<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑32/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CC0032</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:663">EU:C:2012:663</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET CRUZ VILLALÓN — KAWŻA C-32/11</P><P>ALLIANZ HUNGÁRIA BIZTOSÍTÓ <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Cruz Villalón</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-32/11</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Allianz Hungária Biztosító Zrt.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Generali-Providencia Biztosító Zrt.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Paragon-Alkusz Zrt., suċċessur fid-dritt ta’ Magyar Opelkereskedők Bróker Kft.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gazdasági Versenyhivatal</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (l-Ungerija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Atti ta’ ftehim bejn impriżi</KEYWORD><KEYWORD>Atti ta’ ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u uħud li jsewwu l-karozzi fejn ir-rati ta’ kull siegħa għat-tiswija mħallsin lil dawn tal-aħħar mill-kumpannija tal-assigurazzjoni jiddependu min-numru u mill-proporzjon ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din l-impriża tal-assigurazzjoni permezz ta’ dawk li jagħmlu t-tiswijiet li jaġixxu bħala intermedjarji</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>atti ta’ ftehim li għandhom l-għan tal-prevenzjoni, tar-restrizzjoni jew tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága (il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Ungerija) għamlet domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE għall-finijiet tal-eżami ta’ rikors li għandu l-għan li jikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni adottata mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni li fiha ġew issanzjonati bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u li huma inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni Ungeriża diversi atti ta’ ftehim milħuqa minn sensiela ta’ kumpanniji tal-assigurazzjoni, ta’ bejjiegħa tal-karozzi u ta’ dawk li jsewwuhom, kif ukoll minn assoċjazzjoni li tiġbor lil dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni għandha żewġ aspetti. Fl-ewwel lok, jidhirli li ċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzawha jġibu magħhom eżami tal-ammissibbiltà tad-domanda preliminari magħmula. Għalkemm din taffettwa kunċett tad-dritt tal-Unjoni, huwa stabbilit li l-kawża prinċipali hija rregolata mir-regoli nazzjonali Ungeriżi dwar il-kompetizzjoni. Għaldaqstant, ser nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara li minħabba l-assenza manifesta ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>riferiment ċar u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għad-dritt tal-Unjoni kif inhu mifhum fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ammissibbiltà ta’ dan it-tip ta’ domanda preliminari ma humiex sodisfatti f’dan il-każ.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Indipendentement minn dan, ser nanalizza, b’mod sussidjarju, il-bażi tal-kawża li, kif għadni kif għedt, tirrigwarda prattiki li allegatament għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u li jidħlu f’kuntest partikolarment kumpless ikkaratterizzat minn ċertu numru ta’ atti ta’ ftehim vertikali li madankollu jistgħu jkunu ġew influwenzati minn ftehim orizzontali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20031216">16 ta’ Diċembru 2003</DATE>, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 25.</P></NOTE> jirregola r-relazzjoni bejn l-Artikoli 81 KE u 82 KE (li saru l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) u l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>[f]ejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet tal-impriża jew prattiċi miftiehma fis-sens ta’ l-Artikolu 101(1) [TFUE] li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-disposizzjoni, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu [101 TFUE] għal ftehim bħal dawn, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri jew qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal xi kwalunkwe abbuż projbit mil-Artikolu [102 TFUE], dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu [102 TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax twassal għal projbizzjoni ta’ ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jew prattiki miftiehma li jista jaffetwa il-kummerċ bejn l-Istati Membri imma ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 101(1) [TFUE], jew ma jilħaqx il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 101(3) [TFUE] jew li huma kopruti min xi Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 101(3) [TFUE]. Stati Membri mhux taħt dan ir-Regolament jiġu preklużi milli jadottaw u japplikaw fuq it-territorju tagħhom liġijiet nazzjonali aktar stretti li jipprojbixxu jew jissanzjonaw kondotta unilaterali imqabdin biex jaħdmu min xi impriża.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 3(3) jgħid dan li ġej: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Mingħajr preġudizzju għal Prinċipji ġenerali u disposizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Komunità, paragrafu 1 u 2 ma japplikawx meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-kontrol tal-għaqda u lanqas l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu b’mod predominanti għan differenti min dak segwut mil-Artikoli [101 TFUE] u [102 TFUE].<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Ungeriża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur Ungeriż adotta fl-1996 liġi li tipprojbixxi prattiki kummerċjali inġusti jew li jirrestrinġu l-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Liġi Nru LVII. tal-1996 (A tisztességtelen piaci magatartás és a versenykorlátozás tilalmáról szóló 1996. évi LVII. Törvény, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Tpvt.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</P></NOTE> fejn il-preambolu jindika li l-adozzjoni tat-test saret skont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>l-eżiġenza ta’ approssimazzjoni tar-regoli tal-Komunità Ewropea u tat-tradizzjonijiet tal-liġi Ungeriża fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(2) tat-Tpvt., id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-liġi japplikaw għall-prattiki rregolati mill-Artikoli 81 KE u 82 KE (li saru l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE) jekk il-kawża tirrigwarda l-kompetenza tal-Uffiċċju Ungeriż tal-Kompetizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) bl-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Projbizzjonijiet ta’ atti ta’ ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tal-Kapitolu IV tat-Tpvt., jiddikjara li huma pprojbiti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>kull ftehim bejn impriżi, kull prattika miftiehma u kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni ta’ impriżi, ta’ korpi ta’ dritt pubbliku, ta’ assoċjazzjonijiet u ta’ entitajiet simili oħrajn […] li għandhom l-għan jew li għandhom jew jista’ jkollhom effett li jipprevjenu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni fil-kompetizzjoni. Din id-definizzjoni ma tirrigwardax atti ta’ ftehim milħuqa bejn impriżi li ma humiex indipendenti waħda minn oħra<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sa mill-aħħar tas-sena 2002, ċertu numru ta’ bejjiegħa tal-karozzi li kienu jagħmlulhom tiswijiet ukoll, qabbdu lill-assoċjazzjoni nazzjonali tal-bejjiegħa tal-karozzi tad-ditta (Gépjármű Márkakereskedők Országos Szövetsége, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>GÉMOSZ<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) sabiex kull sena tinnegozja f’isimhom mal-kumpanniji tal-assigurazzjoni ftehim qafas dwar ir-rati għal kull siegħa applikabbli għat-tiswijiet ta’ vetturi involuti f’inċidenti, liema tiswijiet ikunu responsabbli għalihom dawn l-assiguraturi.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-bejjiegħa inkwistjoni kienu marbutin doppjament mal-kumpanniji tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari mal-kumpannija Allianz Hungária Biztosító Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Allianz<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) kif ukoll mal-kumpannija Generali-Providencia Biztosító Zrt. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Generali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Minn naħa, huma jaġixxu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>intermedjarji<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-assiguraturi billi jipproponu lill-klijenti tagħhom li jissottoskrivu, waqt il-bejgħ jew it-tiswija tal-vetturi, għal assigurazzjoni tal-karozzi mal-kumpanniji ċċitati iktar ’il fuq. Min-naħa l-oħra, il-bejjiegħa, fil-każ ta’ inċident, isewwu l-karozzi assigurati għan-nom tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-2004 u l-2005, il-GÉMOSZ u Allianz, kull sena għamlu ftehim dwar ir-rati ta’ kull siegħa ta’ tiswija. Imbagħad Allianz kkonkludiet sensiela ta’ atti ta’ ftehim individwali ma’ bejjiegħa differenti li bis-saħħa tagħhom il-kwota tar-rata ta’ kull siegħa tat-tiswija kienet tiżdied jekk il-poloz ta’ assigurazzjoni tal-karozzi sottoskritti ma’ Allianz kienu jilħqu perċentwali partikolari tat-total tal-kuntratti kkummerċjalizzati mill-bejjiegħ inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Skont Allianz, dan it-tip ta’ ftehim ta’ dan l-assiguratur kellu tliet partijiet differenti ta’ remunerazzjoni, skont il-parti tal-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ Allianz ikkummerċjalizzati mill-bejjiegħ, jiġifieri (i) inqas minn 30 %, (ii) bejn 30 u 50 %, u (iii) iktar minn 50 % mit-total tal-kuntratti ta’ assigurazzjonijiet ikkummerċjalizzati mill-bejjiegħ. Iż-żieda miftiehma fir-rata ta’ kull siegħa ta’ tiswija tal-vetturi kienet (i) ta’ 10-11 % għall-bejjiegħa li jbigħu inqas minn 30 % tal-bejgħ ta’ assigurazzjonijiet tagħhom bil-prodotti ta’ Allianz, (ii) ta’ 12-13 % għal dawk li jbigħu bejn 30 u 50 % tal-bejgħ tagħhom ta’ assigurazzjonijiet bil-prodotti ta’ Allianz, u (iii) ta’ 14-15 % għal dawk li jbigħu iktar minn 50 % tal-bejgħ tagħhom ta’ assigurazzjonijiet bil-prodotti ta’ Allianz. Minkejja dak li ntqal iktar ’il fuq, l-assiguratriċi l-oħra inkwistjoni, Generali, issostni li l-biċċa l-kbira ta’ kull ftehim milħuq minn Allianz mal-bejjiegħa kien jistabbilixxi żieda tar-rata ta’ kull siegħa ta’ tiswija fil-każ biss fejn il-prodotti ta’ Allianz ikkummerċjalizzati minn dawn il-bejjiegħa jirrappreżentaw 50 % tal-bejgħ tagħhom.