<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑558/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0558</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:957">EU:C:2016:957</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAL-<DATE ISO="20161215">15.12.2016</DATE> – KAWŻA C‑558/15</P><P>VIEIRA DE AZEVEDO <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2000/26/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(5)</KEYWORD><KEYWORD>Impriża ta’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rappreżentant għal pretensjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Poter suffiċjenti ta’ rappreżentanza</KEYWORD><KEYWORD>Tressiq quddiem il-qrati</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑558/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150929">29 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151102">2 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Alberto José Vieira de Azevedo,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maria da Conceição Ferreira da Silva,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Carlos Manuel Ferreira Alves,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rui Dinis Ferreira Alves,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vítor José Ferreira Alves</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">CED Portugal Unipessoal Lda,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Acidentes de Trabalho,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot (Relatur), li qiegħed jaġixxi bħala President ta’ Awla, A. Arabadjiev u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Instituto de Seguros de Portugall– Fundo de Garantia Automóvel, minn G. Ribeiro u T. Andrade, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u M. Rebelo, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Costa de Oliveira u K.‑P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(4), (5) u (8) tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE [73/239/KEE] u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331), kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 2000/26<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Alberto José Vieira de Azevedo u Maria da Conceição Ferreira da Silva, Carlos Manuel Ferreira Alves, Rui Dinis Ferreira Alves u Vítor José Ferreira Alves u, min-naħa l-oħra, CED Portugal Unipessoal Lda (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CED<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Instituto de Seguros de Portugal – Fundo de Garantia Automóvel (istitut ta’ assigurazzjoni tal-Portugall – fond ta’ garanzija tal-karozzi) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>fond ta’ garanzija tal-karozzi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), dwar il-kapaċità ta’ CED, li hija r-rappreżentant tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni tal-proprjetarju tal-vettura li kkawżat inċitent tat-traffiku, li titressaq quddiem il-qrati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>), ikkodifikat il-ħames direttivi li kienu ġew adottati sabiex jiġu approssimati l-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-assigurazzjoni obbligatorja tal-karozzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali seħħew matul is-sena 2007, qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/103, il-kuntest ġuridiku rilevanti jibqa’ dak ikkostitwit b’mod partikolari mid-Direttiva 2000/26.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-premessa 8 tad-Direttiva 2000/26, l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea kienet li l-persuni leżi b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku jiġu ggarantiti trattament paragunabbli irrispettivament minn fejn fil-Komunità Ewropea jkun seħħ l-inċident.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva 2000/26 tinkludi l-premessi li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(10)</NO.P><TXT>Dan ifisser li tingħata lill-parti danneġġjata d-dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assikurazzjoni tal-parti responsabbli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Soluzzjoni sodisfaċenti tista’ tkun, għal parti li tkun sofriet telf jew korriment bħala riżultat ta’ inċident ta’ vettura bil-mutur li jidħol fil-kamp ta’ din id-Direttiva u li jseħħ fi Stat għajr dak tar-residenza tagħhom li jkunu intitolati għal pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza kontra rappreżentant għall-pretensjonijiet maħtur hemm mill-impriża ta’ assikurazzjoni tal-parti responsabbli.