXT>Hija żiedet tgħid li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika jekk wiehed mill-elementi tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fuq il-KBK, li jippermetti lill-kumpannija residenti li turi, essenzjalment, li l-kostituzzjoni tal-KBK ma kinitx unikament jew prinċipalment motivata mill-għan li tiġi evitata t-taxxa normalment dovuta fir-Renju Unit (test tal-mobiltà), jistax jiġi interpretat b'mod li jillimita l-applikazzjoni tat-taxxa prevista minn dik il-leġiżlazzjoni għall-arran-ġamenti kompletament artifiċjali, u b'hekk iwassal sabiex il-leġiżlazzjoni fuq il-KBK tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-libertà ta' l-istabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0064" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT> (punti 62, 72 u 73).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>175.</NO.P><TXT>Minn din il-preċiżjoni ta' l-aħħar jirri-żulta li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tidhirx li hija lesta li taċċetta leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li teskludi minn vantaġġ fiskali kull arranġa-ment allegatament artifiċjali, b'mod kategoriku u ġeneralizzat, mingħajr ma tippermetti lill-qrati nazzjonali jagħmlu eżami każ b'każ, billi jieħdu in kunsiderazzjoni l-partikolaritajiet ta' kull każ, abbażi, b'mod partikolari, ta' l-elementi pprovduti mill-persuna taxxabbli kkonċernata<NOTE NOTE.ID="E0065" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenza X u Y, iċċitata iktar 'il fuq (punt 43).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>176.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, f'din il-kawża l-ebda raġuni ma tipprekludi lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tirrepeti l-evalwazzjonijiet li hija għam-let fis-sentenza Cadbury Schweppes u Cadbury Schweppes Overseas, iċċitata iktar 'il fuq, fir-rigward ta' l-eżami tal-proporzjona-lità tal-miżura fiskali Britannika, peress li f'dan il-każ m'hemm ebda dubju — l-ebda waħda mill-partijiet li ssottomettew osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma sostniet il-kuntrarju — li s-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-eżenzjoni permezz tal-metodu ta' l-imputazzjoni, prevista fl-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG, tista' tikseb l-għan imħaddan mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>177.</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tal-proporzjona-lità tal-miżura in kwistjoni, li hija prinċipalment il-qorti tar-rinviju li għandha teżami-naha, nikkunsidra li huwa utli li nagħmel l-osservazzjonijiet segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>178.</NO.P><TXT>Għandu jingħad li, anki meta n-natura stess tal-miżura nazzjonali in kwistjoni, jiġifieri s-sostituzzjoni ta' metodu ta' heisien<?PAGE NO="I-10490"?> minn taxxa doppja permezz ta' ieħor iktar sfavorevoli, jaffettwa inqas il-libertà ta' l-istabbiliment mill-issuġġettar għal taxxa addizzjonali, l-AStG bl-ebda mod ma tidher li tippermetti, peress li l-konklużjonijiet koliha ġenerali tagħha ta' applikazzjoni li għalihom jirreferi l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG jaqblu, li jsir eżami każ b'każ sabiex jiġi werifikat jekk, f'kull każ, dik id-dispożizzjoni setgħetx tiġi eskluża mill-fatt ta' l-eżistenza ta' impjant reali ta' l-istabbiliment permanenti kkonċernat fl-Istat Membru ospitanti in kwistjoni. F'dan ir-rigward, l-Artikolu 20 (2) u (3) ta' l-AStG jidher li huwa bbażat fuq preżunzjoni irrevokabbli li jeżisti arranġa-ment kompletament artifiċjali peress li lkundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni seħħew ŕlimkien. Madankollu, approċċ bħal dan jidhirli li huwa sproporzjonat fir-rigward ta' l-għan imhaddan, fid-dawl ta' levalwazzjonijiet esposti preċedentement filpunti 174 u 175 ta' dawn il-konklużjonijiet</TXT></NP><NP><NO.P>179.