<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-717/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0717</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:142">EU:C:2020:142</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20200303">3.3.2020</DATE> – Kawża C‑717/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">X (Mandat ta’ arrest Ewropew – Kriminalità doppja)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200303">3 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI</KEYWORD><KEYWORD>Mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)</KEYWORD><KEYWORD>Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija tal-verifika ta’ kriminalità doppja tal-fatt</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Reat issanzjonat mill-Istat Membru emittenti b’piena massima ta’ priġunerija ta’ mill-inqas tliet snin</KEYWORD><KEYWORD>Emenda tal-leġiżlazzjoni kriminali tal-Istat Membru emittenti bejn id-data tal-fatti u d-data tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Verżjoni tal-liġi li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat il-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑717/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-hof van beroep te Gent (il-Qorti tal-Appell ta’ Gent, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20181107">7 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, fil-proċedura relatata mal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev, E. Regan, P. G. Xuereb, L. S. Rossi (Relatur) u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, J. Malenovský, L. Bay Larsen, T. Von Danwitz, C. Toader, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20190916">16 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Procureur-generaal, minn I. De Tandt,</P></ITEM><ITEM><P>għal X, minn S. Bekaert u P. Bekaert, advocaten, kif ukoll minn G. Boye, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Van Lul, C. Pochet, J.‑C. Halleux, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, inizjalment minn M. Sampol Pucurull, sussegwentement minn S. Centeno Huerta, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u R. Troosters, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20191126">26 ta’ Novembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="017" PAGE.FIRST="45" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 17, p. 45</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest tal-eżekuzzjoni fil-Belġju ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja) kontra X.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 5 u 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jistipulaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(5)</NO.P><TXT>L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma' bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas 12‑il xahar jew, fejn ingħatat sentenza jew ġiet magħmula ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi ta’ mill-inqas erba’ xhur.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat Membru emittenti b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin u kif inhuma definiti mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti, għandhom, skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja ta’ l-att, iwasslu għall-konsenja skond mandat ta’ arrest Ewropew:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[…],</P></ITEM><ITEM><P>terroriżmu,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>[…]</P></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Għal reati barra minn dawk koperti mill-paragrafu 2, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-atti li għalihom inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, irrespettivament mill-elementi kostitwenti jew ta’ kif inhu deskritt.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-deċiżjoni qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kontenut u forma tal-mandat ta’ arrest Ewropew<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jiddisponi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skond il-formola li tinsab fl-Anness:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni stabbilita għar-reat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi ttrattat u esegwit b’urġenza.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness ta’ din id-deċiżjoni qafas jinkludi formola ta’ mandat ta’ arrest Ewropew. Din il-formola tipprevedi, fit-taqsima (c), li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[i]ndikazzjonijiet dwar it-tul tal-piena<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jirrigwardaw, skont il-punt 1 ta’ din it-taqsima, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[t]ul massimu tal-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni li tista’ tiġi imposta għar-reat(i)<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> u, skont il-punt 2 ta’ din it-taqsima, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[t]ul tal-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni imposta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-imsemmija formola tipprevedi wkoll, fit-taqsima (e), intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Reati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-reati li l-mandat ta’ arrest Ewropew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>jirrigwarda<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[d]eskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq/twettqu r-reat(i), inkluż [il-mument (id-data u l-ħin)], il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat(i) mill-persuna rikjesta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 578 tal-Código Penal (il-Kodiċi Kriminali, Spanja), fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, kien jipprevedi piena ta’ priġunerija ta’ massimu ta’ sentejn għar-reat ta’ glorifikazzjoni tat-terroriżmu u umiljazzjoni ta’ dawk li huma l-vittmi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, l-Artikolu 578 ta’ dan il-kodiċi ġie emendat, b’tali mod li dan ir-reat issa huwa punibbli b’mod partikolari b’piena ta’ priġunerija ta’ massimu ta’ tliet snin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20170221">21 ta’ Frar 2017</DATE>, l-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja) ikkundannat lil X, b’mod partikolari, għal fatti, imwettqa bejn l‑<DATE ISO="20120101">1 ta’ Jannar 2012</DATE> u l‑<DATE ISO="20131231">31 ta’ Diċembru 2013</DATE>, li jikkostitwixxu r-reat ta’ glorifikazzjoni tat-terroriżmu u umiljazzjoni ta’ dawk li huma l-vittmi tiegħu, previst fl-Artikolu 578 tal-Kodiċi Kriminali kif kien fis-seħħ fil-mument ta’<?PAGE NO="4"?