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni tkun tiffaċilita li l-ħsara sofruta minn partijiet li jsofru danni barra mill-Istat Membru tar-residenza tagħhom jkunu ttrattati bi proċeduri familjari għalihom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(13)</NO.P><TXT>Din is-sistema ta’ rappreżentanti għal pretensjonijiet fl-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata ma taffetwa la s-sustanza tal-liġi li għandha tkun applikata f’kull każ individwali u lanqas il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(14)</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ dritt ta’ azzjoni diretta kontra impriża ta’ assikurazzjoni għal parti li tkun sofriet telf jew korriment hija supplement loġiku għall-ħatra ta’ dawn ir-rappreżentanti u aktar minn hekk ittejjeb il-posizzjoni legali tal-partijiet li jsofru danni f’inċidenti ta’ vetturi bil-mutur li jseħħu barra mill-Istat Membru tar-residenza ta’ dik il-parti.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Sabiex jimtlew il-lakuni in kwistjoni, għandha ssir disposizzjoni sabiex l-Istat Membru ta’ fejn l-impriża ta’ l-assikurazzjoni tkun awtorizzata iġiegħel lill-impriża taħtar rappreżentanti għall-pretensjonijiet li jkunu jew residenti jew stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw minn inċidenti bħal dawn u li jieħdu l-azzjoni approprjata biex iħallsu il-pretensjonijiet f’isem u għall-kont ta’ l-impriża ta’ assikurazzjoni, inkluż il-pagament ta’ kumpens għal dan; ir-rappreżentant għat-talbiet għandu jkollu poteri suffiċjenti biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assikurazzjoni fir-rigward ta’ persuni li jsofru danni minn inċidenti bħal dawn, u wkoll biex jirrappreżenta l-impriża ta’ assikurazzjoni quddiem awtoritajiet nazzjonali inklużi, meta approprjat, quddiem il-qrati, sa kemm dan ikun kompatibbli mar-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>L-attivitajiet tar-rappreżentant għall-pretensjonijiet mhumiex biżżejjed sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti li tkun sofriet danni jekk ir-regoli tal-liġi privata internazzjonali dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ma jkunux jipprovdu dan.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(16a)</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 11[(2)] moqri flimkien ma’ l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)], partijiet danneġġjati jistgħu jiftħu proċeduri legali kontra provvedituri tal-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru fejn huma domiċiljati.</TXT></NP></CONSID><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2000/26:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>L-objettiv ta’ din id-Direttiva huwa li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal partijiet li jsofru danni intitolati għal kumpens fir-rigward ta’ telf jew korriment li jirriżulta minn inċidenti li jseħħu fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata li jkunu ikkawżati mill-użu ta’ vetturi assigurati u normalment ibbażati fi Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprovdi li kull Stat Membru għandu jiżgura li l-persuni leżi, imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha, li d-dannu li jġarrbu jirriżulta minn inċidenti, fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, igawdu minn dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra r-responsabbiltà ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Rappreżentanti għal pretensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li l-impriżi kollha ta’ assigurazzjoni li jkopru r-riskji kklassifikati fil-klassi 10 tal-punt A ta’ l-Anness tad-Direttiva 73/239/KEE [tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19730724">24 ta’ Lulju 1973</DATE>, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14)], minbarra r-responsabbiltà ta’ trasportaturi, jaħtru rappreżentanti għal pretensjonijiet f’kull Stat Membru barra minn dak li fih ikunu irċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom. Ir-rappreżentant għall-pretensjonijiet għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1. Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu jkun residenti jew stabbilit fl-Istat Membru ta’ fejn hu jkun maħtur.