</NO.P><TXT>Madankollu, kieku l-qorti tar-rinviju kienet tiddisponi mil-libertà suffiċjenti sabiex tevalwa l-eżistenza ta' arranġament kompletament artifiċiali fil-kawża prinċipali, fuq il-bażi, b'mod partikolari, ta' dispożizzjonijiet ohra tad-dritt fiskali Ġermaniż, hija kien jkollha tivverifika jekk jeżistix impjant reali ta' Columbus fil-Belġju li l-għan tiegħu huwa t-twettiq ta' attivitajiet ekonomiċi effettivi f'dan l-Istat Membru, billi tibbaża fuq elementi oġġettivi u verifikabbli, fir-rigward, b'mod partikolari, tal-livell ta' eżistenza fiżika ta' Columbus skond il-post, il-persunal u t-tagħmir. Huwa biss fil-każ li dan ma jkunx il-każ li l-miżura nazzjonali in kwistjoni, bħal dik li ġiet applikata f'dan il-każ partikolari, tkun ġustifikata mill-għan tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>180.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' l-eżami (eventwali) ta' dawn l-elementi oġġettivi mill-qorti tar-rinviju, jiena naħseb li din għandha, b'mod partikolari, tiwerifika jekk fis-sena fiskali in kwistjoni, Columbus baqgħatx tissodisfa lkundizzjonijiet koliha applikabbli għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni skond id-digriet reali Nru 187, tat-<DATE ISO="19821230">30 ta' Diċembru 1982</DATE>, imsemmi iktar 'il fuq, b'mod partikolari skond l-eżiġenzi tal-livell ta' impjieg fil-Belġju<NOTE NOTE.ID="E0066" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċ-ċentri ta' koordinazzjoni għandhom jimpjegaw fil-Belġju lekwivalenti ta' mill-inqas għaxar persuni full-time sa minn perijodu ta' sentejn ta' attività.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>181.</NO.P><TXT>Min-naha l-ohra, kuntrarjament għal dak li jallega l-Gvern Ġermaniż, ma nahsibx li l-fatt li stabbiliment bħal Columbus jikkonċentra l-attivitajiet tiegħu fuq iddetenzjoni kif ukoll fuq il-ġestjoni ta' l-assi u li hija twettaq, jekk ikun il-każ, investimenti finanzjarji fi Stati Membri ohra jista' jkun determinanti fir-rigward tal-konstatazzjoni ta' l-eżistenza ta' arranġament kompletament artifiċjali fis-sens li dan l-istabbiliment ma jwettaqx attivitajiet ekonomiċi effettivi fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>182.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mhux biss l-attivitajiet finanzjarji mhumiex esklużi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> mill-benefiċċju tal-movimenti liberi, iżda barra minn hekk<?PAGE NO="I-10491"?> ma jkunx totalment eskluż li linvestimenti ta' l-assi ta' stabbiliment bħal Columbus għall-benefiċċju tas-soċji tiegħu jkunu mwettqa fl-Istat Membru ospitanti jew, ta' l-inqas, permezz ta' l-intervent ta' intermedjarji finanzjarji jew bankarji stabbiliti fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>183.</NO.P><TXT>Nikkunsidra li ċirkustanzi bħal dawn, flimkien mar-realtà ta' stabbiliment fiżiku fl-Istat Membru ospitanti, huma suffiċjenti sabiex tiġi eskluża l-eżistenza ta' arranġa-ment purament artifiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>184.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti tarrinviju li għandha tagħmel il-verifiki koliha neċessarji sabiex jiġi kkonstatat jekk Columbus għandhiex impjant reali, skond il-ġuris-prudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li konsegwentement jippermetti lill-imħallef nazzjonali jikkunsidra li, fil-kawża prinċipali, lapplikazzjoni ta' l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG ma tistax tiġi ġġustifikata permezz ta' l-għan tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq il-preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>185.