> dawn il-fatti, u imponiet fuqu l-piena massima ta’ sentejn priġunerija. Din is-sentenza saret definittiva peress li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20180215">15 ta’ Frar 2018</DATE>, ċaħdet l-appell ippreżentat minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li X telaq minn Spanja u mar il-Belġju, l-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali) ħarġet, fil‑<DATE ISO="20180525">25 ta’ Mejju 2018</DATE>, mandat ta’ arrest Ewropew kontra tiegħu u, fis‑27 ta’ Ġunju ta’ wara, mandat ta’ arrest Ewropew addizzjonali, għar-reat ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>terroriżmu<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, għall-eżekuzzjoni tal-piena mogħtija fis-sentenza tagħha tal‑<DATE ISO="20170221">21 ta’ Frar 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex jiġi vverifikat jekk, konformement mal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ir-reat inkwistjoni kienx punibbli fid-dritt Spanjol b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin u għalhekk kinitx tagħti lok għal konsenja mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt, ir-rechtbank van eerste aanleg Oost‑Vlaanderen, afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Oost‑Vlaanderen, Diviżjoni ta’ Gent, il-Belġju), bħala awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, ħadet inkunsiderazzjoni l-Artikolu 578 tal-Kodiċi Kriminali fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali. Wara li kkonstatat in-nuqqas ta’ kriminalità doppja tal-fatt, din il-qorti, permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20180917">17 ta’ Settembru 2018</DATE>, irrifjutat l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew addizzjonali tas‑27 ta’ Ġunju preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Adita bl-appell ippreżentat mill-Procureur-generaal (il-Prosekutur Ġenerali, il-Belġju) minn dan id-digriet, il-hof van beroep te Gent (il-Qorti tal-Appell ta’ Gent, il-Belġju) għandha dubji dwar il-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kundizzjoni dwar il-livell minimu ta’ piena ta’ priġunerija ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, prevista fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, hijiex issodisfatta. Hija tqis li, fid-dawl tal-Artikolu 578 tal-Kodiċi Kriminali, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, ir-rechtbank van eerste aanleg Oost‑Vlaanderen, afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Oost‑Vlaanderen, Diviżjoni ta’ Gent) kellha d-dritt li tivverifika l-kriminalità doppja tal-fatt u li tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew addizzjonali, peress li, f’din il-verżjoni, l-Artikolu 578 ta’ dan il-kodiċi kien jipprevedi piena massima ta’ sentejn priġunerija. Madankollu, hija tirrileva li, jekk il-verżjoni ta’ dan l-artikolu li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni kienet dik fis-seħħ fid-data tal-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest Ewropew, ikun hemm lok li jitqies li r-rechtbank van eerste aanleg Oost‑Vlaanderen, afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Oost‑Vlaanderen, Diviżjoni ta’ Gent) ma kellhiex dritt tivverifika l-kriminalità doppja tal-fatt u għalhekk ma setgħetx tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-imsemmi mandat ta’ arrest Ewropew, peress li, f’din il-verżjoni l-ġdida, l-imsemmi artikolu issa jipprevedi piena massima ta’ tliet snin priġunerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-hof van beroep te Gent (il-Qorti tal-Appell ta’ Gent) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-[Deċiżjoni Qafas 2002/584], kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-wet van <DATE ISO="20031219">19.12.2003</DATE> betreffende het Europees aanhoudingsbevel (il-Liġi tad-<DATE ISO="20031219">19 ta’ Diċembru 2003</DATE> dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Wet EAB<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [(<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat‑<DATE ISO="20031222">22 ta’ Diċembru 2003</DATE>, p. 60075)]), din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal-liġi kriminali li hija applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li jinħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għall-evalwazzjoni, mill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin impost mill-Artikolu 2(2) tad-[Deċiżjoni Qafas 2002/584], kif traspost fid-dritt Belġjan permezz tal-Wet EAB, din id-dispożizzjoni tippermetti li jsir riferiment għal liġi kriminali fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew u li aggravat l-iskala tal-piena b’paragun mal-liġi li kienet applikabbli fl-Istat Membru emittenti fil-mument li fih twettqu r-reati?