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, Generali ma kkonkludiet l-ebda ftehim qafas mal-GÉMOSZ matul il-perijodu kkunsidrat, imma għamlet atti ta’ ftehim individwali ma’ bejjiegħa u, fil-prattika, dawn ibbenefikaw minn klawżola ta’ żieda tar-rata ta’ kull siegħa simili għall-istipulazzjonijiet deskritti hawn fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont din il-kumpannija ta’ assigurazzjoni, il-kuntratti konklużi minn Generali mal-bejjiegħa jistabbilixxu żieda tar-remunerazzjoni tagħhom fil-każ li l-prodotti Generali jirrappreżentaw 30 % tal-kuntratti kkummerċjalizzati minn dawn il-bejjiegħa. Dan il-għan kien ta’ 10 punti iktar għall-parti tas-suq ta’ Generali matul il-perijodu kkunsidrat, jiġifieri 20 %.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20061221">21 ta’ Diċembru 2006</DATE>, l-Uffiċċju Ungeriż tal-Kompetizzjoni (Gazdasági Versenyhivatal) iddikjara li kien jikser l-Artikolu 11 tat-Tpvt. kull ftehim bħal dan li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Fl-ewwel lok, tliet deċiżjonijiet adottati mill-GÉMOSZ bejn l-2003 u l-2005, li jistabbilixxu t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tariffi rrakkomandati<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> lill-bejjiegħa tal-karozzi tad-ditta għat-tiswija ta’ vetturi bil-ħsara wara inċident, biex jiġu applikati għall-assiguraturi;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>Fit-tieni lok, il-ftehim qafas milħuq fl-2004 u l-2005 bejn il-GÉMOSZ u Allianz u kull ftehim differenti individwali milħuq matul l-istess perijodu bejn il-bejjiegħa differenti u, rispettivament, Allianz u Generali;</P></ITEM><ITEM><P>Fit-tielet lok, kull ftehim differenti milħuq bejn l-2000 u l-2005 bejn Allianz u Generali, minn naħa, u intermedjarji differenti tal-assigurazzjoni (Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz Kft., Magyar Opelkereskedők Bróker Kft. u Porsche Biztosítási Alkusz Kft.), min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kummissjonijiet li kellhom jirċievu dawn tal-aħħar skont in-numru ta’ poloz tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni inkwistjoni kkummerċjalizzati.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Insostenn tad-deċiżjoni tiegħu, l-Uffiċċju Ungeriż tal-Kompetizzjoni sostna li dan it-tip ta’ atti ta’ ftehim, meħud kull wieħed individwalment jew flimkien, kellu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni kemm fis-suq tal-kuntratti tal-assigurazzjoni kif ukoll f’dak tas-servizzi tat-tiswija tal-karozzi. Skont din l-istess awtorità tal-kompetizzjoni, l-Artikolu 101 TFUE ma japplikax għall-atti ta’ ftehim inkwistjoni, fin-nuqqas ta’ effett fuq il-kummerċ intrakomunitarju, b’mod li l-illegalità tiegħu tirriżulta biss mid-dispożizzjonijiet Ungeriżi tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara li ġiet ikkonstatata l-illegalità tal-atti ta’ ftehim, dan l-Uffiċċju pprojbixxa li jitkomplew il-prattiki kkontestati u impona multi fl-ammont ta’ HUF 5 319 000 000 fuq Allianz, ta’ HUF 1 046 000 000 fuq Generali, ta’ HUF 360 000 000 fuq il-GÉMOSZ, ta’ HUF 13 600 000 fuq Magyar Peugeot Márkakereskedők Biztosítási Alkusz u ta’ HUF 45 000 000 fuq Magyar Opelkereskedők Bróker.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Adita b’rikors minn dik id-deċiżjoni, il-Fővárosi Bíróság (il-Qorti Metropolitana ta’ Budapest) laqgħetu parzjalment, imma ġie ppreżentat appell mid-deċiżjoni tagħha, li fil-kuntest tiegħu l-Fővárosi ĺtélőtábla (il-Qorti tal-Appell Metropolitana) iddikjarat mill-ġdid li d-deċiżjoni kkontestata kollha kienet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Ġie ppreżentat appell minn din is-sentenza quddiem il-Legfelsőbb Bíróság (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), li, wara li osservat li l-kliem tal-Artikolu 11(1) tat-Tpvt. kien kważi identiku ma’ dak tal-Artikolu 101(1) TFUE, invokat l-interess manifest li dispożizzjonijiet jew kunċetti meħudin mid-dritt tal-Unjoni jiġu interpretati b’mod uniformi u għamlet id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u ċerti kumpanniji li jsewwu l-karozzi jew bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u assoċjazzjoni ta’ kumpanniji li jsewwu l-karozzi, li permezz tagħhom ir-rata għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ tiswija mħallsa lil kumpannija li ssewwi l-karozzi mill-kumpannija tal-assigurazzjoni għat-tiswija ta’ karozzi assigurati minn din tal-aħħar tiddependi, fost fatturi oħra, min-numru u mill-proporzjon tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din il-kumpannija tal-assigurazzjoni permezz tal-kumpannija li ssewwi l-karozzi, li jaġixxu bħala intermedjarji ta’ assigurazzjoni jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li jiksru l-Artikolu 101(1) TFUE billi huma ftehim li għandhom l-għan ta’ prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju trid tkun taf jekk l-Artikolu 101(1) TFUE jipprekludix ċertu tip ta’ atti ta’ ftehim bejn l-impriżi. Fid-domanda preliminari tagħha, din il-qorti sostniet, iżda, li din id-dispożizzjoni tat-Trattat ma kinitx tapplika f’dan il-każ billi l-atti ta’ ftehim kkontestati ma kellhomx effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, il-legalità tagħhom għandha tiġi eżaminata biss fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Ungeriż fuq il-kompetizzjoni, partikolarment l-Artikolu 11(1) tat-Tpvt. Din l-idea li kienet il-punt tat-tluq tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ungeriż tal-Kompetizzjoni ma ġiet ikkontestata minn l-ebda parti.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Minkejja n-natura purament interna tal-kawża li tat lok għall-kawża prinċipali, il-Qorti Suprema Ungeriża ddeċidiet li kien meħtieġ li tagħmel domanda dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u enfasizzat li n-natura tal-atti ta’ ftehim kkontestati fir-rigward tad-dritt Ungeriż (it-Tpvt.) huma bbażati fuq kunċetti li essenzjalment huma identiċi ma’ dawk msemmija fl-artikolu tat-TFUE ċċitat iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 11(1) tat-Tpvt. jirriproduċi, kważi kelma b’kelma, mingħajr varjazzjoni, il-projbizzjoni ta’ atti ta’ ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE (li kien l-Artikolu 81 KE). Għal din ir-raġuni l-qorti tar-rinviju tikkunsidra li l-klassifikazzjoni tal-atti ta’ ftehim ikkontestati bħala atti ta’ ftehim li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni timplika interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE u li l-intervent tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher iġġustifikat mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>interess Komunitarju manifest sabiex id-dispożizzjonijiet jew kunċetti meħudin mid-dritt Komunitarju (li fosthom hemm il-kunċetti msemmijin fl-Artikolu 11(1) tat-Tpvt. applikabbli f’dan il-każ) ikunu suġġetti għal interpetazzjoni uniformi, indipendentement miċ-ċirkustanzi tal-applikazzjoni tagħhom, sabiex jiġi evitat kull riskju ta’ interpretazzjoni diverġenti fil-ġejjieni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni sostniet ukoll l-ammissibbiltà tat-talba preliminari. Il-Kummissjoni enfasizzat b’mod partikolari li għalkemm id-dritt tal-Unjoni ma ġiex applikat direttament f’dan il-każ, għad-differenza ta’ dak li ġara fil-kawżi msemmija iktar ’il fuq, ir-rabta partikolari bejn il-liġi fuq il-kompetizzjoni u d-dritt tal-Unjoni tinneċessita l-interpretazzjoni mixtieqa mill-qorti Ungeriża.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’sensiela ta’ deċiżjonijiet li joriġinaw mis-sentenza Dzodzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, Dzodzi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/88+C-97/89" PAGE.ECR="I-3763" YEAR="1990">C-297/88 u C-97/89, Ġabra p. I-3763</REF.DOC.ECR>. Hemm forsi preċedent ukoll fis-sentenza tas-<DATE ISO="19850926">26 ta’ Settembru 1985</DATE>, Thomasdünger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="166/84" PAGE.ECR="3001" YEAR="1985">166/84, Ġabra p. 3001</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma ammissibbli talbiet għal deċiżjoni preliminari li jirrigwardaw dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għalkemm din ma kinitx applikabbli f’dak il-każ, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>fil-każ partikolari fejn id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jirreferi għall-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni sabiex jiġu stabbiliti r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni kompletament interna ta’ dan l-Istat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Favur din is-soluzzjoni s-sentenza ċċitata iktar ’il fuq tinvoka l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>interess manifest tal-Unjoni li, sabiex jiġu evitati d-diverġenzi futuri ta’ interpretazzjoni, id-dispożizzjonijiet jew il-kunċetti meħuda mid-dritt tal-Unjoni jingħataw interpretazzjoni uniformi, indipendentement miċ-ċirkustanzi li fihom huma għandhom japplikaw<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, għalkemm huma biss il-qrati nazzjonali li għandhom japplikaw id-dispożizzjoni kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ dritt tal-kawża li biha jkunu aditi, kif ukoll jevalwaw l-portata eżatta ta’ dak ir-rinviju fid-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza Dzodzi, punti 34 sa 41.