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tiddefendi wkoll l-Artikolu 20(2) u (3) ta' l-AStG għar-raġuni tal-preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali tagħha. Skond hi, din id-dispożizzjoni tiggarantixxi t-taxxa fuq id-dhul mondjali (u ta' l-assi) tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi għal dak li jirrigwarda linvestiment ta' I-assi jew in-newtralità għall-esportazzjoni tal-kapitali, li jikkorrispondu għall-għażla ta' prinċipju tal-leġiżlatur Ġer-maniż konformi mas-sovranità fiskali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>186.</NO.P><TXT>Mis-sentenzi Bachmann<NOTE NOTE.ID="E0067" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19920128">28 ta' Jannar 1992</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-249">C-204/90, Ġabra p. I-249, punti 21 sa 23</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Il-Kummissjoni vs Il-Belġju<NOTE NOTE.ID="E0068" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19920128">28 ta' Jannar 1992</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-305">C-300/90, Ġabra p. I-305, punti 14 sa 16</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja, bħala prinċipju, aċċettat li l-preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali hija għan li l-Istati Membri jistgħu jinvokaw sabiex jiġġus-tifikaw ir-restrizzjonijiet għal-movimenti liberi tat-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>187.</NO.P><TXT>Filwaqt li wara dawn iż-żewġ sentenzi, il-ġustifikazzjoni bbażata fuq in-neċessità li tiġi ggarantita l-koerenza tas-sistema fiskali tikkostitwixxi waħda mill-eżiġenzi imperattivi ta' interess ġenerali li huma l-iktar spiss invokati mill-Istati Membri fil-qasam tat-taxxa diretta, huwa magħruf ukoll li hija dejjem ġiet eskluża mill-Qorti tal-Ġustizzja għar-raġuni, b'mod partikolari, li kuntrarjament għas-sitwazzjoni fi-oriġini taż-żewġ sentenzi msemmija iktar 'il fuq, ir-regoli fiskali in kwistjoni ma jippermettux li tiġi kkonstatata r-rabta diretta bejn l-għoti ta'<?PAGE NO="I-10492"?> vantaġġ fiskali u l-kumpens ta' dan il-vantaġġ permezz ta' prelevament fiskali<NOTE NOTE.ID="E0069" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ICI, iċċitata iktar 'il fuq (punt 29); Baars, iċċitata iktar 'il fuq (punt 40); De Groot, iċċitata iktar 'il fuq (punt 109); tat-<DATE ISO="20030918">18 ta' Settembru 2003</DATE>, Bosal (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-9409">C-168/01, Ġabra p. I-9409, punt 31</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20040715">15 ta' Lulju 2004</DATE>, Weidert u Paulus (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-242/03" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7379">C-242/03, Ġabra p. I-7379, punt 22</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20050310">10 ta' Marzu 2005</DATE>, Laboratoires Fournier (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2057">C-39/04, Ġabra p. I-2057, punt 21</REF.DOC.ECR>); u tas-<DATE ISO="20061026">26 ta' Ottubru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-345/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-10633">C-345/05, Ġabra p. I-10633, punt 29</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li, bħala prinċipju, jeżiġi li t-tnaqqis u l-prelevament jitwettqu fil-kuntest ta' l-istess taxxa fi ħdan l-istess persuna taxxabbli<NOTE NOTE.ID="E0070" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, is-sentenza Baars, iċċitata iktar 'il fuq (punt 40); tas-<DATE ISO="20000606">6 ta' Ġunju 2000</DATE>, Verkooijen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4071">C-35/98, Ġabra p. I-4071, punti 57 u 58</REF.DOC.ECR>); Bosal, iċċitata iktar 'il fuq (punti 29 u 30); tal-<DATE ISO="20040715">15 ta' l-Lulju 2004</DATE>, Lenz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-315/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7063">C-315/02, Ġabra p. I-7063, punt 36</REF.DOC.ECR>); Manninen, iċċitata iktar 'il fuq (punt 42), u ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8203">C-386/04, Ġabra p. I-8203, punt 54</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>188.