12.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/1


DEĊIŻJONI (UE) 2021/429 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-20 ta’ Jannar 2021

dwar il-prorogazzjoni tat-tul tal-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b’rabta mal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta’ April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew (1),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2020/1089 tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar it-twaqqif ta’ kumitat ta’ inkjesta inkarigat biex jinvestiga allegazzjonijiet ta’ kontravvenzjoni u ta’ amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni b’rabta mal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport fl-Unjoni u lil hinn minnha u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni numerika u t-tul tal-mandat tiegħu, id-daqs numeriku u l-mandat tiegħu (2),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 208(11) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kumitat ta’ Inkjesta talab li jiġi prorogat it-tul tal-mandat tiegħu sabiex ikun jista’ jwettaq b’mod sħiħ u korrett il-mandat tiegħu;

1.   

Jiddeċiedi li jipproroga b’perjodu ta’ tliet xhur it-tul tal-mandat tal-Kumitat ta’ Inkjesta.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

D. M. SASSOLI


(1)   ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.

(2)   ĠU L 239 I, 24.7.2020, p. 1.