31990R3911



Official Journal L 375 , 31/12/1990 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0135
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 2 P. 0135


Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEFA, KEE) no 3911/90

tal-21 ta' Diċembru 1990

li jadatta l-allowances tar-rapreżentanza u d-dmirijiet speċjali għall-President u l-Membri tal-Kummissjoni, il-President, l-Imħallfin, Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President, il-Membri, u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom tal-25 ta' Lulju 1967 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, l-Imħallfin, Avukati Ġenerali u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-President, il-Membri, u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE/Euratom/KEFA) Nru 3777/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 4(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEFA/EEC/Euratom) Nru 4045/88 tad-19 ta' Diċembru 1988 li tistabbilixxi l-emolumenti tal-President, il-Membri, u r-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim' Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [3], u li jemenda kif xieraq ir-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom,

Billi l-allowances tar-rapreżentanza u d-dmirijiet speċjali previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) u l-Artikolu 21a (3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu miżjuda,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 1990:

(a) l-ammonti mniżżlin fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu kif ġej:

President: | Bfrs 53095, |

Viċi-President: | Bfrs 34120, |

Membri Oħrajn: | Bfrs 22750; |

(b) l-ammonti mniżżlin fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu kif ġej:

President: | Bfrs 53095, |

Imħallef jew Avukat Ġenerali: | Bfrs 22750, |

Reġistratur: | Bfrs 20750; |

(ċ) l-ammont imniżżel fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandu jkun sostitwit b'Bfrs 30355.

L-Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Lulju 1990:

(a) l-ammonti mniżżla fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 21a (3) tar-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom għandhom ikunu kif ġej:

President: | Bfrs 22750, |

Membri: | Bfrs 20750, |

Regisrtatur: | Bfrs 17645; |

(b) l-ammont imniżżel fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 21a (3) għandu jkun sostitwit b'Bfrs 27685.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-21 ta' Diċembru 1990.

Għall-Kunsill

President

A. Ruberti

[1] ĠU L 187, tat-8.8.1967, p. 1.

[2] ĠU L 367, tas-16.12.1989, p. 1.

[3] ĠU L 356, ta' l-24.12.1988, p. 1.

--------------------------------------------------