</NO.P><TXT>Jekk tiġi applikata b'mod rigoruż, din il-ġurisprudenza twassal sabiex jiġi rrifjutat il-benefiċċju tal-ġustifikazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali f'din il-kawża, peress li l-vantaġġ fiskali in kwistjoni mogħti lil Columbus u l-applikazzjoni tal-metodu ta imputazzjoni jseħħu fil-kuntest ta' tassazzjonijiet distinti u ta' sistemi fiskali distinti.</TXT></NP><NP><NO.P>189.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Manninen, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu tidher li ma interpretatx il-kunċett ta' koerenza tas-sistema fiskali b'mod daqstant strett billi bbażat fuq il-kriterji ta' identità tat-tassazzjoni u ta' dik tal-persuna taxxabbli li sa dak iż-żmien kienet vantaġġjata fil-ġurispru-denza, billi jiġi ammess, bħal ma ppropona l-Avukat Ġenerali Kokott fil-konklużjonijiet tiegħu f'din il-kawża, li Stat Membru jista' jinvoka l-ħtieġa tal-preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali, anki meta fil-każ partikolari ż-żewġ kriterji msemmija iktar 'il fuq ikunu nieqsa<NOTE NOTE.ID="E0071" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punti 45 u 46 tas-sentenza kif ukoll, b'mod partikolari, il-punti 54 sa 57 tal-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>190.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta' koerenza tas-sistema fiskali ġie deskritt bħala <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>xi ftit vag<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0072" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punt 51 tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Kokott fil-kawża Manninen, iċċitati iktar 'il fuq.</P></NOTE>, anki <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>misterjuż<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0073" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Vanistendael, F., <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>Cohesion: The Phoenix rises from his ashes<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/>, EC Tax Review, 2005, p. 211.</P></NOTE>. L-Istati Membri ta' spiss invokawh indistintament ma' tipi oħra ta' ġustifikazzjoni, spiss rikonoxxuti bħala eżi-ġenzi imperattivi skond il-ġurisprudenza, bħall-effikaċja tal-kontrolli fiskali, il-ġlieda kontra l-evażjoni jew il-frodi fiskali, u anki ttelf tad-dħul mit-taxxa, li madankollu ma jaqax taħt l-imsemmija eżiġenzi<NOTE NOTE.ID="E0074" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan ir-rigward, b'mod partikolari, is-sentenzi coitati iktar 'il fuq Verkooijen (punt 59); X u Y (punt 50); Lenz (punt 40), u Marks &amp; Spencer (punt 44).</P></NOTE>. F'dan il-każ partikolari, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tidher ukoll tqabbel dan il-kunċett mal-prinċipju tat-territorjalità, stabbilit fiddritt fiskali internazzjonali, prinċipju li ġie ammess ukoll mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala li jista' jiġġustifika restrizzjoni għal waħda mill-movimenti liberi<NOTE NOTE.ID="E0075" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19970515">15 ta' Mejju 1997</DATE>, Futura Participations u Singer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/92" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-2471">C-250/92, Ġabra p. I-2471, punt 22</REF.DOC.ECR>); Bosal, iċċitata iktar 'il fuq (punt 37); Manninen, iċċitata iktar 'il fuq (punt 38), kif ukoll Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar 'il fuq (punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>191.