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rappreżentant tal-pretensjonijiet għandu, fir-rigward ta’ dawn il-pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa inkonnessjoni mal-pagament għall-pretensjonijiet u għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jinnegozja l-pagament tal-pretensjonijiet. Il-ħtieġa li jkun maħtur rappreżentant tal-pretensjonijiet m’għandhiex tippreġudika d-dritt tal-parti danneġġjata jew ta’ l-impriża tagħha ta’ assigurazzjoni li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Rappreżentanti tal-pretensjonijiet għandu jkollhom poteri biżżejjed biex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward ta’ partijiet danneġġjati fil-każijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 u li jissodisfaw it-talbiet tagħhom bis-sħiħ. Għandhom ikunu kapaċi li jeżaminaw każijiet fil-lingwa/lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tar-residenza tal-parti danneġġjata.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom joħolqu obbligu, sostenut b’pieni finanzjarji jew amministrattivi ekwivalenti, xierqa, effettivi u sistematiċi, sabiex, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ meta l-parti danneġġjata tkun ippreżentat il-pretensjoni tagħha għal indennizz jew direttament jew lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant tagħha tal-pretensjonijiet,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew ir-rappreżentant tagħha tal-pretensjonijiet ikunu meħtieġa jagħmlu offerta raġjonevoli għal indennizz f’każijiet meta r-responsabbiltà ma tkunx ikkontestata u l-ħsarat ikunu ġew ikkwantifikati, jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-impriża ta’ assigurazzjoni li lilha tkun ġiet indirizzata l-pretensjoni għal indennizz jew ir-rappreżentant tagħha tal-pretensjonijiet ikunu meħtieġa jipprovdu tweġiba rraġunata għal punti magħmula fil-pretensjoni f’każijiet meta r-responsabbiltà tkun miċħuda jew ma tkunx ġiet iddeterminata b’mod ċar jew il-ħsarat ma jkunux ġew ikkwantifikati kompletament.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet biex jassiguraw li meta l-offerta ma tkunx saret fil-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur, għandu jkun pagabbli imgħax fuq l-ammont ta’ indennizz offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti mill-qorti lill-parti danneġġjata.</P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="004.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-ħatra ta’ rappreżentant ta’ pretensjonijiet m’ għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l- ftuħ ta’ fergħa fis-sens ta’ l-Artikolu 1(b) tad-Direttiva [tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346),] u r-rappreżentant tal-pretensjonijiet m’għandux jitqies bħala stabbiliment fis-sens ta’ l-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 88/357/KEE [tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19880622">22 ta’ Ġunju 1988</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198)] jew</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>stabbiliment fis-sens tat-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 [...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Portugiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2000/26 ġiet trasposta fid-dritt Portugiż permezz tad-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 72‑A/2003 – Lei do Seguro Obrigatório (Digriet Liġi Nru 72‑A/2003, li jirrigwarda l-liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja), tal-<DATE ISO="20030414">14 ta’ April 2003</DATE>, li temenda, minn naħa, id-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 522/85 – Seguro Obrigatório de Responsabilidade Civil Automóvel (Digriet Liġi Nru 522/85 dwar l-assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur), tal-<DATE ISO="19851231">31 ta’ Diċembru 1985</DATE>, u, min-naħa l-oħra, id-Decreto-Lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 94‑B/98 – Regula as condições de acesso e de exercício da actividade seguradora e resseguradora no território da Comunidade Europeia (Digriet Liġi Nru 94‑B/98, li jirregola l-kundizzjonijiet għall-aċċess u għall-eżerċizzju tal-attività ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni fit-territorju tal-Komunità Ewropea), tas-<DATE ISO="19980417">17 ta’ April 1998</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43 tad-Digriet Liġi Nru 522/85, kif emendat bid-Digriet Liġi Nru 72‑A/2003:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li għandhom is-sede tagħhom