6.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 400/16


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9071 — Banca Generali/Saxo Bank/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 400/10)

1.   

Fil-25 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Banca Generali S.p.A. (“Banca Generali”, l-Italja), ikkontrollat minn Assicurazioni Generali S.p.A. (“Assicurazioni Generali”, l-Italja);

—

Saxo Bank A/S (“Saxo Bank”, id-Danimarka), ikkontrollat minn Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd (“Zhejiang Geely Holding Group”, iċ-Ċina);

—

BG SAXO SIM S.p.A., entità maħluqa ġdida (“NewCo”, l-Italja).

Banca Generali u Saxo Bank jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NewCo.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Banca Generali joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi fis-setturi bankarji, finanzjarji u tal-assigurazzjoni;

—

Saxo Bank huwa bank ta’ investiment online li jispeċjalizza f’servizzi kummerċjali u ta’ investiment online;

—

NewCo hija pjattaforma online għal kummerċ online fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9071 — Banca Generali/Saxo Bank/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.