</NO.P><TXT>Hekk kif speċifika l-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Marks &amp; Spencer<NOTE NOTE.ID="E0076" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Punti 66 u 67.</P></NOTE>, il-kunċett ta' koerenza tas-sistema fiskali għandu l-funzjoni<?PAGE NO="I-10493"?> li jipproteġi I-integrità tas-sistemi fiskali nazzjonali, sakemm ma jostakolax l-integrazzjoni ta' dawn is-sistemi fü-kuntest tas-suq intern. F'dan is-sens, dan il-kunċett huwa intiż sabiex jiggarantixxi <QUOT.START ID="QS0039" REF.END="QE0039" CODE="201C"/>bilanċ delikat<QUOT.END ID="QE0039" REF.START="QS0039" CODE="201D"/> li jiġi tr adott fregola ta' <QUOT.START ID="QS0040" REF.END="QE0040" CODE="201C"/>newtr alita doppja<QUOT.END ID="QE0040" REF.START="QS0040" CODE="201D"/>: jiġifieri minn naħa, hija tipprovdi n-newtra-lità fiskali meħtieġa mill-Istati Membri mill-Artikolu 52 tat-Trattat KE għal dak li jikkonċerna l-istabbiliment tal-kumpanniji fil-Komunità u, min-naħa l-oħra, li l-eżerċiz-zju tal-libertà ta' l-istabbiliment għandu jassigura l-ħarsien tad-dispożizzjonijiet fiskali adottati mill-Istati Membri, b'mod li ċ-ċittadini Komunitarji ma jużawx id-dispożiz-zjonijiet tad-dritt Komunitarju sabiex jieħdu l-vantaġġi li mhumiex marbuta ma' dan l-eżerċizzju.</TXT></NP><NP><NO.P>192.</NO.P><TXT>Minn dan l-aspett, jista għalhekk jiġi ssuġġerit li l-kunċett ta' koerenza tas-sistema fiskali huwa mfixkel ma' l-abbuż tad-dritt jew il-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali. Jekk dan huwa l-każ, f'din il-kawża j kun suffiċjenti li f'dawn il-konklużjonijiet nirreferu għall-osservaz-zjoni li jirrigwardaw dan il-motiv ta' ġustifi-kazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>193.</NO.P><TXT>Quddiem iċ-ċaħda kważi sistematika ta' l-argument ibbażat fuq il-ħarsien tal-koerenza tas-sistema fiskali, inkluża 1-verżjoni 1-iktar flessibbli li tirriżulta mis-sentenza Manninen, iċċitata iktar 'il fuq, u d-diffikultajiet li jiġi definit speċifikament dak il-kunċett fir-rigward tal-motivi 1-oħra ta' ġustifikazzjoni mressqa mill-Istati Membri<NOTE NOTE.ID="E0077" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jeħtieġ li jerġa' jiġi osservai li fis-sentenza Marks &amp; Spencer, iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżami tal-ġustifikazzjoni eventwali tal-leġiżlazzjoni Britannika li tillimita 1-benefiċċju tat-tnaqqis tal-grupp għat-telf subit mill-kumpanniji residenti, ma rreferietx għall-preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali, iżda għat-tliet motivi kumulatiivi bbażati, 1-ewwel nett, fuq il-preżervazzjoni talqsim tas-setgħa ta' tassazzjoni bejn 1-Istati Membri, imba-għad, fuq ir-riskju ta' 1-użu doppju tad-dannu, u fl-aħħar fuq ir-riskju ta' 1-evażjoni fiskali.</P></NOTE>, tista' tqum il-kwistjoni dwar 1-utilità veru tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>194.</NO.P><TXT>Mingħajr dubju, din id-domanda tispjega ruħha minħabba s-sitwazzjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tevalwa 1-imsemmija ġustifikazzjoni. Fil-fatt, il-kawżi li fihom 1-argument tal-bżonn tal-koerenza tas-sistema fiskali kien ġie mressaq bl-iktar mod ser j u kienu jirrigwardaw liġijiet nazzjonali li, b'xi mod jew iehor, kienu jitrattaw sitwazzjoni interna b'mod differenti minn sitwazzjoni transkonfinali, li fiha 1-persuni taxxabbli in kwistjoni kienu għamlu użu minn wieħed mil-movimenti liberi. B'mod definittiv, dawn il-liġijiet kienu jirrifjutaw 1-estensjoni ghal operazzjoni mwettqa fil-Komunità tal-benefiċċju tat-trattament fiskali, taht il-forma