|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2626 |
9.10.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2626
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 31(2) u (4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 li r-rapport fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum u taż-żerriegħa tal-lift fil-Litwanja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tirrikjedi li l-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra meta mqabbla mal-fjuwils fossili sabiex ikunu jistgħu jingħaddu lejn il-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 29(10) jistabbilixxi limiti speċifiċi għall-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-fjuwils, u l-Artikolu 31 jirregola kif għandu jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti stipulati fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni ta’ materja prima agrikola, jistgħu jintużaw valuri tipiċi taħt ċerti kundizzjonijiet. Dawn il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala akkurati. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Lulju 2024, il-Litwanja ppreżentat lill-Kummissjoni r-rapport finali bid-data għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum u taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotti f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fil-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Litwanja talbet li d-data tiġi rikonoxxuta bħala akkurata f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum u taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotti f’reġjuni NUTS 2 fil-Litwanja. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijofjuwils, il-Bijolikwidi u l-Fjuwils tal-Bijomassa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rapport li ppreżentat il-Litwanja għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fil-25 ta’ Lulju 2024 fih data akkurata għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tal-qamħ, tal-qamħirrum u taż-żerriegħa tal-lift tipikament prodotti f’reġjuni NUTS 2 fil-Litwanja, skont l-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Is-sommarju tad-data tar-rapport huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Jekk id-data li tinsab fir-rapport kif ippreżentat lill-Kummissjoni għar-rikonoxximent fil-25 ta’ Lulju 2024, tinbidel b’mod li jista’ jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi għal din id-Deċiżjoni, il-Litwanja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’tali bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet innotifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport ikunx għadu jipprovdi d-data akkurata li għaliha huwa rikonoxxut.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tieqaf tapplika fid-29 ta’ Ottubru 2029.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).
ANNESS
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni taż-żerriegħa tal-lift fir-reġjuni NUTS2 tal-Litwanja (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ żerriegħa tal-lift maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Inkorporat |
Fjuwil użat |
Żerriegħa |
Totali |
|||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
||||
|
Reġjun Kapitali |
0,252 |
0,044 |
0,151 |
0,032 |
0,007 |
0,096 |
0,002 |
0,584 |
|
Reġjun Ċentrali u tal-Punent tal-Litwanja |
0,226 |
0,036 |
0,128 |
0,027 |
0,006 |
0,082 |
0,002 |
0,507 |
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-qamħ fir-reġjuni NUTS2 tal-Litwanja (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ qamħ maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Inkorporat |
Fjuwil użat |
Żerriegħa |
Totali |
|||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
||||
|
Reġjuni Kapitali |
0,166 |
0,029 |
0,103 |
0,024 |
0,004 |
0,083 |
0,019 |
0,428 |
|
Reġjun Ċentrali u tal-Punent tal-Litwanja |
0,126 |
0,022 |
0,075 |
0,017 |
0,003 |
0,062 |
0,013 |
0,318 |
Emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-qamħirrum fir-reġjuni NUTS2 tal-Litwanja (tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2/tunnellata ta’ qamħ maħsuda fuq il-bażi ta’ materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Inkorporat |
Fjuwil użat |
Żerriegħa |
Totali |
|||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
||||
|
Reġjun Kapitali |
0,192 |
0,036 |
0,154 |
0,027 |
0,001 |
0,051 |
0,002 |
0,462 |
|
Reġjun Ċentrali u tal-Punent tal-Litwanja |
0,165 |
0,028 |
0,129 |
0,023 |
0,001 |
0,043 |
0,001 |
0,391 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2626/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)