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-passat kienu diversi avukat ġenerali li esprimew riżervi ċari fir-rigward ta’ dan l-approċċ ġurisprudenzjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ħarsa ġenerali tajba tal-kritika fformulata tinsab fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo ppreżentati fis-<DATE ISO="20000926">26 ta’ Settembru 2000</DATE> fil-kawża Kofisa Italia (sentenza tal-<DATE ISO="20010111">11 ta’ Jannar 2001</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-1/99" PAGE.ECR="I-207" YEAR="2001">C-1/99, Ġabra p. I-207</REF.DOC.ECR>), fil-punti 22 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. Qabel, l-Avukat Ġenerali Mancini, fil-konklużjonijiet ippreżentati fil-<DATE ISO="19850515">15 ta’ Mejju 1985</DATE> fil-kawża Thomasdünger, iċċitata iktar ’il fuq, kien diġà wera l-oppożizzjoni tiegħu għall-ammissibbiltà ta’ dawn it-tipi ta’ domandi preliminari li, skont hu, kienu jiksru wkoll id-dispożizzjonijiet tat-Trattat. Esprimew ruħhom fl-istess sens l-Avukat Ġenerali Darmon, fil-konklużjonijiet li għamel fit-<DATE ISO="19900703">3 ta’ Lulju 1990</DATE> fil-kawża Dzozi, iċċitata iktar ’il fuq, l-Avukat Ġenerali Tizzano, fil-konklużjonijiet tiegħu li għamel fil-kawża Adam, iċċitata iktar ’il fuq, u l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Leur-Bloemm fis-<DATE ISO="19960917">17 ta’ Settembru 1996</DATE> (sentenza tas-<DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/95" PAGE.ECR="I-4161" YEAR="1997">C-28/95, Ġabra p. I-4161</REF.DOC.ECR>), kif ukoll l-kawża BIAO, fil-<DATE ISO="20011115">15 ta’ Novembru 2001</DATE> (sentenza tas-<DATE ISO="20030107">7 ta’ Jannar 2003</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/99" PAGE.ECR="I-1" YEAR="2003">C-306/99, Ġabra p. I-1</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minkejja din il-kritika, il-Qorti tal-Ġustizzja żammet din il-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi Leur-Bloem, iċċitata iktar ’il fuq; tas-<DATE ISO="19981126">26 ta’ Novembru 1998</DATE>, Bronner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-7/97" PAGE.ECR="I-7791" YEAR="1998">C-7/97, Ġabra p. I-7791</REF.DOC.ECR>); Kofisa Italia, iċċitata iktar ’il fuq; Adam, iċċitata iktar ’il fuq; BIAO, iċċitata iktar ’il fuq, u tas-<DATE ISO="20060316">16 ta’ Marzu 2006</DATE>, Poseidon Chartering (C -<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="3/04" PAGE.ECR="I-2505" YEAR="2006">3/04, Ġabra p.I-2505</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitqies il-fatt li l-aċċettazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ dan it-tip ta’ domandi preliminari ġiet suġġetta għal kundizzjonijiet. Għalhekk, mis-sentenza Kleinwort Benson<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19950328">28 ta’ Marzu 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-346/93" PAGE.ECR="I-615" YEAR="1995">C-346/93, Ġabra p. I-615</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja introduċiet preċiżazzjoni importanti, billi eżiġiet li r-riferiment għad-dritt tal-Unjoni li għamel id-dritt nazzjonali ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li wassal sabiex din il-kundizzjoni<?PAGE NO="6"?> tissemmha b’mod pożittiv minn diversi avukati ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Konklużjonijiet, iċċitatati iktar ’il fuq, tal-Avukati Ġenerali Ruiz-Jarabo, fil-kawża Kofisa Italia, Jacobs, fil-kawża BIAO, u Tizzano, fil-kawża Adam.</P></NOTE>. Skont dan l-approċċ, id-digriet mogħti fil-kawża Club Náutico de Gran Canaria għamel użu strett ta’ din l-eċċezzjoni f’każ li kien jirrigwarda l-Impuesto general indirecto canario (it-taxxa ġenerali indiretta tal-Gran Canaria, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>IGIC<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Essenzjalment din it-taxxa kienet tikkorrispondi mal-VAT, imma kienet tapplika fil-gżejjer ta’ Gran Canaria barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għalkemm id-dispożizzjoni dwar l-IGIC, li dwarha il-qorti tar-rinviju talbet l-interpretazzjoni, kienet tirriproduċi l-kontenut tal-liġi Spanjola dwar il-VAT, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li dik id-dispożizzjoni kienet tagħmel mhux riferiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, imma sempliċiment riproduzzjoni, li wassalha biex tiċħad id-domanda preliminari bħala inammissibbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080416">16 ta’ April 2008</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-186/07" PAGE.ECR="I-60" YEAR="2008">C-186/07, Ġabra 2008 p. I-60</REF.DOC.ECR>*).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Għalhekk, is-sentenzi bħal Leur-Bloem jew Kofisa Italia<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, rispettivament fil-punti 27 u 29.</P></NOTE>, ikkonfermaw indirettament il-validità ta’ dik il-ġurisprudenza b’raġunament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u, f’dan l-istess sens, is-sentenza ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/06" PAGE.ECR="I-10893" YEAR="2007">C-280/06, Ġabra p. I-10893</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> qalet, għalkemm ma għamlet l-ebda riferiment espliċitu għas-sentenza Kleinwort Benson, f’każ simili, li r-riferiment għad-dritt tal-Unjoni li implikat id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni ma kienet suġġetta għall-ebda kundizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 25.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’sentenza ferm iktar reċenti, Cicala<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/10" PAGE.ECR="I-14139" YEAR="2011">C-482/10, Ġabra, p. I-14139</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> (li l-parteċipanti fil-proċedura tat-talba għal deċiżjoni preliminari ma kellhomx l-okkażjoni li jinvokaw fl-osservazzjonijiet tagħhom) ma aċċettatx l-ammissibbiltà ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, fin-nuqqas ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>riferiment dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> għar-regola tad-dritt nazzjonali għad-dritt tal-Unjoni. Is-sentenza inkwistjoni f’dan ir-rigward tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet purament interni hija ġġustifikata fuq il-bażi li dawn saru applikabbli mid-dritt nazzjonali b’mod dirett u mingħajr kundizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT>, punt 19.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, din l-eżiġenza reġgħet ġiet sostnuta fil-kawża reċenti Nolan, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma kellhiex ġurisdizzjoni għaliex f’dak il-każ kien hemm l-assenza ta’ riferiment espliċitu u preċiż għad-dritt tal-Unjoni mill-ordinament ġuridiku nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE> (C-583/10, punt 47).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sens li għandu jingħata lill-kundizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, nikkunsidra li, minn naħa, li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>riferiment dirett<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tfisser li għandu jkun espliċitu u mingħajr ekwivoċi. Essenzjalment għandu jkun riferiment reali, u mhux biżżejjed sempliċi ċitazzjoni li sservi ta’ sors ta’ ispirazzjoni. Min-naħa l-oħra, fil-fehma tiegħi, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jimplika li r-riferiment jolqot il-leġiżlazzjoni kollha inkwistjoni. Riferiment iżolat tal-leġiżlatur nazzjonali għal prinċipju iżolat meħud mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jista’, fil-fehma tiegħi, ma jkunx biżżejjed, billi l-applikazzjoni għal każ bħal dak tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u, fil-verità, ir-risposta għad-domanda preliminari, jistgħu jidhru li ma humiex xierqa.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Meta ż-żewġ kundizzjonijiet jiġu sodisfatti, nikkunsidra li t-talba għal deċiżjoni preliminari mhux biss hija leġittima imma għandha fuq kollox tintlaqa’ b’mod favorevoli. Tista’, anzi għandha, tirriżulta mir-rieda spontanja tal-leġiżlatur nazzjonali li jikkonforma mad-dritt tal-Unjoni, il-konsegwenza loġika li l-qorti nazzjonali ma tistax ma tagħtix każ tal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tagħti qorti tal-Unjoni. Barra minn dan, meta ssir t-talba għal deċiżjoni preliminari mill-qorti nazzjonali, f’dan il-każ u skont loġika tajba, din ma għandhiex tkun il-frott ta’ riskju, imma għandha ssir prattika sistematika u stabbli.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dan il-qasam, nikkunsidra li ma hemmx lok li titqajjem il-kwistjoni jekk il-qorti nazzjonali għandhiex tikkonforma jew le mar-risposta li tagħti il-Qorti tal-Ġustizzja. Jirriżulta b’mod ċar mill-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali li l-qorti nazzjonali li adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’domanda preliminari f’ċirkustanzi bħal dawn, għandha tirrispetta għal kollox ir-risposta li tingħata minn din tal-aħħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Fir-rigward tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20081021">21 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Marra (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/07+C-201/07" PAGE.ECR="I-7929" YEAR="2008">C-200/07 u C-201/07, Ġabra p. I-7929</REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Bħal fil-kawża Cicala, f’dan il-każ għandu l-ewwel nett jsir magħruf, għalhekk, jekk il-liġi Ungeriża tagħmilx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>riferiment dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> għar-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-kamp tal-kompetizzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Kif ġie enfasizzat diġà, is-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, ma setgħetx tiġi invokata mill-parteċipanti f’din il-proċedura ta’ talba għal deċiżjoni preliminari, peress li ngħatat wara li ġew ippreżentati l-osservazzjonijiet rispettivi tagħhom. Madankollu dan jikkostitwixxi preċedent partikolarment rilevanti għall-finijiet ta’ din il-kawża, billi għandu ċertu numru ta’ aspetti ta’ xebh ma’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Minn naħa, is-sentenza Cicala tenfasizza, fil-punti 25 u 26 li, fil-każ li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tirreferi […] b’mod ġenerali għall-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>prinċipji bbażati fuq l-ordinament ġuridiku Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u mhux speċifikament għall-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li għalihom tirreferi d-domanda preliminari u lanqas għal prinċipji oħrajn dwar l-istess qasam, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>f’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet imsemmija fid-domandi mressqa saru, bħala tali, applikabbli direttament mid-dritt Taljan<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Fir-rigward tal-liġi Ungeriża eżaminata f’dan il-każ, ir-riferiment huwa iktar ġenerali, peress dik il-liġi tagħmel biss allużjoni b’mod astratt, fil-preambolu tagħha, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>eżiġenza ta’ approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità Ewropea u tat-tradizzjonijiet tal-liġi Ungeriża fuq il-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Fuq kollox dan ma għandux ikun sorprendenti min-naħa tal-leġiżlatur ta’ Stat li kien għadu ’l bogħod mill-istatus ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi enfasizzat il-fatt li, fiż-żewġ każijiet, il-qrati tar-rinviju talbu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ dritt primarju, li huma, barra minn hekk, ta’ natura partikolarment ġenerali, kważi ta’ dispożizzjoni ta’ prinċipju: f’każ wieħed kien hemm it-tieni inċiż tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni; fil-każ l-ieħor, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> skont l-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi sostnut li l-liġi Ungeriża fuq il-kompetizzjoni tagħmel <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>riferiment dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall-Artikolu 101 TFUE: minn naħa l-preambolu ta’ dik il-liġi huwa limitat biex jirreferi biss inġenerali għal-leġiżlazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tal-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fil-qasam tal-kompetizzjoni, mingħajr ma jissemma l-ebda prinċipju partikolari b’mod espliċitu u mingħajr ekwivoku, u dik il-leġiżlazzjoni fuq kollox tissemma bħala sors supplimentari ta’ ispirazzjoni flimkien mat-tradizzjoni nazzjonali. Min-naħa l-oħra, u bħal-liġi Taljana fil-kawża Cicala, il-liġi Ungeriża mkien ma tindika li dan ir-riferiment għandu l-konsegwenza li jiġu injorati r-regoli nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Cicala, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28.