|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3790 |
13.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1437, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
(C/2026/3790)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/1437 (2), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (3).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/512/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Il-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-18 ta' Novembru 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami tal-Kunsill tal-miżuri restrittivi qabel l-iskadenza tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK.
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13.
(2) ĠU L, 2026/1437, 26.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1437/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3790/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)