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-reat li għalih inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunx punibbli, fl-Istat Membru emittenti, b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif iddefinit fid-dritt tal-Istat Membru emittenti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt tal-Istat Membru emittenti fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti li taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew jew id-dritt tal-Istat Membru emittenti fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ir-reati elenkati f’din id-dispożizzjoni jagħtu lok għal konsenja, taħt il-kundizzjonijiet previsti minn din id-deċiżjoni qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt, jekk ikunu punibbli fl-Istat Membru emittenti b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif ikunu ddefiniti fid-dritt tal-Istat Membru emittenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għalhekk, minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li d-definizzjoni ta’ dawn ir-reati u l-pieni applikabbli huma dawk li jirriżultaw mid-dritt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>tal-Istat Membru emittenti<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070503">3 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Advocaten voor de Wereld</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑303/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:261">EU:C:2007:261</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-formulazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma tippreċiżax liema verżjoni ta’ dan id-dritt għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni sabiex tivverifika jekk il-kundizzjoni tal-livell minimu ta’ piena għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, prevista f’din id-dispożizzjoni, tiġix issodisfatta, meta l-imsemmi dritt ikun ġie emendat bejn id-data tal-fatti li taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew u d-data tal-ħruġ, jew anki ta’ eżekuzzjoni, tal-mandat ta’ arrest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Gvern Belġjan u dak Spanjol kif ukoll il-Prosekutur Ġenerali, il-fatt li jintuża l-preżent indikattiv fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma jippermettix li jiġi konkluż li l-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għal dan il-għan hija dik fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 33 u 42 tal-konklużjonijiet tiegħu, minn naħa, il-preżent indikattiv huwa komunement użat fil-leġiżlazzjoni sabiex jesprimi n-natura obbligatorja ta’ dispożizzjoni u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 2(2) jikkonċerna kemm il-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa għal finijiet ta’ prosekuzzjoni u, għaldaqstant, f’mument meta r-reat inkwistjoni jkun għadu ma ġiex issanzjonat, kif ukoll il-mandati ta’ arrest Ewropej maħruġa għal finijiet ta’ eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija. Għaldaqstant, mill-użu tal-preżent indikattiv f’din id-dispożizzjoni ma tista’ tiġi dedotta ebda indikazzjoni dwar il-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li tkun rilevanti fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tingħata interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandu jittieħed kont mhux biss tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha u tal-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tifforma parti (sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Koushkaki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑84/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:862">EU:C:2013:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:879">EU:C:2016:879</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vilkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑640/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:39">EU:C:2017:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-kuntest li jagħmel parti minnu l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 2 jiddefinixxi, kif jindika t-titolu tiegħu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew. Skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas, mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal fatti li jkunu punibbli mil-liġi tal-Istat Membru emittenti b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas 12‑il xahar jew, fejn tkun ingħatat sentenza jew tkun ġiet imposta ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi ta’ mill-inqas erba’ xhur. Hekk kif<?PAGE NO="6"?> irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 22 u 24 tal-konklużjonijiet tiegħu, ladarba tiġi ssodisfatta l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(1), bħala alternattiva, għall-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, il-paragrafi 2 u 4 tal-imsemmi artikolu jistabbilixxu distinzjoni bejn ir-reati li fir-rigward tagħhom l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew hekk maħruġ għandha ssir mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt u dawk li għalihom din l-eżekuzzjoni tista’ tkun suġġetta għal tali verifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, mill-kliem tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu jirriżulta li, fir-rigward tal-ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ kundanna, bħalma huwa l-każ hawnhekk, il-minimu ta’ erba’ xhur jista’ biss jirreferi għall-piena mogħtija konkretament f’din id-deċiżjoni konformement mad-dritt tal-Istat Membru emittenti applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għal din id-deċiżjoni, u mhux għall-piena li setgħet tiġi imposta skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru applikabbli fid-data tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ma jistax ikun mod ieħor fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, qabelxejn, l-interpretazzjoni li tgħid li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt tal-Istat Membru emittenti applikabbli f’data differenti, skont jekk hija tivverifikax jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew setax jinħareġ konformement mal-Artikolu 2(1) ta’ din id-deċiżjoni qafas, jew jekk dan il-mandat ta’ arrest għandux jiġi eżegwit mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt skont l-Artikolu 2(2) tal-imsemmija deċiżjoni qafas, tippreġudika l-applikazzjoni koerenti ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fatti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, filwaqt li l-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas isemmi r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>reati [li] huma punibbli fl-Istat Membru emittenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, ma jistax, kuntrarjament għal dak li qed isostnu l-Gvern Belġjan u dak Spanjol kif ukoll il-Prosekutur Ġenerali, jikkorroboraw din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, indipendentement mir-raġuni li