</P></NOTE>. Fl-aħħar nett, id-domanda magħmula fiha nuqqas ta’ preċiżjoni billi tirrigwarda l-kunċett stess ta’ prattika li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fir-rigward tad-dritt primarju.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li bħala prinċipju għandu jiġi konkluż li f’dan il-każ, ma jeżistix interess manifest tal-Unjoni biex tiġi ssalvagwardata interpretazzjoni uniformi tad-dispożizzjoni li hija s-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari u li tirriżulta minn aċċettazzjoni diretta u mingħajr kundizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Meta dan hu hekk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Minbarra l-fatt li waqt is-seduta l-Kummissjoni ammettiet li ma kienx hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>riferiment dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> f’dan il-każ.</P></NOTE>, hemm lok, madankollu, li tingħata deċiżjoni fuq l-argument tal-Kummissjoni li għandu jingħata trattament eċċezzjonali għall-każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali twassal għall-aċċettazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ prattiki li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, biex issostni l-argument tagħha, tinvoka l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kif ukoll diversi sentenzi u tissuġġerixxi li dan l-interess manifest jeżisti b’mod ġenerali fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni. Jiena nikkunsidra, min-naħa tiegħi, li minkejja l-eżistenza ta’ argumenti li jistgħu jseddqu l-idea li fil-kamp tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-interess iċċitat iktar ’il fuq jista’ jkun kemmxejn iktar importanti, dawn l-argumenti ma jistgħux jissostitwixxu l-ħtieġa ta’ riferiment dirett u mingħajr kundizzjoni, għal raġunijiet li qed nipproponi li nesponi iktar ’l isfel.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn naħa, ma hemm l-ebda dubju li l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Dzodzi ġiet ikkonfermata b’mod partikolarment qawwi fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni. Fis-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Bronner, Poseidon Chartering, ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, kif ukoll fis-sentenza Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-217/05" PAGE.ECR="I-11987" YEAR="2006">C-217/05, Ġabra p. I-11987</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat l-ammissibbiltà tad-diversi domandi preliminari fil-kawżi fejn il-kawża prinċipali ma kinitx tirrigwarda, bħala prinċipju, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u li kienet tirrigwarda, fil-verità, dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali dwar il-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dawn il-kawżi, il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet tistrieħ ukoll fuq argument supplimentari fejn wieħed kellu jaħseb għal kontra riskji ta’ differenza fl-interpretazzjoni fl-istess dispożizzjoni ġuridika tad-dritt tal-Unjoni, skont jekk kinitx meħtieġa li tiġi applikata indirettament biss (permezz ta’ riferiment magħmul mid-dritt nazzjonali) jew direttament (għaliex tirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni kemm tad-dritt nazzjonali u tal-Artikolu 101 TFUE)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Bronner, punti 19 u 20; Poseidon Chartering, punt 16; Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio, punt 20, u ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 26. Ara, f’dan is-sens ukoll, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott, ippreżentati fit-<DATE ISO="20060713">13 ta’ Lulju 2006</DATE> fil-kawża Confederación Española de Empresarios de Estaciones de Servicio, u fit-<DATE ISO="20070703">3 ta’ Lulju 2007</DATE> fil-kawża ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni (bħall-Artikolu 11(1) tat-Tpvt.) għandhom jiġu applikati flimkien mal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, meta l-atti ta’ ftehim, id-deċiżjonijiet jew il-prattiki miftiehma inkwistjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> skont it-Trattat.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, jidher li dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali japplikaw indipendentement mid-dritt tal-Unjoni, fl-assenza ta’ riskju li jiġi ppreġudikat il-kummerċ intrakomunitarju. Il-leġiżlatur tal-Unjoni kien ċar ħafna fuq dan il-punt: l-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jfisser espressament din il-preċiżjoni u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni stess fiha linji gwida dwar il-kunċett ta’ preġudizzju għall-kummerċ fis-sens li dan il-kriterju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>jiddetermina wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar il-kunċett ta’ preġudizzju għall-kummerċ skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="81" NO.OJ="101" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 81</REF.DOC.OJ>, punt 8). Ara wkoll l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat KE (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="54" NO.OJ="101" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 54</REF.DOC.OJ>, punt 6).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta jeżisti riskju ta’ preġudizzju għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, id-dritt nazzjonali għandu jiġi applikat flimkien mad-dritt tal-Unjoni (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003) u dan tal-aħħar jagħmel limiti fuq id-dritt nazzjonali (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003) imma, minbarra dawn il-każijiet, id-dritt nazzjonali tal-kompetizzjoni japplika (u għaldaqstant, għandu jiġi interpretat) bħala prinċipju, indipendentement mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jirriżulta mit-Trattat u mir-Regolament (KE) Nru 1/2003 li l-Istati Membri għandhom qasam tagħhom għall-azzjoni fir-rigward tal-kompetizzjoni li ma huwiex limitat biss għal sempliċi fakultajiet amministrattivi u ta’ eżekuzzjoni, imma fih ukoll poteri regolatorji. Meta jaġixxu fil-qasam riżervat għalihom, il-poteri li jingħatawlhom bl-ebda mod ma huma limitati mill-applikazzjoni tal-prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni, billi l-Artikoli 101TFUE u 102 TFUE ma japplikawx għalihom u ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni Ewropea armonizzata f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Għalhekk l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 ma jistax waħdu jservi ta’ bażi għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja f’każ tali fejn il-kawża prinċipali għandha tiġi deċiża biss skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Tkun konklużjoni differenti jekk jintwera li l-ftehim ikkontestati jistgħu, madankollu, jkollhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dan il-punt, kif indikajt diġà, ma ġiex ikkontestat f’dan il-każ.</P></NOTE>. Argument kuntrarju jnaqqas mill-effettività tal-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>preġudizzju fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> u jikkostitwixxi ksur mhux ġustifikat fl-isfera tas-sovranità mħollija volontarjament u esklużivament għal dawn l-Istat Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Ċertament matul dawn l-aħħar snin kien hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Ewropejizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> progressiva tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni li twettqet ta’ spiss billi ħadet bħala mudell, partikolarment fl-Istati Membri ġodda, id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara, fuq dan is-suġġett, K.J. Cseres, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>The impact of regulation 1/2003 in the new Member States<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, <HT TYPE="ITALIC">The Competition Law Review</HT>, Vol. 6, Nru 2 (Lulju 2010).</P></NOTE>. Madankollu, dan ma jfissirx li din l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Ewropejizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> għandha titwettaq permezz tal-ġurisprudenza. Għalkemm huwa utli, anki mixtieq, li tkun teżisti konverġenza bejn id-dritt tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni applikabbli għal sitwazzjonijiet purament interni (għaliex ma jkollhomx effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati), u li l-awtoritajiet nazzjonali jiġu ispirati, għall-finijiet tal-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dik il-leġiżlazzjoni nazzjonali, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, din l-armonizzazzjoni ma għandhiex tiġi imposta permezz tat-talbiet għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandha tiġi aċċettata l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari biss fil-każ li jeżisti riferiment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>dirett u mingħajr kundizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għad-dritt tal-Unjoni, kif jeżiġu s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Kleinwort Benson u Cicala, mingħajr lok li ssir eċċezzjoni għal dan il-kriterju fil-każijiet fejn ir-riferiment magħmul mil-leġiżlatur nazzjonali jirrigwarda dispożizzjoni tad-dritt tal-kompetizzjoni. Billi dawn il-kundizzjonijiet ma humiex sodisfatti f’dan il-każ, nikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex taċċetta l-ammissibbiltà ta’ din id-domanda preliminari, u tiddikjara li ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċidiha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi tad-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjonijiet esposti fil-parti preċedenti, qed nipproponi li nanalizza iktar ’l isfel il-mertu tal-kawża fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li għandha taċċetta l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-possibbiltà li sensiela ta’ atti ta’ ftehim bejn impriżi differenti u assoċjazzjoni ta’ impriżi jiġu kklassifikati bħala li għandhom għan li tiġi ristretta l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFUE. L-analiżi ta’ din id-domanda tippresupponi ċerti kunsiderazzjonijiet preliminari dwar il-partikolaritajiet fattwali u legali tal-kawża, kif ukoll ċerti preċiżazzjonijiet dwar l-identifikazzjoni tal-atti ta’ ftehim ikkontestati u, fl-aħħar nett, fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>restrizzjonijiet minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-partikolaritajiet tal-kawża.