fil-Portugall, kif ukoll il-fergħat fil-Portugall ta’ kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom barra mit-territorju tal-Komunità Ewropea, li huma awtorizzati jkopru r-riskji tal-qasam <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>responsabbiltà ċivili tal-vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art bl-eċċezzjoni tar-responsabbiltà tat-trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> huma liberi li jagħżlu r-rappreżentant tagħhom, f’kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra, li ser ikun responsabbli għall-ipproċessar u għall-pagament, fil-pajjiż ta’ residenza tal-vittma, tal-pretensjonijiet li jkunu tressqu fi Stat li ma huwiex dak ta’ residenza tagħha (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>rappreżentant għal pretensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rappreżentant għal pretensjonijiet, li għandu jirrisjedi jew ikun stabbilit fl-Istat Membri li għalih jinħatar, jista’ jaġixxi f’isem kumpannija ta’ assigurazzjoni waħda jew iktar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rappreżentant għal pretensjonijiet għandu jkollu poteri suffiċjenti sabiex jirrappreżenta l-kumpannija ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-persuni leżi fil-każijiet previsti fl-Artikolu 1 u sabiex jissodisfa t-talbiet tagħhom għal kumpens bis-sħiħ. Huwa għandu jkun f’pożizzjoni li jeżamina l-każ bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna leża.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="043.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ tali pretensjonijiet, ir-rappreżentant għal pretensjonijiet għandu jiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja b’rabta mal-pagament tal‑pretensjonijiet inkwistjoni u jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jinnegozja l-pagament tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, inċident tat-traffiku fuq awtostrada Spanjola li fih kienet involuta vettura tal-kiri li kienet assigurata, fi Spanja, mill-kumpannija Helvetia Compañía Suiza, S.A. de Seguros y Reaseguros (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Helvetia<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) ikkawża l-mewt ta’ Luis de Sousa Alves u danni fiżiċi lil A. J. Vieira de Azevedo, it-tnejn li huma ċittadini Portugiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>A. J. Vieira de Azevedo kif ukoll mart u wlied L. de Sousa Alves ippreżentaw rikorsi, quddiem l-Instância Central Cível da Comarca do Porto-Este (Penafiel) [qorti ċivili distrettwali ta’ Porto-Este (Penafiel), il-Portugall], intiżi għall-kumpens għad-danni mġarrba. Il-konvenuti f’dawn ir-rikorsi kienu, minn naħa, CED, ir-rappreżentant ta’ Helvetia fil-Portugall, u, min-naħa l-oħra, sussidjarjament, il-fond ta’ garanzija tal-karozzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li dik il-qorti kkonstatat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>l-assenza ta’ kapaċità li titressaq quddiem il-qorti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ta’ CED, u konsegwentement, tal-fond ta’ garanzija tal-karozzi, hija ċaħdet dawn ir-rikorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>A. J. Vieira de Azevedo kif ukoll mart u wlied L. de Sousa Alves appellaw mid-deċiżjoni li ċaħdet l-imsemmija rikorsi quddiem it-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto, il-Portugall). Huma jsostnu li CED, fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentant ta’ Helvetia fil-Portugall, setgħet titressaq quddiem il-qrati Portugiżi għall-finijiet tal-kumpens għad-danni mġarrba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-rappreżentanti tal-kumpanniji ta’ assigurazzjoni li jeżerċitaw l-attività tagħhom barra mill-pajjiż, kif maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26 u li għandu jkollhom il-poteri neċessarji għall-ġestjoni u għall-pagament tal-pretensjonijiet, għandhomx, barra minn hekk, il-kapaċità li jitressqu quddiem qorti minn ċittadini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal da Relação do Porto (qorti tal-appell ta’ Porto) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>[Id-Direttiva 2000/26], b’mod partikolari fil-premessa 16a u fl-Artikolu 4[(4), (5) u (8)] tagħha[,] [...] tippermetti li titressaq azzjoni kontra r-rappreżentant tal-kumpannija ta’ assigurazzjoni li ma toperax fil-pajjiż fejn tressqet l-azzjoni ġudizzjarja għad-danni minħabba inċident