għaliha l-leġiżlatur tal-Unjoni adotta dawn iż-żewġ formulazzjonijiet, id-differenza bejniethom bl-ebda mod ma tippermetti li jiġi konkluż li l-verżjoni tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tal-imsemmija deċiżjoni qafas għandha tkun dik fis-seħħ fid-data tal-ħruġ ta’ dan il-mandat ta’ arrest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-rigward tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kuntrarjament għal dak li allega l-Prosekutur Ġenerali waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni ma hija ta’ ebda rilevanza għad-determinazzjoni tal-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, iktar u iktar peress li tirreferi biss għad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-interpretazzjoni li tgħid li l-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hija dik applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew hija sostnuta mill-Artikolu 8 ta’ din id-deċiżjoni qafas. Dan jipprevedi l-informazzjoni intiża li tipprovdi d-dettalji formali minimi, neċessarji sabiex tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ eżekuzzjoni li jeżegwixxu malajr il-mandat ta’ arrest Ewropew, billi jadottaw b’urġenza d-deċiżjoni tagħhom dwar il-konsenja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180123">23 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Piotrowski</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:27">EU:C:2018:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 8(1)(f) ta’ din id-deċiżjoni qafas, il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jinkludi, b’mod partikolari, l-informazzjoni dwar il-piena imposta, fil-każ ta’ sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni prevista għar-reat mil-liġi tal-Istat Membru emittenti, fejn tali informazzjoni għandha<?PAGE NO="7"?> tiġi ppreżentata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>skond il-formola li tinsab fl-Anness<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-imsemmija deċiżjoni qafas, formola li għalhekk għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160601">1 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Bob‑Dogi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑241/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:385">EU:C:2016:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fit-taqsima (c) ta’ din il-formola, huwa previst li l-indikazzjonijiet dwar it-tul tal-piena li l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tipprovdi jirrigwardaw, skont il-punt 1 tat-taqsima, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[t]ul massimu tal-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni li tista’ tiġi imposta għar-reat(i)<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u, skont il-punt 2 tat-taqsima, it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>[t]ul tal-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni imposta<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-formulazzjoni stess tat-taqsima (c) tal-imsemmija formola u, b’mod partikolari, mill-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>imposta<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> użata sabiex tiġi deskritta l-piena li fir-rigward tagħha jkollhom jiġu pprovduti indikazzjonijiet, jirriżulta li din il-piena hija dik li, skont il-każ, tista’ tiġi imposta jew li tkun ġiet imposta konkretament fid-deċiżjoni ta’ kundanna u, għaldaqstant, dik li tirriżulta mill-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li tkun applikabbli għall-fatti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 58 u 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 tirrigwarda elementi konkreti tal-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew, hekk kif jirriżulta b’mod iktar partikolari mit-taqsima (e) ta’ din il-formola, li tgħid li l-awtorità ġudizzjarja emittenti hija obbligata tippreċiża ċ-ċirkustanzi li fihom twettaq ir-reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax, sabiex tivverifika l-osservanza tal-limitu minimu tal-piena prevista fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, tieħu inkunsiderazzjoni verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li tkun differenti minn dik applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 hija kkorroborata mill-għan tad-deċiżjoni qafas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 5 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, din hija intiża, bl-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ssemplifikata u iktar effikaċi ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew issuspettati li jkunu kisru l-liġi kriminali, li tiffaċilita u tħaffef il-kooperazzjoni ġudizzjarja bil-għan li tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan mogħti lill-Unjoni li ssir spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja msejsa fuq il-livell għoli ta’ fiduċja li għandu jeżisti bejn l-Istati Membri (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lanigan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160405">5 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Aranyosi u Căldăraru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/15 u C‑659/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:198">EU:C:2016:198</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Vilkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑640/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:39">EU:C:2017:39</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Issa, fil-każ fejn id-dritt tal-Istat Membru emittenti, li għandu jissemma mill-awtorità ġudizzjarja emittenti konformement mal-formola li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, u li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi vverifikat jekk mandat ta’ arrest Ewropew għandux jiġi eżegwit, skont l-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt, ma kienx dak li jkun applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ dan il-mandat ta’ arrest, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ ssib diffikultajiet ta’ identifikazzjoni tal-verżjoni rilevanti ta’ dan id-dritt meta l-imsemmi dritt ikun ġie emendat bejn id-data tal-fatti u d-data li fiha din l-awtorità tal-aħħar tkun trid tieħu deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tkun tista’ tibbaża ruħha, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, fuq l-informazzjoni dwar it-tul tal-piena li tinsab fil-mandat ta’ arrest Ewropew innifsu, konformement mal-formola li tinsab fl-anness ta’ din id-deċiżjoni qafas. Fil-fatt, peress li, konformement mal-Artikolu 17(1) tal-imsemmija deċiżjoni qafas, mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi ttrattat u eżegwit b’urġenza, l-eżami tad-dritt tal-Istat Membru emittenti li din l-awtorità tintalab twettaq fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 2(2)<?PAGE NO="8"?