</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tqajjem il-kwistjoni tal-legalità ta’ assjem kumpless ta’ atti ta’ ftehim fejn l-atturi prinċipali huma żewġ kumpanniji tal-assigurazzjoni, Allianz u Generali, sensiela ta’ bejjiegħa tal-karozzi u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dawn tal-aħħar (il-GÉMOSZ). Il-partikolarità f’din il-kawża hija li fir-relazzjoni mal-assiguraturi, il-bejjiegħa għandhom funzjoni doppja: meta jissottoskrivu l-assigurazzjoni tal-karozzi għall-klijenti tagħhom, il-bejjiegħa jaġixxu bħala intermedjarji tal-assigurazzjoni jew sensara tal-assigurazzjoni, filwaqt li fir-rigward tat-tiswija tal-vetturi involuti f’inċident, dawn il-bejjiegħa jitħallsu remunerazzjoni għat-tiswijiet li jagħmlu mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni inkwistjoni, partikolarment fir-rigward ta’ assigurazzjonijiet ikkummerċjalizzati minn qabel f’isem dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Allianz u Generali jiftiehmu kull sena ma’ dawk li jagħmlu t-tiswijiet tal-karozzi fuq il-kundizzjonijiet tat-tiswija u t-tariffi applikabbli minn dawn li jagħmlu t-tiswijiet għall-vetturi assigurati magħhom. Fuq il-bażi ta’ tali atti ta’ ftehim, il-ħwienet tax-xogħol jistgħu jagħmlu t-tiswijiet tal-vetturi assigurati mingħajr ma jikkonsultaw minn qabel lill-assiguraturi.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Minn tmiem is-sena 2002, diversi bejjiegħa tal-karozzi tad-ditta li jagħmlu t-tiswijiet ukoll talbu lill-GÉMOSZ li kull sena tinnegozja f’isimhom, mal-assiguraturi, ftehim qafas dwar it-tariffi inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fl-2004 u l-2005, l-assiguratriċi Allianz ikkonkludiet ftehim qafas dwar it-tariffi inkwistjoni mal-GÉMOSZ. Imbagħad wara, Allianz ikkonkludiet, fuq il-bażi ta’ dawn l-atti ta’ ftehim qafas, atti ta’ ftehim individwali mal-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet. Bis-saħħa tal-atti ta’ ftehim individwali inkwistjoni, il-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet setgħu jitolbu remunerazzjoni ogħla minn dik stabbilita fil-qafas tal-ftehim mal-GÉMOSZ bil-kundizzjoni li jilħqu jew iżommu ċertu proporzjon ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni Allianz fuq it-total tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-karozzi kkummerċjalizzati mill-bejjiegħ inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Generali ma kkonkludiet l-ebda ftehim qafas mal-GÉMOSZ matul il-perijodu ta’ referenza, imma għamlet, pjuttost, atti ta’ ftehim individwali mal-bejjiegħa. Jidher li dan it-tip ta’ atti ta’ ftehim ma kellux klawżoli ta’ żidiet fit-tariffa paragunabbli ma’ dawk li jidhru fl-atti ta’ ftehim milħuqa ma’ Allianz; madankollu l-awtorità Ungeriża tal-kompetizzjoni kkonstatat li Generali fil-prattika kienet qed tapplika inċentivi kummerċjali analogi.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kemm Allianz kif ukoll Generali kkonkludew atti ya’ ftehim differenti mas-sensara tal-assigurazzjoni bejn l-2000 u l-2005 sabiex jagħtu spinta lill-bejgħ tal-prodotti ta’ dawn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u tingħata remunerazzjoni aħjar bħala konsegwenza.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-element prinċipali tal-kumplessità ta’ din il-kawża jirriżulta primarjament mit-taħlit ta’ attivitajiet li potenzjalment jirrestrinġu l-kompetizzjoni u li jappartjenu lil żewġt iswieq assolutament distinti: is-suq tal-assigurazzjonijiet u s-suq tas-servizzi ta’ tiswija tal-karozzi. Fir-risposta għad-domanda preliminari teħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn iż-żewġt iswieq affettwati.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq l-atti ta’ ftehim ikkontestati</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn dan l-assjem kumpless ta’ atti ta’ ftehim, ma nistax ma nenfasizzax li d-domanda preliminari li għamlet il-Qorti Suprema tal-Ungerija tirreferi esklużivament għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[atti ta’ f]tehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u ċerti kumpanniji li jsewwu l-karozzi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> kif ukoll dawk milħuqa bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>kumpannija tal-assigurazzjoni u assoċjazzjoni ta’ kumpanniji li jsewwu l-karozzi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għalhekk din id-domanda preliminari tikkonċerna biss l-atti ta’ ftehim imsemmija iktar ’il fuq, jiġifieri dawk milħuqa bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni Allianz u Generali bejjiegħa-dawk li jsewwu l-karozzi minn naħa, u min-naħa l-oħra, dawk konklużi bejn Allianz u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-bejjiegħa (il-GÉMOSZ).</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni jikkunsidraw li għandhom jiġu analizzati l-atti ta’ ftehim iċċitati iktar ’il fuq ma’ ċerti deċiżjonijiet tal-GÉMOSZ kif ukoll mal-atti ta’ ftehim milħuqa bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u s-sensara tal-assigurazzjoni tal-bejjiegħa. Minkejja l-kliem tad-domanda preliminari u għar-raġunijiet li ser insemmi iktar ’l isfel, jidhirli li huwa diffiċli li tiġi evitata din l-analiżi globali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fuq il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>restrizzjonijiet minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-Qorti Suprema tal-Ungerija trid tkun taf jekk l-atti ta’ ftehim imsemmija iktar ’il fuq jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan tagħhom skont l-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>għandhom ikunu inkompatibbli mas-suq intern u għandhom ikunu projbiti: l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiki miftiehma kollha li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 101(1) TFUE jipprevedi żewġ kategoriji ta’ restrizzjonijiet ipprojbiti tal-kompetizzjoni — l-atti ta’ ftehim jew il-prattiki li jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>bħala għan<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u dawk li għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>bħala riżultat<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Kif irrilevat il-ġurisprudenza, l-użu tal-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> jindika li t-tieni minn dawn il-klassifikazzjonijiet hija sussidjarja fir-rigward tal-ewwel waħda: l-ewwel nett, għandu jiġi kkunsidrat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>l-għan innifsu tal-ftehim, fid-dawl tal-kuntest ekonomiku li fih dan għandu jiġi applikat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, imma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>fil-każ fejn mill-eżami tal-klawżoli ta<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> dan il-ftehim ma jirriżultax livell suffiċjenti ta’ ħsara fir-rigward tal-kompetizzjoni, għandhom jiġu eżaminati l-effetti tiegħu u, sabiex dan ikun ipprojbit, għandu jkun jissodisfa l-elementi li jistabbilixxu li l-kompetizzjoni tkun effettivament ġiet jew ostakolata, jew ristretta jew inkella distorta b’mod kunsiderevoli. Id-distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>ksur minħabba l-għan<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="2019" ID="QE0053"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ksur minħabba l-effetti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="2019" ID="QE0054"/> tikkonċerna ċ-ċirkustanza li ċerti forom ta’ kollużjoni bejn impriżi jistgħu jiġu kkunsidrati, min-natura tagħhom stess, bħala ta’ ħsara għall-funzjonament normali tal-kompetizzjoni’<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, Beef Industry Development Society u Barry Brothers (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-209/07" PAGE.ECR="I-8637" YEAR="2008">C-209/07, Ġabra p. I-8637</REF.DOC.ECR>, punti 15 u 17).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Meta ftehim jew prattika jiġu kklassifikati bħala li jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan tagħhom dan iwassal għal speċi ta’ preżunzjoni, għaliex meta tiġi stabbilita din in-natura restrittiva ma jkunx meħtieġ li jinstabu l-effetti tal-ftehim jew tal-prattika inkwistjoni fuq il-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-projbizzjoni tista’ tiġi ddikjarata preventivament mingħajr ma wieħed joqgħod jistenna li fil-fatt seħħew effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>F’dan is-sens ukoll, ġurisprudenza stabbilita sew tgħid li għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>it-teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti konkreti ta’ ftehim huwa irrilevanti minn meta jkun jidher li għandu l-għan li jillimita, jfixkel jew joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>. Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19660713">13 ta’ Lulju 1966</DATE>, Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="56/64+58/64" PAGE.ECR="429" YEAR="1966">56/64 u 58/64, Ġabra p. 429</REF.DOC.ECR>, punt 496), u tal-<DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-238/99 P+C-244/99 P+C-245/99 P+C-247/99 P+C-250/99 P+C-251/99 P+C-252/99 P+C-254/99 P" PAGE.ECR="I-8375" YEAR="2002">C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375</REF.DOC.ECR>, punt 491).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Kif tgħid il-Kummissjoni fil-linji gwida tagħha dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu [101](3) [TFUE] <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>dawn huma restrizzjonijiet li, fir-rigward tal-għanijiet segwiti mir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni, tant jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, li huwa inutli, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu [101](1) [TFUE] li jintwera li għandhom effetti konkreti fuq is-suq. Din il-preżunzjoni tistrieħ fuq il-gravità tar-restrizzjoni u fuq l-esperjenza li turi li<?PAGE NO="12"?