ta' vantaġġ fiskali, irriżer-vat għal operazzjonijiet ta' 1-istess tip li kienu mwettqa fit-territorju nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0078" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, il-fatti li wasslu għas-sentenzi ċċitati Verkooijen, Bosai, Lenz u Manninen, kif ukoll is-sentenza tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, Metallgesellschaft et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/98+C-410/98" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1727">C-397/98 u C-410/98, Ġabra p. -1727</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Per eżempju, fil-kawża Manninen, iċċitata iktar 'il fuq, il-liġi Finlandiża kienet tissuġġetta 1-għoti ta' kreditu fiskali lil azzjonisti li kellhom ir-residenza taghhom fil-Finlandja u taxxabbli b'mod illimitat ghat-taxxa f'dan 1-Istat Membru, ghall-kundizzjoni li d-dividendi jkunu moghtija minn kumpanniji stabbiliti fil-Finlandja, li jkunu suġġetti ghat-taxxa fuq il-kumpanniji f'dan 1-istess Stat. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-eżami taghha<?PAGE NO="I-10494"?> tal-proporzjonalità tal-miżura fiskali in kwistjoni, li għandha l-għan li teħles minn taxxa doppja fuq il-profitti tal-kumpanniji li kienu mqassma lill-azzjonisti, qieset li lestensjoni tal-kreditu fiskali lill-azzjonisti Finlandiżi ta' kumpannija stabbilita fl-Iżvezja, ikkalkolata abbażi tat-taxxa dovuta minn din ta' l-aħħar f'dan l-Istat Membru, ma timminax il-koerenza tas-sistema fiskali Finlandiża, filwaqt li tkun inqas restrittiva għall- mo viment liberu tal-kapital<NOTE NOTE.ID="E0079" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Manninen, iċċitata iktar 'il fuq, punt 46.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>195.</NO.P><TXT>Hekk kif diġà spjegajt preċedentement, il-miżura fiskali in kwistjoni f'din il-kawża ma tintroduċix differenza bejn it-trattament fiskali tas-soċji ta' Columbus, persuni taxxabbli b'mod illimitat fil-Ġermanja, li eżerċi-taw il-libertà ta' l-istabbiliment, u dak tas-soċji ta' stabbiliment permanenti li jinsab fil-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, hija tittratta b'mod differenti s-sitwazzjonijiet transkonfinali fejn l-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment permanenti tas-soċji Ġerma-niżi, japplika rata ta' taxxa iktar baxxa jew ogħla minn dik prevista mill-AStG. Din il-miżura tikkonsisti fir-rifjut li jingħata l-benefiċċju ta' l-eżenzjoni mit-taxxi fuq id-dħul u minn dik fuq l-assi fil-Ġermanja, għall-finijiet tal-ħelsien minn taxxa doppja, għad-dħul li għandu n-natura ta' kapital investit fi stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru fejn it-taxxa hija iktar baxxa mir-rata stabbilita mill-AStG, billi jiġi applikat għalihom, dejjem għall-finijiet tal-helsien minn Taxxa Doppja, il-metodu ta' l-imputazzjoni tat-taxxa miġbura f'pajjiż barraní.</TXT></NP><NP><NO.P>196.</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed jammetti, b'mod ġenerali, li f'sitwazzjoni ta' sostituzzjoni unilaterali ta' metodu li għandu t-tendenza li jevita t-taxxa doppja permezz ta' iehor, jista' jeżisti għan ta' preżervazzjoni tal-koerenza tas-sistema fiskali, madankollu f'dan il-każ jiena nistaqsi, hekk kif l-iżviluppi preċedenti setgħu diġà jbassru, jekk din il-kawża ta' ġustifikazzjoni tikkostitwixxix għan veru mhaddan mill-awtoritajiet Ġermaniżi permezz ta' l-adozzjoni tal-miżura fiskali in kwistjoni. Fil-fatt, kif rajna, din il-miżura fiskali in kwistjoni tidher essenzjalment motivata mir-rieda li tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali, taħt il-forma tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali, u anki sabiex jiġi ppreżervat il-prinċipju tat-territorjalità.