> għandu neċessarjament ikun rapidu u, konsegwentement, għandu jsir abbażi tal-informazzjoni disponibbli fil-mandat ta’ arrest Ewropew innifsu. Li din l-awtorità tintalab tivverifika, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ dan il-mandat, jekk id-dritt tal-Istat Membru emittenti li jkun applikabbli għall-fatti inkwistjoni ma jkunx ġie emendat wara d-data ta’ dawn il-fatti jmur kontra l-għan tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 kif imfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Interpretazzjoni differenti tkun barra minn hekk sors ta’ inċertezzi, fid-dawl tad-diffikultajiet li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tiltaqa’ magħhom sabiex tidentifika l-verżjonijiet differenti eventwalment rilevanti ta’ dan id-dritt u, konsegwentement, tmur kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali. Barra minn hekk, jekk l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew tkun tiddependi fuq il-liġi applikabbli fil-mument tal-ħruġ tiegħu, dan ikun qiegħed jippreġudika r-rekwiżiti ta’ prevedibbiltà li jirriżultaw mill-istess prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jista’ jippermetti lil Stat Membru emittenti, billi jemenda l-pieni imposti fil-leġiżlazzjoni tiegħu, li jpoġġi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni persuni li, fid-data tal-fatti li jikkostitwixxu r-reat, setgħu jibbenefikaw mill-kontroll tal-kriminalità doppja tal-fatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward ukoll tal-argument sostnut mill-Gvern Belġjan u dak Spanjol, li jgħid li l-obbligu, għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni, li tieħu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-verżjoni tad-dritt tal-Istat Membru emittenti fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew jikkontribwixxi, f’dan il-każ, għall-għan li tiġi ffaċilitata l-konsenja tal-persuna kkonċernata sa fejn, fid-dawl ta’ din il-verżjoni, il-kundizzjoni ta’ stħarriġ ta’ kriminalità doppja tal-fatt ma tkunx iktar applikabbli. Għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni li għandha tintgħażel għal din id-dispożizzjoni ma tistax tiddependi fuq iċ-ċirkustanzi fattwali speċifiċi ta’ każ individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett għandu jitfakkar li, fil-qasam irregolat mid-Deċiżjoni Qafas 2002/584, il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li jikkostitwixxi, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessa 6 tagħha, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>pedament<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fil-materji kriminali, jiġi applikat fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-deċiżjoni qafas, li jgħid li l-Istati Membri huma bħala prinċipju obbligati li jeżegwixxu mandat ta’ arrest Ewropew. Minn dan isegwi li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tista’ tirrifjuta li teżegwixxi dan il-mandat biss fil-każijiet, elenkati b’mod eżawrjenti, ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni obbligatorja, previsti fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, jew ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva, previsti fl-Artikoli 4 u 4a tad-deċiżjoni qafas. Barra minn hekk, l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew tista’ tkun suġġetta biss għal waħda mill-kundizzjonijiet previsti b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 5 tal-imsemmija deċiżjoni qafas (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191212">12 ta’ Diċembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Openbaar Ministerie (Prosekutur tar-Re għal Brussell)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑627/19 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1079">EU:C:2019:1079</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li r-reat inkwistjoni ma jistax jagħti lok għal konsenja mingħajr verifika tal-kriminalità doppja tal-fatt, skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, ma jfissirx madankollu li l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha tiġi rrifjutata. Fil-fatt, hija l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li għandha teżamina l-kriterju ta’ kriminalità doppja tal-fatt stabbilit fl-Artikolu 2(4) ta’ din id-deċiżjoni qafas fir-rigward ta’ dan ir-reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domandi preliminari magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-reat li għalih inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunx punibbli fl-Istat Membru emittenti b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif iddefinit fid-dritt tal-Istat Membru emittenti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt tal-Istat Membru emittenti fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat‑<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi vverifikat jekk ir-reat li għalih inħareġ mandat ta’ arrest Ewropew ikunx punibbli fl-Istat Membru emittenti b’piena jew b’miżura li tneħħi l-libertà ta’ massimu ta’ mill-inqas tliet snin, kif iddefinit fid-dritt tal-Istat Membru emittenti, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dritt tal-Istat Membru emittenti fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti li jkunu taw lok għall-kawża li fil-kuntest tagħha jkun inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>