> r-restrizzjonijiet ta’ kompetizzjoni minħabba l-għan jistgħu jkollhom effetti negattivi fuq is-suq u jpoġġu f’perikolu l-għanijiet segwiti mir-regoli Komunitarji tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="97" NO.OJ="101" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 97</REF.DOC.OJ>, punt 21).</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti li din il-kategorija għandha tinftiehem b’mod restrittiv u tkun limitata għall-każijiet fejn jeżisti riskju inerenti ta’ effetti ta’ preġudizzju partikolarment gravi.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Għaldaqstant u skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex tiġi evalwata n-natura antikompetittiva tal-għan ta’ ftehim, għandhom jiġu eżaminati b’mod partikolari l-kontenut tad-dispożizzjonijiet tiegħu, l-għanijiet li jrid jilħaq kif ukoll il-kuntest ekonomiku u legali li qiegħed fih. Minkejja li l-intenzjoni tal-partijiet ma tikkostitwixxix element neċessarju sabiex tiddetermina n-natura restrittiva ta’ ftehim, xejn ma jwaqqaf lill-Kummissjoni jew lill-qrati Komunitarji milli jeħduha inkunsiderazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenzi tat-<DATE ISO="19831108">8 ta’ Novembru 1983</DATE>, IAZ International Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="96/82+97/82+98/82+99/82+100/82+101/82+102/82+104/82+105/82+108/82+110/82" PAGE.ECR="3369" YEAR="1983">96/82 sa 102/82, 104/82, 105/82, 108/82 u 110/82, Ġabra p. 3369</REF.DOC.ECR>, punti 23 sa 25), u tas-<DATE ISO="20091006">6 ta’ Ottubru 2009</DATE>, GlaxoSmithKline Services <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-501/06 P+C-513/06 P+C-515/06 P+C-519/06 P" PAGE.ECR="I-9291" YEAR="2009">C-501/06 P, C-513/06 P, C-515/06 P u C-519/06 P, Ġabra p. I-9291</REF.DOC.ECR>, punt 58).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Ser nanalizza f’dan il-każ, f’konformità ma’ dik il-ġurisprudenza, il-kontenut u l-għanijiet segwiti mill-atti ta’ ftehim imsemmija mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri, l-atti ta’ ftehim bejn, minn naħa, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u, min-naħa l-oħra, ċerti bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet jew l-assoċjazzjoni li tgħaqqadhom (il-GÉMOSZ). Fit-tieni lok, ser neżamina l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li fih jidħlu l-imsemmija atti ta’ ftehim. Fil-fehma tiegħi, dan il-kuntest għandu jinkludi l-atti ta’ ftehim u d-deċiżjonijiet li jirreferu għalihom il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni, jiġifieri d-deċiżjonijiet tad-GÉMOSZ u l-atti ta’ ftehim milħuqa mas-sensara tal-assigurazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kontenut u l-għanijiet tal-atti ta’ ftehim ikkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, b’riferiment, l-ewwel nett, għall-kontenut u għall-għan tal-atti ta’ ftehim imsemmija fid-domanda preliminari, nikkunsidra li l-atti ta’ ftehim li bihom il-kumpanniji tal-assigurazzjoni joffru lill-bejjiegħa remunerazzjoni għolja għat-tiswija tal-vetturi daqs il-perċentwali ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni tal-kumpannija inkwistjoni mibjugħin mill-bejjiegħa, ma għandhomx jiġu kklassifikati bħala atti ta’ ftehim li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>L-ewwel lok, għandu jiġi enfasizzat li dawn huma atti ta’ ftehim vertikali li ġeneralment ma japplikax għalihom l-Artikolu 101(1) TFUE ħlief b’eċċezzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara, f’dan ir-rigward, l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 tal-Kummissjoni, tal-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiki miftiehma (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="102" DATE.PUB="2010">ĠU L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament jiddetermina l-limiti tal-kwoti tas-suq għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni u l-Artikolu 5 jelenka sensiela ta’ restrizzjonijiet vertikali li ma jibbenefikawx minn din l-eżenzjoni.</P></NOTE>. B’differenza ma’ atti ta’ ftehim orizzontali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Fost impriżi li jikkompetu: pereżempju kien ikun evidenti l-każ ta’ ftehim ipotetiku bejn Allianz u Generali fir-rigward tat-tariffi għat-tiswijiet.</P></NOTE>, fejn huwa b’mod ċar iktar faċli li jiġi identifikat għan jew effetti li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, l-atti ta’ ftehim vertikali jkollhom kumplessità ferm ikbar.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Iżda l-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni jikkontestaw li l-atii ta’ ftehim inkwistjoni jistgħu jiġu kklassifikati bħala atti ta’ ftehim vertikali. Skont dawn, ma teżisti l-ebda relazzjoni ġuridika bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u l-bejjiegħa li jagħmlu t-tiswijiet li biha waħda mill-partijiet tipprovdi servizz lill-oħra. Sa fejn il-ħwienet tax-xogħol tat-tiswija ma humiex klijenti tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni u fejn it-tariffi ta’ kull siegħa ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala kontroprestazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, f’dan il-każ ma jistax jingħad li hemm vera <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>vertikalità<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Fl-aħħar nett, il-partijiet imsemmija iktar ’il fuq jikkunsidraw li dan ma jistgħux ikunu atti ta’ ftehim vertikali fl-assenza ta’ relazzjoni ġuridika li bis-saħħa tagħha waħda mill-partijiet tipprovdi servizz lill-oħra.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, Allianz issostni li l-atti ta’ ftehim li hija kkonkludiet mal-bejjiegħa huma, b’mod ċar, vertikali, billi dawn tal-aħħar jipprovdulha, b’remunerazzjoni, servizz ta’ tiswija tal-vetturi assigurati jew intermedjazzjoni fil-kuntest tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argument li tiddefendi Allianz l-ewwel nett jikkonforma mad-definizzjoni wiesgħa ta’ atti ta’ ftehim vertikali li jagħmel ir-Regolament (KE) Nru 330/2010. Fil-fatt, l-Artikolu 1(1)(a) ta’ dan ir-regolament jiddefinihom bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>ftehim jew prattiċi miftiehma mdaħħla bejn żewġ intrapriżi jew aktar li kull waħda minnhom tħaddem, għall-għanijiet tal-ftehim, f’livell differenti tal-katina ta’ produzzjoni u distribuzzjoni, u dwar il-kondizzjonijiet taħt liema l-partijiet jistgħu jixtru, jbiegħu jew ibiegħu mill-ġdid ċerti oġġetti jew servizzi<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa għalhekk li nikkunsidra li l-kumpanniji tal-assigurazzjoni u l-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet joperaw, għall-finijiet tal-ftehim, f’livelli differenti tal-katina ta’ distribuzzjoni u, fit-tieni lok, li fl-atti ta’ ftehim inkwistjoni, il-partijiet kienu stabbilew il-kundizzjonijiet li taħthom il-bejjiegħa jipprovdu servizzi favur kumpanniji tal-assigurazzjoni u li dawn tal-aħħar jagħtuhom remunerazzjoni skont it-tariffi miftiehma. Dan huwa kkorroborat bil-fatt, pereżempju, li ma huwiex ikkontestat li l-bejjiegħa jikkummerċjalizzaw prodotti ta’ assigurazzjoni ta’ dawk il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u jiġu rremunerati bħala kumpens, u fil-fatt id-domanda preliminari tirrigwarda l-punt jekk il-modalitajiet ta’ remunerazzjoni stabbiliti (f’forma ta’ rati kull siegħa għat-tiswija) jikkonformawx mal-Artikolu 101(1) TFUE. Għaldaqstant, l-atti ta’ ftehim imsemmija mid-domanda preliminari huma, fil-fehma tiegħi, atti ta’ ftehim vertikali.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li sa issa, il-Qorti tal-Ġustizzja kklassifikat biss bħala restrizzjoni fuq il-kompetizzjoni minħabba l-għan, fil-każ ta’ atti ta’ ftehim vertikali, l-impożizzjoni ta’ prezzijiet minimi ta’ bejgħ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19850703">3 ta’ Lulju 1985</DATE>, Binon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="243/83" PAGE.ECR="2015" YEAR="1985">243/83, Ġabra p. 2015</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-projbizzjoni tal-kummerċ parallel bejn l-Istati Membri, bit-twaqqif ta’ esklużività territorjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenzi Consten u Grundig vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il-paġna 27, u tal-<DATE ISO="19780201">1 ta’ Frar 1978</DATE>, Miller International Schallplatten vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="19/77" PAGE.ECR="131" YEAR="1978">19/77, Ġabra p. 131</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, u iktar reċentement, il-klawżoli li jipprojbixxu lid-distributuri milli jużaw l-internet biex ibigħu prodotti partikolari, ħlief meta dik il-projbizzjoni tkun oġġettivament iġġustifikata, bħal fil-kuntest ta’ sistema ta’ distribuzzjoni selettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20111013">13 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Pierre Fabre Dermo-Cosmétique (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-439/09" PAGE.ECR="I-9419" YEAR="2011">C-439/09, Ġabra p. I-9419</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif ser nispjega iktar ’l isfel, meta jittieħdu b’mod iżolat, l-atti ta’ ftehim inkwistjoni f’din il-kawża ma għandhomx potenzjal restrittiv li jikkaratterizza l-klawżoli deskritti iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni jsostnu li l-fatt li l-atti ta’ ftehim ikkontestati jirrendu r-rati ta’ kull siegħa ta’ tiswija li għandhom jitħallsu mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni dipendenti fuq il-bejgħ mill-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet ta’ proporzjon partikolari ta’ prodotti, għandu t-tendenza li jipperpetwa it-tqassim tal-ishma fis-suq tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni kif ikun fil-mument li jintlaħqu l-atti ta’ ftehim; għan bħal dan huwa fih innifsu antikompetittiv. L-atti ta’ ftehim għandhom l-effett li jistabbilixxu rabta bejn l-attivitajiet li bħala prinċipju huma indipendenti waħda minn oħra, jiġifieri t-tiswija ta’ karozzi u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ assigurazzjoni, b’hekk ikun hemm tibdil fil-funzjonament normali tas-suq u jiġi kkonfermat l-għan antikompetittiv tal-atti ta’ ftehim inkwistjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="14"?