5.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 256/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/1153

tat-30 ta’ Lulju 2020

li taħtar membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l- kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposti magħmula mill-Gvern Bulgaru, Ġermaniż, Ċiprijott, Lussemburgiż u dak Malti,

Billi:

(1)

L-Artikolu 300(3) tat-Trattat jipprevedi li l-Kumitat tar-Reġjuni jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali li, jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali, inkella jkunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

L-Artikolu 305 tat-Trattat jipprevedi li l-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni u għadd ugwali ta’ membri supplenti jinħatru mill-Kunsill għal mandat ta’ ħames snin f’konformità mal-proposti magħmula minn kull Stat Membru.

(3)

Ladarba l-mandat tal-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni skada fil-25 ta’ Jannar 2020, jenħtieġ li jinħatru membri u membri supplenti ġodda.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), f’konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, il-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Ċek, Daniż, Estonjan, Ċiprijott, Latvjan, Lussemburgiż, Netherlandiż, Awstrijak, Rumen, Sloven, Slovakk u dak Żvediż. Id-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 ħatret ukoll għall-istess perijodu tliet membri proposti mill-Gvern Belġjan, 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Ġermaniż, tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Irlandiż, 16-il membru u 16-il membru supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, 10 membri u 14-il membru supplenti proposti mill-Gvern Taljan, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Malti u tmien membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Finlandiż.

(5)

Fl-20 ta’ Jannar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/102 (3), f’konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, lill-membri u l-membri supplenti proposti mill-Gvern Grieg, Franċiż, Kroat, Litwan, Ungeriż u dak Portugiż, kif ukoll erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru wieħed propost mill-Gvern Bulgaru, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Irlandiż, membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Spanjol, 14-il membru u 10 membri supplenti proposti mill-Gvern Taljan u 21 membru u 20 membru supplenti proposti mill-Gvern Pollakk.

(6)

Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/144 (4), f’konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, erba’ membri u erba’ membri supplenti proposti mill-Gvern Spanjol, kif ukoll membru wieħed u membru supplenti wieħed proposti mill-Gvern Finlandiż.

(7)

Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/511 (5), f’konformità mal-proposti magħmula mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, ħames membri u tmien membri supplenti proposti mill-Gvern Belġjan, membru supplenti wieħed propost mill-Gvern Ġermaniż u membru wieħed propost mill-Gvern Malti.

(8)

Fit-8 ta’ Ġunju 2020, wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni li sar legalment effettiv fl-1 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/766 (6), f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2019/852 u mal-proposti li saru mill-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni ħatret, għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025, membru addizzjonali wieħed u membru supplenti addizzjonali wieħed proposti mill-Gvern Estonjan, membru addizzjonali wieħed u membru supplenti addizzjonali wieħed proposti mill-Gvern Ċiprijott, kif ukoll membru addizzjonali wieħed u membru supplenti addizzjonali wieħed proposti mill-Gvern Lussemburgiż.

9.

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, is-Sur Christakis MELETIES kien ġie maħtur bħala membru supplenti għal Ċipru. Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/766, is-Sur Christakis MELETIES inħatar bħala membru għal Ċipru. Għaldaqstant, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766, sar vakanti post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sa mill-1 ta’ Frar 2020.

(10)

Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/2157, is-Sur Gusty GRAAS kien ġie maħtur bħala membru supplenti Lussemburgiż. Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2020/766, is-Sur Gusty GRAAS inħatar bħala membru għal-Lussemburgu. Għaldaqstant, wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (UE) 2020/766, sar vakanti post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sa mill-1 ta’ Frar 2020.

(11)

Il-Gvern Bulgaru, Ġermaniż u dak Malti pproponew il-kandidati tagħhom għas-siġġijiet tal-membri u tal-membri supplenti tagħhom. Dawk il-membri u l-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fir-rigward tal-ħatra tagħhom, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika retroattivament mis-26 ta’ Jannar 2020. Il-Gvern Ċiprijott u dak Lussemburgiż ipproponew il-kandidati tagħhom għas-siġġijiet tal-membri supplenti tagħhom. Dawk il-membri supplenti jenħtieġ li jinħatru għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fir-rigward tal-ħatra tagħhom, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni għalhekk tapplika retroattivament mill-1 ta’ Frar 2020,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025:

—

bħala membri, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness I;

—

bħala membri supplenti, il-persuni elenkati għal kull Stat Membru fl-Anness II.

