Official Journal L 249 , 10/11/1971 P. 0073 - 0073
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0073
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0811
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0073
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0933
Greek special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0124
Spanish special edition: Chapter 05 Volume 1 P. 0155
Portuguese special edition Chapter 05 Volume 1 P. 0155
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 1971 li tapplika l-Artikoli 123 sa 127 tat-Trdattat lid-dipartimenti overseas Franċiżi (71/364/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 227(2) tiegħu; Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni; Billi t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 227(2) jipprovdi li l-Kunsill għandu jiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom id-dispożizzjonijiet tat-Trattat ħlief dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 227(2) u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 123 sa 127 tat-Trattat, għandhom japplikaw lid-dipartimenti overseas Franċizi; Billi l-intervent mill-Fond Soċjali Ewropew x'aktarx jippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawk id-dipartimenti; IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikoli 123 sa 127 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-miżuri meħuda fl-implimentazzjoni ta' dawk l-Artikoli għandhom japplikaw għad-dipartimenti overseas Franċiżi. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2396/71 [1] tat-8 ta' Novembru 1971, li japplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 1971 dwar ir-riforma tal-Fond Soċjali Ewropew, jidħol fis-seħħ. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 1971. Għall-Kunsill Il-President A. Moro [1] ĠU L 249, ta' l-10.11.1971, p. 54. --------------------------------------------------