Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar użat għall-prestressing), kif ukoll talba għall-eżenzjoni mill-obbligu li tiġi kkostitwita garanzija bankarja biex jiġi evitat irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 tal-imsemmija deċiżjoni.
Dispożittiv
1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2) L-ispejjeż huma rriżervati.