Official Journal L 183 , 22/07/2003 P. 0045 - 0045
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2003 li tiddiferixxi d-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE għal ċertu apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr (notifikata taħt id-dokument numru C(2003) 2591) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2003/525/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/KE tad-29 ta' April 1999 dwar apparat tal-pressa li jista' jinġarr [1] kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/50/KE [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 17(2) tagħha, Billi: (1) M'hemm l-ebda speċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati u l-ebda referenzi adegwati għall-livelli Ewropej li huma rilevanti ma ġew miżjuda ma' l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta' Novembru 1994 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport bis-sewqan ta' prodotti perikolużi [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/28/KE tas-7 ta' April 2003 [4] u għad-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport ta' prodotti perikolużi bil-ferrovija [5], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/29/KE tas-7 ta' April 2003 [6], għaċ-ċilindri ta' pressjoni, gruppi ta' ċilindri u t-tankijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/36/KE. Bħala konsegwenza, id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 94/55/KE għandha għalhekk tkun differita fir-rigward ta' dan l-apparat ta' pressjoni li jista' jinġarr. (2) L-Artikolu 18 tad-Direttiva 1999/36/KE jistabbilixxi li, matul perijodu ta' transizzjoni ta' 24 xahar mill-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fis-suq u l-użu ta' l-apparat tal-pressjoni li jista' jinġarr li jikkonforma mar-regolamenti fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2001. Bħala konsegwenza, id-data ta' l-iskadenza ta' dak il-perijodu għandha tkun differita wkoll. (3) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat għat-trasport ta' prodotti perikolużi stabbilit skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/55/KE. ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-data ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/36/KE hija differita għall-1 ta' Lulju 2005 fir-rigward taċ-ċilindri ta' pressjoni, il-gruppi ta' ċilindri u t-tankijiet. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul fis-suq u l-użu ta' l-apparat imsemmi fl-Artikolu 1 li jkun konformi mar-regolamenti fis-seħħ fit-territorju tagħhom qabel l-1 ta' Lulju 2005 sa 24 xahar minn dik id-data u għandhom jawtorizzaw l-użu sussegwenti ta' apparat bħal dan imdaħħal fis-suq qabel dik id-data. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2003. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-18 ta' Lulju 2003. Għall-Kummissjoni Loyola De Palacio Viċi-President [1] ĠU L 138, ta' l-1.6.1999, p. 20. [2] ĠU L 149, tas-7.6.2002, p. 28. [3] ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 7. [4] ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 45. [5] ĠU L 235, tas-17.9.1996, p. 25. [6] ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 47. --------------------------------------------------