22003D0156



Official Journal L 041 , 12/02/2004 P. 0051 - 0052


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 156/2003

tas-7 ta' Novembru 2003

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 119/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-ridward tal-limitaturi tal-veloċità u l-emissjonijiet tal-egżost ta' vetturi kummerċjali [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa miżjud mal-punt 17g (Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII li jinsab mal-Ftehim:

", kif emendata b':

- 32003 L 0026: Direttiva tal-Kummissjoni 2003/26/KE tat-3 ta' April 2003 (ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 37)."

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2003/26/KE fil-lingwa tal-Iżlanda u tan-Norveġja, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnall Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-8 ta' Novembru 2003, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 331, tat-18.12.2003, p. 42.

[2] ĠU L 90, tat-8.4.2003, p. 37.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali ndikati.

--------------------------------------------------