Artikolu 2

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 bħala membri supplenti, elenkati skont l-Istat Membru:

ΚΥΠΡΟΣ

Mr Victor HADJIAVRAAM

Mayor of Morphou

LUXEMBOURGMs

Claire REMMY

Member of a Local Assembly: Conseil communal de la commune de Strassen.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

L-Artikolu 1 għandu japplika mis-26 ta’ Jannar 2020.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2020.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2020.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ROTH


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 ta1-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/102 tal-20 ta’ Jannar 2020 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 20, 24.1.2020, p. 2).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/144 tat-3 ta’ Frar 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 32, 4.2.2020, p. 16).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/511 tas-26 ta’ Marzu 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 113, 8.4.2020, p. 18).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/766 tat-8 ta’ Ġunju 2020 li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mill-1 ta’ Frar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 187, 12.6.2020, p. 3).


ANNESS I

ПРИЛОЖЕНИЕ I - ANEXO I - PŘÍLOHA I - BILAG I - ANHANG I - I LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ Ι - ANNEX I - ANNEXE I - PRILOG I - ALLEGATO I - I PIELIKUMS - I PRIEDAS - I. MELLÉKLET - ANNESS I - BIJLAGE I - ZAŁĄCZNIK I - ANEXO I - ANEXA I - PRÍLOHA I - PRILOGA I - LIITE I - BILAGA I

Членове/Miembros/Členové/Medlemmer/Mitglieder/Liikmed/Μέλη/Members/Membres/Članovi/Membri/Locekļi/Nariai/Tagok/Membri/Leden/Członkowie/Membros/Membri/Členovia/Člani/Jäsenet/Ledamöter

БЪЛГАРИЯ

Mr Ivan ALEKSIEV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Pomorie Municipality

Mr Nedzhmi ALI

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Dzhebel Municipality

Ms Malina EDREVA AUDOIN

Member of a Local Assembly holding an electoral mandate: Sofia Municipal Council

Mr Emil IVANOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Svoge Municipality

Mr Pavel GUDZHEROV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Rakovski Municipality

Mr Rumen GUNINSKI

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Pravets Municipality

Mr Vladimir MOSKOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Gotse Delchev Municipality

Mr Stefan RADEV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Sliven Municipality

Mr Radoslav REVANSKI

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Belitsa Municipality

Mr Zhivko TODOROV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Stara Zagora Municipality

Mr Zlatko ZHIVKOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Montana Municipality

DEUTSCHLAND

Mr Malte KRÜCKELS

Representative of a regional body with political accountability to an elected Assembly: Landtag Thüringen

Mr Thomas Gottfried SCHMIDT

Member of a Regional Assembly: Landtag Sachsen

Mr Jobst-Hinrich UBBELOHDE

Representative of a regional body with political accountability to an elected Assembly: Landtag Brandenburg


ANNESS II

ПРИЛОЖЕНИЕ II - ANEXO II - PŘÍLOHA II - BILAG II - ANHANG II - II LISA - ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ ΙΙ - ANNEX II - ANNEXE II - PRILOG II - ALLEGATO II - II PIELIKUMS - II PRIEDAS - II. MELLÉKLET - ANNESS II - BIJLAGE II - ZAŁĄCZNIK II - ANEXO II - ANEXA II - PRÍLOHA II - PRILOGA II - LIITE II - BILAGA II

Заместник-членове/Suplentes/Náhradníci/Suppleanter/Stellvertreter/Asendusliikmed/Αναπληρωτές/Alternate members/Suppléants/Zamjenici članova/Supplenti/Aizstājēji/Pakaitiniai nariai/Póttagok/Membri Supplenti/Plaatsvervangers/Zastępcy członków/Suplentes/Supleanți/Náhradníci/Nadomestni člani/Varajäsenet/Suppleanter

БЪЛГАРИЯ

Mr Daud ALYAOVLU

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Tsar Kaloyan Municipality

Mr Dobromir DOBREV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Gorna Oryahovitsa Municipality

Ms Dimitranka KAMENOVA

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Berkovitsa Municipality

Мs Cornelia MARINOVA

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Lovech Municipality

Ms Sebihan MEHMED

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Krumovgrad Municipality

Mr Pencho MILKOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Ruse Municipality

Ms Ivanka NIKOLOVA

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Smyadovo Municipality

Mr Rumen PEHLIVANOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Rudozem Municipality

Mr Vasko STOILKOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Slivnitsa Municipality

Mr Atanas STOYANOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Sandanski Municipality

Mr Lyudmil VESELINOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Popovo Municipality

Mr Dimitar ZDRAVKOV

Member of a Local Executive holding an electoral mandate: Sadovo Municipality

DEUTSCHLAND

Mr Markus GLEICHMANN

Member of a Regional Assembly: Landtag Thüringen

Ms Katja MEIER

Representative of a regional body with political accountability to an elected Assembly: Landtag Sachsen

Ms Barbara RICHSTEIN

Member of a Regional Assembly: Landtag Brandenburg

MALTA

Mr Mark GRECH

Member of a Local Executive: Ħaż-Żabbar Local Council