5.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9870 — Total Direct Energie/Kernaman)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 257/03)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Total Direct Energie S.A. (“Total Direct Energie”, Franza), sussidjarja 100 % ta’ TOTAL S.A. (“TOTAL”, Franza)

—

Kernaman SAS (“Kernaman”, Franza)

Total Direct Energie takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Kernaman kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

l-impriża TOTAL: TOTAL hija attiva fis-setturi kollha tal-industrija taż-żejt u l-gass, kif ukoll fis-setturi tal-enerġija rinnovabbli, tal-ġenerazzjoni tal-enerġija u tan-newtralità tal-karbonju.

—

l-impriża Kernaman: Kernaman hija attiva fis-settur tal-elettriċità u għandha l-assi li ġejjin: (i) Emile Huchet 7 u Emile Huchet 8, żewġ unitajiet kombinati ta’ turbini tal-gass tar-roti, u (ii) ċentru ta’ ottimizzazzjoni u ta’ dispaċċ magħruf bħala Le Centre d’Optimisation, de Dispatching et d’Ajustement de la Production u ta’ assi u obbligazzjonijiet relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9870 — Total Direct Energie/Kernaman

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqda”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.