tat-traffiku, abbażi tal-polza ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur stabbilita fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, din l-azzjoni ġudizzjarja hija suġġetta għall-klawżoli konkreti tal-kuntratt ta’ rappreżentanza li jorbot lir-rappreżentant mal-kumpannija ta’ assigurazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26 għandux jiġi interpretat fis-sens li jimponi fuq l-Istati Membri li jipprevedu li r-rappreżentant responsabbli, skont dan l-artikolu, għall-pagament tal-pretensjonijiet jista’ jitressaq huwa stess, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali adita b’rikors għad-danni ppreżentat minn persuna leża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, sabiex tiġi ddeterminata l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istess ħin it-termini, il-kuntest u l-għanijiet tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/26, kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-impriżi ta’ assigurazzjoni kollha li jkopru r-riskji tal-użu ta’ vetturi bil-mutur li joperaw fuq l-art, jaħtru, f’kull Stat Membru minbarra dak li fih ikunu rċevew l-awtorizzazzjoni uffiċjali tagħhom, rappreżentant għal pretensjonijiet li għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni u għall-pagament tal-pretensjonijiet li joriġinaw minn inċident fil-każijiet previsti fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva. Fihom infushom, dawn id-dispożizzjonijiet ma jimplikawx li tali rappreżentant jista’ jitressaq, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-possibbiltà li r-rappreżentant għal pretensjonijiet jitressaq quddiem il-qorti lanqas ma tirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/26, li skonthom dan ir-rappreżentant għandu, fir-rigward ta’ tali pretensjonijiet, jiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa marbuta mal-pagament ta’ dawn il-pretensjonijiet u jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jinnegozja dan il-pagament. Fil-fatt, permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-leġiżlatur tal-Unjoni llimita ruħu li jispeċifika l-kompiti li għalihom huwa responsabbli l-imsemmi rappreżentant fil-kuntest ta’ pagament innegozjat tal-pretensjonijiet, mingħajr ma għamel riferiment għal eventwali proċeduri ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Billi jispeċifika wkoll li, bis-sempliċi fatt li jinħatar rappreżentant tal-pretensjonijiet il-persuna leża jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha ma tiċċaħħadx mill-possibbiltà li tibda proċeduri diretti kontra l-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha, l-istess Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2000/26 jillimita ruħu li jċaħħad it-tressiq ta’ dan ir-rappreżentant quddiem il-qorti minn kwalunkwe natura esklużiva u, fih innifsu, ma jinkludi ebda rikonoxximent tal-possibbiltà li titressaq kawża ppreżentata direttament kontra l-imsemmi rappreżentant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalkemm, skont il-kliem tal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26, ir-rappreżentant għal pretensjonijiet għandu jkollu poteri suffiċjenti sabiex jirrappreżenta l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-persuni leżi u sabiex jissodisfa t-talbiet tagħhom għal kumpens bis-sħiħ, din id-dispożizzjoni li tiffissa b’dan il-mod l-għanijiet ta’ din ir-rappreżentanza, ma tispeċifikax il-portata eżatta tal-poteri mogħtija sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2000/26, li jiddefinixxi r-regoli għall-ipproċessar tat-talbiet għal kumpens li jitressqu jew direttament lill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna li tkun ikkawżat l-inċident jew lir-rappreżentant tagħha għal pretensjonijiet, jirreferi biss għall-fażi tal-proċedura ta’ kumpens li fi tmiemha ssir l-offerta ta’ kumpens jew jiġi rrifjutat tali kumpens, mingħajr ma jirregola bi kwalunkwe mod eventwali fażi ġudizzjarja. Għaldaqstant, tali dispożizzjoni ma tistax tiddetermina l-kapaċità li jista’ jkollu r-rappreżentant għal pretensjonijiet f’tali fażi ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jiġi rrilevat li, skont it-tieni subparagrafu tal-istess Artikolu 4(6) tad-Direttiva 2000/26, l-Istati Membri għandhom jadottaw dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw li, meta l-offerta ma tkunx saret fit-terminu ta’ tliet xhur, għandhom ikunu dovuti interessi fuq l-ammont tal-kumpens offert mill-impriża ta’ assigurazzjoni jew mogħti mill-qorti lill-persuna leża. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li, minkejja l-possibbiltà li talba għal kumpens titressaq lir-rappreżentant tal-impriża ta’ assigurazzjoni, l-offerta ta’ kumpens fl-aħħar mill-aħħar tinħareġ biss minn din l-impriża, bla ħsara għall-għoti ta’ kumpens, jekk ikun il-każ, mill-qorti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li, fil-fażi mhux ġudizzjarja ta’ din is-sistema ta’ kumpens, ir-rappreżentant għal pretensjonijiet bl-ebda mod ma jissostitwixxi lilu nnifsu għall-impriża li huwa jirrappreżenta u jwettaq biss funzjonijiet ta’ intermedjarju, li huma neċessarjament ta’ natura limitata. Seta’ jkun mod ieħor fil-fażi ġudizzjarja biss li kieku dan ġie previst mil-leġiżlatur tal-Unjoni, ħaġa li ma tirriżultax mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) sa (6) tad-Direttiva 2000/26.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 4(8) tad-Direttiva 2000/26, li skontu l-ħatra ta’ rappreżentant għal pretensjonijiet ma għandhiex fiha nnifisha tikkostitwixxi l-ftuħ ta’ fergħa ta’ impriża ta’ assigurazzjoni u li skontu dan ir-rappreżentant ma għandux jitqies li huwa stabbiliment ta’ tali impriża u lanqas li huwa stabbiliment, fis-sens tar-Regolament Nru 44/2001, ma għandux l-għan u ma jistax ikollu l-effett li jagħti lil dan ir-rappreżentant il-kapaċità li jitressaq quddiem il-qorti nazzjonali, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>La l-kuntest u lanqas l-għanijiet tad-Direttiva 2000/26 ma jippermettu li jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jimponi fuq l-Istati Membri li jipprevedu tali kapaċità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/26, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-persuni leżi, imsemmija fl-Artikolu 1 tagħha, li d-dannu li jġarrbu jirriżulta minn inċidenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, igawdu minn dritt ta’ azzjoni diretta kontra l-impriża ta’ assigurazzjoni li tkopri l-persuna responsabbli kontra responsabbiltà ċivili, la dan l-artikolu u lanqas kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ din id-direttiva ma jimplikaw li, għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, għandha tiġi rrikonoxxuta l-possibbiltà għal dawn il-persuni li jressqu direttament ir-rappreżentant għal pretensjonijiet quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitfakkar li d-Direttiva 2000/26 hija intiża sabiex tiggarantixxi li l-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku tal-karozzi jirċievu trattament paragunabbli, irrispettivament minn fejn fl-Unjoni jkunu seħħew dawn l-inċidenti. Għal dan il-għan, dawn il-vittmi għandhom ikunu jistgħu jressqu, fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom, talba għal kumpens lir-rappreżentant għal pretensjonijiet li jkun inħatar f’dan l-Istat mill-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna responsabbli. Dan ir-rappreżentant għandu l-funzjoni li jiffaċilita l-passi meħuda mill-vittmi ta’ inċidenti, b’mod partikolari billi huma jkunu jistgħu jressqu l-pretensjoni tagħhom bil-lingwa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont il-premessa 15 tad-Direttiva 2000/26, l-Istati Membri għandhom jipprevedu li r-rappreżentanti għal pretensjonijiet ikollhom poteri suffiċjenti sabiex jirrappreżentaw l-impriża ta’ assigurazzjoni fir-rigward tal-vittmi u wkoll sabiex jirrappreżentaw din l-impriża quddiem l-awtoritajiet nazzjonali, inkluż, jekk ikun il-każ, quddiem il-qrati, sa fejn dan ikun kompatibbli mar-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn l-għanijiet, il-leġiżlatur tal-Unjoni mhux biss stabbilixxa sistema li fiha l-persuni leżi jkunu jistgħu, f’kull Stat Membru, iressqu talba għal kumpens lir-rappreżentant tal-assiguratur tal-persuna responsabbli, skont proċeduri li jkunu familjari magħhom, iżda ssupplimenta loġikament din is-sistema, kif speċifika fil-premessa 14 tad-Direttiva 2000/26, permezz tar-rikonoxximent, għall-benefiċċju tal-vittmi, ta’ dritt ta’ azzjoni diretta kontra dan l‑assiguratur, mingħajr ma jkunu obbligati jieħdu proċeduri kontra l-persuna responsabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet tabilħaqq jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried li, mingħajr ma tkun tista’ tqiegħed fid-dubju l-osservanza tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat, ir-rappreżentanza tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, kif