</TXT></NP><NP><NO.P>197.</NO.P><TXT>Jekk l-għan huwa li jiġi difiż dan il-prinċipju, kif issostni r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, jidhirli, b'mod partikolari, li huwa inkoerenti u ftit li xejn kompatibbli ma' l-imsemmi prinċipju li tinġabar it-taxxa fuq l-assi provenjenti minn stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru iehor, li ma jiġborx taxxa bħal din u fejn it-taxxa fuq id-dħul hija inqas mir-rata applikata fil-Ġermanja, u li tiġi rrinunzjata l-applikazzjoni ta' l-istess taxxa fuq l-assi meta l-assi jkun ġejjin minn stabbiliment li jinsab fi Stat Membru fejn it-taxxa tkun iktar għolja milli fil-Ġermanja, anki jekk dan l-Istat Membru ma jiġborx taxxa fuq l-assi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10495"?><NP><NO.P>198.</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, ma naħsibx li l-miżura fiskali in kwistjoni tista' tkun iġġusti-fikata mill-preokkupazzjoni li tiġi ppreżer-vata l-koerenza tas-sistema fiskali Ġermaniża, bil-mod kif dan il-motiv ta' ġustifikaz-zjoni huwa ppreżentat u interpretat mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.</TXT></NP><NP><NO.P>199.</NO.P><TXT>Fl-aħħar ta' l-analiżi tiegħi, jiena nikkunsidra li l-Artikolu 52 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membru milli tipprovdi, għall-finijiet tal-ħelsien minn Taxxa Doppja, is-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni għal dak ta' l-eżenzjoni għat-tassazzjoni fuq id-dħul u fuq l-assi ta residenti ta' dan l-Istat, provenjenti minn kapital investit fi stabbiliment permanenti magħmul minn dawn ir-residenti u li jinsab fi Stat Membru fejn ir-rata tat-taxxa hija iktar baxxa minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali ta' l-ewwel Stat Membru, sakemm leġiżlazzjoni bħal din ma tkunx iġġustifikata mill-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali intiżi sabiex jevitaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali in kwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tkun iġġustifikata għal din ir-raġuni.</TXT></NP><NP><NO.P>200.</NO.P><TXT>Inżid ngħid li l-konklużjoni tiegħi kienet tkun identika kieku l-eżami ta' din il-kawża kellu jkun abbażi ta' l-Artikolu 73 B tat-Trattat KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>201.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet koliha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Finanzgericht Münster bil-mod segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0041" REF.END="QE0041" CODE="201C"/>L-Artikolu 52 tat-Trattat KE (li, wara emenda sar l-Artikolu 43 KE) u l-Artikolu 73 B tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56 KE) għandhom ikunu interpretati fis-sens li<?PAGE NO="I-10496"?> jipprojbixxu leġiżlazzjoni fiskali ta' Stat Membri milli tipprovdi, għall-finijiet tal-ħelsien minn Taxxa Doppja, is-sostituzzjoni tal-metodu ta' l-imputazzjoni għall-metodu ta' l-eżenzjoni għat-taxxa fuq id-dħul u fuq l-assi ta' residenti ta' dan l-Istat, provenjenti minn kapital investit fi stabbiliment permanenti magħmul minn dawn ir-residenti u li jinsab fi Stat Membru ieħor fejn ir-rata tat-taxxa hija iktar baxxa minn dik prevista mil-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali ta' l-ewwel Stat Membru, sakemm leġiżlazzjoni bħal din ma tkunx iġġustifikata mill-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-arranġamenti kompletament artifiċjali intiżi sabiex jevitaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiwerifika jekk l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali in kwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tkun iġġustifikata għal din ir-raġuni.<QUOT.END ID="QE0041" REF.START="QS0041" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>