><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, f’dan ir-rigward għandu jiġi mfakkar li d-dritt tal-kompetizzjoni ma jipprojbixxix espressament dan it-tip ta’ klawżoli li jkollhom għanijiet espressi fil-forma ta’ perċentwali, u lanqas ma jipprojbixxi minn qabel kull ftehim vertikali maħsub biex iżid il-bejgħ tal-persuni kkonċernati għas-skapitu tal-kompetituri. Il-prova l-iktar ċara ta’ dan l-istat ta’ fatt hija t-tolleranza, f’ċerti limiti taż-żmien, ta’ dak li qed jissejjaħ il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>monomarkiżmu<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> jew l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>obbligu li wieħed ma jikkompetix<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Skont l-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 330/2010, l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>obbligu li wieħed ma jikkompetix<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>kull obbligu dirett jew indirett li jwassal biex ix-xerrej ma jimmanifatturax, ma jixtrix, ma jbiegħx jew ma jbiegħx mill-ġdid oġġetti jew servizzi li jikkompetu mal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt, jew kull obbligu dirett jew indirett fuq ix-xerrej li jixtri mill-fornitur, jew minn impriża oħra nominata mill-fornitur, aktar minn 80 % mix-xiri totali tax-xerrej tal-oġġetti jew is-servizzi li jkunu s-suġġett tal-kuntratt u oġġetti jew servizzi li jissostitwuhom fis-suq relevanti, ikkalkulat abbażi tal-valur tax-xiri tiegħu fis-sena kalendarja preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Pereżempju, l-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 330/2010 jeskludi biss mill-benefiċċju tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(3) TFUE il-klawżoli tal-obbligu li wieħed ma jikkompetix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>li d-dewmien tiegħu huwa indefinit jew huwa ta’ aktar minn ħames snin<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> (u għaldaqstant jagħmilhom suġġetti għall-Artikolu 101(1) TFUE) b’mod li l-eżenzjoni tapplika sew għall-klawżoli fejn il-perijodu huwa iqsar. Min-naħa tagħhom, il-linji gwida tal-Kummissjoni fuq ir-restrizzjonijiet vertikali jgħidu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>għandu jiġi kkunsidrat inġenerali li l-obbligi tal-monomarkiżmu ta’ perijodu li jdum inqas minn sena li jassumu impriżi li ma jkollomx pożizzjoni dominanti ma jagħtux lok għal effetti antikompetittivi konsiderevoli jew għal effetti negattivi netti<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="130" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, C 130, p. 1</REF.DOC.OJ>, punt 133.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Ovvjament, il-fatt li r-Regolament (UE) Nru 330/2010 jistabbilixxi li l-eżenzjoni ma tapplikax għal tip partikolari ta’ atti ta’ ftehim vertikali ma jfissirx li dan jirrigwarda neċessarjament il-kategorija ta’ restrizzjoni minħabba l-għan. Madankollu huwa daqstant ieħor ċert li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>lista sewda<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 330/2010 u r-restrizzjonijiet kkunsidrati bħala karatteristiċi mill-Kummissjoni jikkoinċidu b’mod kunsiderevoli, mal-atti ta’ ftehim u l-prattiki kklassifikati mill-ġurisprudenza bħala restrizzjonijiet minħabba l-għan. Għaldaqstant, għalkemm dan ma huwiex kriterju deċiżiv, jidher ċar li dawn il-listi jistgħu jiġu użati bħala indiċi, partikolarment ta’ dak li ma jikkostitwixxix restrizzjoni minħabba l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ġurisprudenza stess analizzat atti ta’ ftehim vertikali li kellhom klawżoli bl-obbligu li wieħed ma jikkompetix ta’ dan it-tip u waslet għall-konklużjoni li dawn ma kellhom bħala għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, anki għalkemm kellu jiġi vverifikat jekk kellhomx bħala effett li jipprojbixxiha, jirrestrinġiha jew li joħloq distorsjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19910228">28 ta’ Frar 1991</DATE>, Delimitis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-234/89" PAGE.ECR="I-935" YEAR="1991">C-234/89, Ġabra p. I-935</REF.DOC.ECR>, punti 13 sa 15); tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Neste (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-214/99" PAGE.ECR="I-11121" YEAR="2000">C-214/99, Ġabra p. I-11121</REF.DOC.ECR>, punt 25); tal-<DATE ISO="20080911">11 ta’ Settembru 2008</DATE>, CEPSA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-279/06" PAGE.ECR="I-6681" YEAR="2008">C-279/06, Ġabra p. I-6681</REF.DOC.ECR>, punt 43), u tat-<DATE ISO="20090402">2 ta’ April 2009</DATE>, Pedro IV Servicios (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-260/07" PAGE.ECR="I-2437" YEAR="2009">C-260/07, Ġabra p. I-2437</REF.DOC.ECR>, punt 83).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-atti ta’ ftehim ikkontestati, fir-rigward tal-kontenut u l-għan tagħhom, ma jurux potenzjal li jirrestrinġu l-kompetizzjoni daqshekk għoli daqs l-atti ta’ ftehim vertikali li ġew kkunsidrati fil-passat mill-ġurisprudenza li kellhom bħala għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, il-potenzjal tagħhom li jirrestrinġu l-kompetizzjoni jidher inqas minn dak ta’ atti ta’ ftehim vertikali li, skont il-ġurisprudenza, ma għandhomx l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni, imma l-iktar li jista’ jkollhom huma effetti antikompetittivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest ekonomiku u ġuridiku tal-atti ta’ ftehim kkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Kif għedt, biex tiġi evalwata n-natura antikompetittiva ta’ ftehim, l-ewwel nett għandu jiġi eżaminat l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li jkun fih, kif tgħid il-ġurisprudenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza IAZ International Belgium <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 29, punti 23 sa 25.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-istess sens, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>jista’ jkun neċessarju wkoll li jiġi eżaminat il-kuntest li fih ftehim huwa (għandu) jiġi applikat kif ukoll l-aġir u l-imġiba effettiva tal-partijiet fis-suq. Fi kliem ieħor, qabel ma jista’ jiġi ddeterminat jekk restrizzjoni partikolari għandhiex bħala għan li tirrestrinġi l-kompetizzjoni, jista’ jkun meħtieġ li jiġu eżaminati l-fatti li fuqhom joqgħod l-ftehim kif ukoll iċ-ċirkustanzi speċifiċi li ser jopera fihom. Jista’ jiġri li l-modalitajiet konkreti tal-implementazzjoni ta’ ftehim juru restrizzjoni minħabba l-għan, filwaqt li din ma tkunx espressament stipulata fil-ftehim<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Komunikazzjoni ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 28, punt 22.</P></NOTE></TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, l-atti ta’ ftehim ikkontestati ġew applikati f’kuntest partikolari ħafna li f’ċerti aspetti, mad-daqqa ta’ għajn, juru ċerti aspetti problematiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Minn naħa, id-deċiżjonijiet tal-GÉMOSZ jidhru, b’mod ċar, li jikkostitwixxu ftehim orizzontali bejn bejjiegħa tal-karozzi tad-ditta fir-rigward tat-tariffi u l-kundizzjonijiet tas-servizz tat-tiswija ta’ vetturi bil-mutur. Min-naħa l-oħra, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni li kkonkludew l-atti ta’ ftehim ikkontestati, jiġifieri Allianz u Generali, flimkien għandhom bejniethom, skont id-dikjarazzjonijiet magħmulin waqt is-seduta, sehem ta’ iktar minn 70 % tas-suq rilevanti. Għaldaqstant, meta għamlu atti ta’ ftehim mal-bejjiegħa u/jew mal-GÉMOSZ fir-rigward tat-tariffi ta’ tiswija li kienu bbażati fuq it-tariffi miftehmin qabel fi ħdan dik l-assoċjazzjoni, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni l-iktar importanti tas-suq kienu kkonsolidaw u daħħlu fis-seħħ il-ftehim orizzontali li rabat lill-bejjiegħa. Fl-aħħar nett, l-atti ta’ ftehim milħuqa mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni mas-sensara kienu jsaħħu l-effetti eventwalment antikompetittivi li jirriżultaw mill-atti ta’ ftehim milħuqa bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni u l-bejjiegħa.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, u, fl-ewwel lok, mil-lat strett tas-suq tal-assigurazzjonijiet tal-karozzi, il-kumpless taċ-ċirkustanzi deskritti iktar ’il fuq ma huwiex biżżejjed biex l-atti ta’ ftehim vertikali li ssemmi l-qorti nazzjonali jiġu kklassifikati bħala atti ta’ ftehim li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Ċertament ma hemm l-ebda dubju li Allianz u Generali iridu, permezz tal-atti ta’ ftehim tagħhom mal-GÉMOSZ u l-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet, ikabbru s-sehem fis-suq rispettiv tagħhom li effettivament jipproduċi esklużjoni tal-kompetituri. Għaldaqstant, kif dan ġie indikat diġà, dan l-għan ma jagħmilx lill-atti ta’ ftehim kkontestati restrittivi minħabba l-għan tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Sabiex jiġi kkonstatat jekk hemmx restrizzjoni minħabba l-għan fis-suq tal-assigurazzjonijiet, fil-fehma tiegħi jkun meħtieġ li jiġi stabbilit jekk jeżistix, bejn Allianz u Generali, ftehim orizzontali antikompetittiv jew, tal-inqas prattika miftiehma intiża biex teskludi l-kompetituri mis-suq, li hija stess tirrestrinġi l-kompetizzjoni minħabba l-għan tagħha. Dan jidher li jikkorrespondi wkoll mal-pożizzjoni li tissuġġerixxi l-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, meta ssostni li l-eżistenza ta’ prattika miftiehma bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni ma tistax tiġi eskluża, f’dan il-każ wara li jiġi kkunsidrat il-parallelliżmu tal-kundizzjonijiet tal-kuntratti rispettivament konklużi minn Allianz mal-GÉMOSZ u bejjiegħa differenti, u minn Generali mal-bejjiegħa differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>89.</NO.P><TXT>Iżda f’dan il-kuntest għandu jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu [101(1)] [TFUE] tikkostitwixxi forma ta’ koordinazzjoni bejn l-impriżi li, mingħajr ma ġiet imbuttata sat-twettiq ta’ ftehim proprju, tissostitwixxi xjentement kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fis-sentenza tagħha tas-<DATE ISO="19751216">16 ta’ Diċembru 1975</DATE> (Suiker Unie vs Il-Kummissjoni […]), li l-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jikkostitwixxu prattika miftiehma, ma jeħtiġux elaborazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>pjan<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="2019" ID="QE0068"/> veru u proprju, imma għandhom jitqiesu fid-dawl tal-kunċett inerenti fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat fir-rigward tal-kompetizzjoni, fejn kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina b’mod<?PAGE NO="16"?