prevista fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2000/26, tinkludi l-funzjoni li għandha tippermetti lill-persuni leżi jressqu validament, quddiem il-qrati nazzjonali, kawża għad-danni li jkunu ġarrbu. F’dan il-kuntest, fost il-poteri suffiċjenti li għandu jkollu r-rappreżentant għal pretensjonijiet hemm l-awtorizzazzjoni li jirċievi n-notifika ta’ atti ġudizzjarji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Kif diġà rrilevat il-Qorti tal-Ġustizzja, mix-xogħol preparatorju tad-Direttiva 2000/26 fil-fatt jirriżulta li l-intenzjoni tal-leġiżlatur kienet li l-poter ta’ rappreżentanza eżerċitat minn assiguratur fl-Istat Membru ta’ residenza tal-vittma kien intiż li jinkludi awtorizzazzjoni li jiġu rċevuti notifiki ta’ atti ġudizzjarji, għalkemm ta’ natura limitata, peress li ma kellhiex taffettwa r-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, la minn dan ix-xogħol preparatorju u lanqas mill-premessi tad-Direttiva 2000/26 ma jirriżulta li l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni kienet li din l-awtorizzazzjoni tkun estiża sal-punt li tippermetti li l-kawża tal-persuni leżi, quddiem il-qorti nazzjonali tal-post ta’ residenza tagħhom, bil-għan li jinkiseb kumpens min-naħa tal-impriża ta’ assigurazzjoni tal-persuna responsabbli, tkun tista’ titressaq kontra r-rappreżentant ta’ din l-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-persuni leżi jistgħu jinnotifikaw l-atti ġudizzjarji lir-rappreżentant tal-impriża ta’ assigurazzjoni, ma jidhirx li l-għan tad-Direttiva 2000/26, li tfittex li tiffaċilita l-passi li jittieħdu minn dawn il-persuni, ma jintlaħaqx b’dan il-mod u jirrikjedi li dan ir-rappreżentant, barra minn hekk, ikun jista’ jitressaq huwa stess quddiem din il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni speċifika wkoll, fil-premesssa 13 tad-Direttiva 2000/26, li din is-sistema ta’ rappreżentanti għal pretensjonijiet fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna leża la taffettwa b’xi mod id-dritt sostantiv applikabbli f’kull każ individwali u lanqas il-kwistjoni ta’ ġurisdizzjoni. Issa jekk jiġi aċċettat li l-kawża għad-danni tista’ titressaq direttament quddiem il-qorti nazzjonali kontra dan ir-rappreżentant innifsu u mhux kontra l-impriża li huwa jirrappreżenta, ikun hemm ir-riskju li tiġi affettwata l-ġurisdizzjoni. Barra minn hekk, il-premessa 16 ta’ din id-direttiva tispeċifika wkoll li l-attivitajiet ta’ dan ir-rappreżentant ma humiex suffiċjenti sabiex jagħtu ġurisdizzjoni lill-qrati tal-Istat Membru ta’ residenza tal‑persuna leża jekk dan ma jkun previst mir-regoli tad-dritt internazzjonali privat dwar l-assenjazzjoni ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jidhirx li l-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni legali tal-persuni leżi b’riżultat ta’ inċident tat-traffiku li jkun seħħ barra mill-Istat Membru ta’ residenza tagħhom jimplika li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26, li ma jipprevedix espliċitament li r-rappreżentant għal pretensjonijiet jista’ jitressaq huwa stess quddiem il-qorti, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, għandu jiġi interpretat, meta dawn il-persuni leżi jistgħu jieħdu proċeduri direttament kontra tali impriża quddiem il-qorti nazzjonali, fis-sens li jimponi impliċitament, iżda neċessarjament, fuq l-Istati Membri li jipprevedu l-possibbiltà li dan ir-rappreżentant jitressaq quddiem il-qorti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li r-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jipprevedu li r-rappreżentant responsabbli, skont dan l-artikolu, għall-pagament tal-pretensjonijiet jista’ jitressaq huwa stess, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali adita b’rikors għad-danni ppreżentat minn persuna leża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE [73/239/KEE] u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi), kif emendata bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri li jipprevedu li r-rappreżentant responsabbli, skont dan l-artikolu, għall-pagament tal-pretensjonijiet jista’ jitressaq huwa stess, minflok l-impriża ta’ assigurazzjoni li huwa jirrappreżenta, quddiem il-qorti nazzjonali adita b’rikors għad-danni ppreżentat minn persuna leża li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/26, kif emendata bid-Direttiva 2005/14.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>