> awtonomu l-politika li fi ħsiebu jsegwi fis-suq komuni u l-kundizzjonijiet li jrid jirriżerva għall-klijentela tiegħu. Jekk huwa minnu li din l-eżiġenza ta’ awtonomija ma teskludix id-dritt tal-operaturi ekonomiċi milli jadattaw b’mod intelliġenti għall-aġir kkonstatat jew jantiċipaw lill-kompetituri tagħhom, madankollu din tipprojbixxi rigorożament kull kuntatt dirett jew indirett bejn dawn l-operaturi, li jkollu bħala għan jew bħala effett li jwassal għal kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jikkorrispondux mal-kundizzjonijiet normali tas-suq inkwistjoni, wara li titqies in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi pprovduti, tal-importanza u tan-numru tal-impriżi u tal-volum ta’ dak is-suq<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19810714">14 ta’ Lulju 1981</DATE>, Züchner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="172/80" PAGE.ECR="2021" YEAR="1981">172/80, Ġabra p. 2021</REF.DOC.ECR>, punti 12 sa 14).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-eżistenza ta’ prattika miftiehma timplika, minn naħa, il-konstatazzjoni ta’ għaqda ta’ volontajiet fejn impriżi kompetituri jiddeċiedu li jissostitwixxu koordinazzjoni bejnhom għar-riskji inerenti fil-kompetizzjoni, u, min-naħa l-oħra, xi forma ta’ kuntatt dirett jew indirett bejn dawn l-impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>F’dan ir-rigward tista’ tiġi ċċitata s-sentenza tal-<DATE ISO="19720714">14 ta’ Lulju 1972</DATE>, Imperial Chemical Industries vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="48/69" PAGE.ECR="619" YEAR="1972">48/69, Ġabra p. 619</REF.DOC.ECR>, punt 64): <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>jekk l-Artikolu 85 jiddistingwi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>prattika miftiehma<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="2019" ID="QE0070"/> minn dak ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>ftehim bejn l-impriżi<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="2019" ID="QE0071"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="2019" ID="QE0072"/>, dan huwa bil-ħsieb li taqa’ taħt il-projbizzjonijiet ta’ dan l-artikolu forma ta’ koordinazzjoni bejn l-impriżi li, mingħajr ma ġiet imbuttata sat-twettiq ta’ ftehim proprju, tissostitwixxi xjentement kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, prattika miftiehma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>timplika, minbarra prattika miftiehma bejn l-impriżi, aġir fis-suq li jsegwi din il-prattika miftiehma u ta’ rabta ta’ kawża u effett bejn dawn iż-żewġ elementi<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Hüls vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-199/92 P" PAGE.ECR="I-4287" YEAR="1999">C-199/92 P, Ġabra p. I-4287</REF.DOC.ECR>, punt 161).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fatt li dawn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni kienu aċċettaw il-kundizzjonijiet standard proposti mill-bejjiegħa, kif ukoll il-fatt li l-kundizzjonijiet tal-kuntratti huma simili, anki identiċi, juru li dawn huma atti ta’ ftehim orizzontali jew, tal-inqas, prattiki miftiehma, implementati separatament, kemm mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni kif ukoll mill-bejjiegħa.</TXT></NP><NP><NO.P>92.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar, f’dan ir-rigward, li l-paralleliżmu tal-aġir ma huwiex biżżejjed fih innifsu, biex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ prattika miftiehma, jekk teżisti spjegazzjoni oħra possibbli għall-aġir inkwistjoni. Kif tiddikjara b’mod ċar il-Qorti tal-Ġustizzja, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>sabiex jiġi deċiż il-valur probatorju ta’ dawn l-elementi diversi, għandu jiġi mfakkar li paralleliżmu ta’ aġir ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jwassal għall-prova ta’ prattika miftiehma ħlief jekk din il-prattika miftiehma tkun l-unika spjegazzjoni plawżibbli. Fil-fatt għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li għalkemm l-Artikolu 85 tat-Trattat jipprojbixxi kull forma ta’ kollużjoni ta’ natura li tagħmel distorsjoni tal-kompetizzjoni, dan ma jeskludix id-dritt tal-operaturi ekonomiċi milli jadattaw b’mod intelliġenti għall-aġir kkonstatat jew li jantiċipaw lill-kompetituri tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19930331">31 ta’ Marzu 1993</DATE>, Ahlström Osakeyhtiö <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-89/85+C-104/85+C-114/85+C-116/85+C-117/85+C-125/85+C-126/85+C-127/85+C-128/85+C-129/85" PAGE.ECR="I-1307" YEAR="1993">C-89/85, C-104/85, C-114/85, C-116/85, C-117/85 u C-125/85 sa C-129/85, Ġabra p. I-1307</REF.DOC.ECR>, punt 71).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>93.</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk jeżistux provi ta’ dik il-koordinazzjoni jew prattika miftiehma. Huwa biss fil-każ li jeżistu dawn il-provi li jkun hemm restrizzjoni minħabba l-għan fis-suq tal-assigurazzjoni, billi l-koordinazzjoni bejn l-impriżi kompetituri għall-finijiet tat-tqassim tas-suq tikkostitwixxi waħda mir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni li timmerita din il-klassifikazzjoni skont il-ġurisprudenza iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju jekk jirriżulta minn naħa li, is-sempliċi intenzjoni ta’ kull kumpannija tal-assigurazzjoni li żżid il-bejgħ tagħha, u min-naħa l-oħra, il-konklużjoni ta’ kuntratti mal-bejjiegħa li jkun fihom klawżoli simili, meta dak ix-xebh ikun iddeterminat mill-fatt li l-bejjiegħa kienu preċedentement ftiehmu bejniethom fuq ir-rati ta’ kull siegħa li kellhom ħsieb li jitolbu, ma jidhirlix li dawn l-elementi huma biżżejjed biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ prattika miftiehma.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>95.</NO.P><TXT>Iżda, jidher li huwa inqas diffiċli li jiġi kkonstatat li din l-istess xibka ta’ atti ta’ ftehim tikkostitwixxi restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan fuq is-suq tas-servizzi tat-tiswija tal-vetturi.</TXT></NP><NP><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jidher li huwa stabbilit li ż-żieda tat-tariffi miftiehma orizzontalment mill-bejjiegħa kellha l-effetti tagħha fuq il-kuntratti konklużi mal-kumpanniji tal-assigurazzjoni li mhux biss aċċettaw il-livell tat-tariffa li fuqu l-bejjiegħa kienu ftiehmu fi ħdan il-GÉMOSZ, imma żiduh ukoll taħt ċerti kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>97.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mad-daqqa ta’ għajn, l-effetti tal-ftehim orizzontali, iċċitat iktar ’il fuq, fuq it-tariffi tat-tiswija jiddependu mill-aċċettazzjoni tal-klawżoli tiegħu mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni, kif donnu jidher li kien il-każ. Il-ftehim vertikali milħuq bejn il-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet (jew il-GÉMOSZ stess) u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni, irratifikaw ftehim orizzontali intrinsikament antikompetittiv. Għal din ir-raġuni, l-assjem ta’ atti ta’ ftehim (u mhux biss il-ftehim orizzontali) sar illegali, b’mod li l-aġir tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni jista’ jiġi ssanzjonat ukoll, ma’ dak tal-bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>98.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet eżatti tal-ftehim inkwistjoni jew id-deċiżjoni tal-GÉMOSZ. B’mod partikolari, għandu jiġi ddeterminat jekk jorbotx numru ta’ bejjiegħa-dawk li jagħmlu t-tiswijiet kunsiderevoli biżżejjed biex wieħed ikun jista’ jitkellem fuq ftehim veru orizzontali antikompetittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>99.</NO.P><TXT>Wara li jsiru dawn il-verifiki, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jwasslu għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fuq is-suq tas-servizzi tat-tiswija tal-karozzi li l-atti ta’ ftehim milħuqa mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni mal-GÉMOSZ u ma’ kull bejjiegħ ikkontribwixxew biex isaħħuha. Kif fakkret il-Kummissjoni, assjem ta’ atti ta’ ftehim bejn il-partijiet li huma preżenti fiż-żewġt iswieq differenti diġà ġie ssanzjonat mill-ġurisprudenza fis-sentenza tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Coop de France bétail et viande <HT TYPE="ITALIC">et</HT> <NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/07 P+C-110/07 P" PAGE.ECR="I-10193" YEAR="2008">C-101/07 P u C-110/07 P, Ġabra p. I-10193</REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>100.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-Magyar Köztársaság Legfelsőbb Bírósága bil-mod li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi t-talba għal deċiżjoni preliminari</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sussidjarjament, atti ta’ ftehim bilaterali milħuqa bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u wħud minn dawk li jsewwu l-karozzi jew bejn kumpannija tal-assigurazzjoni u assoċjazzjoni ta’ dawk li jsewwu l-karozzi, li permezz tagħhom ir-rata għal kull siegħa ta’ xogħol ta’ tiswija mħallsa lil min isewwi l-karozzi mill-kumpannija tal-assigurazzjoni għat-tiswija ta’ karozzi assigurati minn din tal-aħħar tiddependi, fost fatturi oħra, min-numru u mill-proporzjon ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni sottoskritti minn din il-kumpannija tal-assigurazzjoni permezz ta’ dak li jsewwi l-karozzi, li jaġixxi bħala intermedjarju ta’ assigurazzjoni:</TXT><P><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jikkostitwixxux atti ta’ ftehim li għandhom bħala għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFUE għal dak li jirrigwarda s-suq tal-assigurazzjoni, sakemm ma jkunx hemm prattika miftiehma tal-assiguraturi intiża biex teskludi l-impriżi kompetituri tas-suq u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP></P><?PAGE NO="18"?><P><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jistgħu jikkostitwixxu atti ta’ ftehim li għandhom bħala għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni skont l-Artikolu 101(1) TFUE, għal dak li jirrigwarda s-suq tat-tiswija tal-karozzi, wara li jiġi kkunsidrat il-kuntest li fih jiġu applikati dawn l-atti ta’ ftehim u, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ ftehim tariffarju orizzontali bejn il-bejjiegħa. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-eżistenza ta’ dan il-ftehim u l-portata tiegħu.</TXT></NP></P></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>