02002D0994 — MT — 22.07.2026 — 009.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina

(innotifikata bid-dokument numru C(2002) 5377)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/994/KE)

(ĠU L 348 21.12.2002, p. 154)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tat-30 ta' Jannar 2003

  L 26

84

31.1.2003

►M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tas-26 ta' Awwissu 2004

  L 279

44

28.8.2004

►M3

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tat-22 ta’ Lulju 2005

  L 193

41

23.7.2005

►M4

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tas-17 ta’ Ġunju 2008

  L 160

34

19.6.2008

►M5

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tat-30 ta’ Lulju 2008

  L 207

30

5.8.2008

►M6

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI  tad-29 ta’ Ottubru 2009

  L 285

42

31.10.2009

►M7

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI  tal-20 ta’ Awwissu 2012

  L 226

5

22.8.2012

 M8

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1068 tal-1 ta' Lulju 2015

  L 174

30

3.7.2015

 M9

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1016 tat-22 ta’ Mejju 2023

  L 136

75

24.5.2023

►M10

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1428 tal-1 ta’ Lulju 2026

  L 1428

1

2.7.2026


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 071M, 17.3.2009, p.  257  (573/2005)




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta' l-20 ta' Diċembru 2002

dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina

(innotifikata bid-dokument numru C(2002) 5377)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/994/KE)



L-Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u li huma maħsuba għall-konsum uman jew biex jiġu mitmugħa l-annimali.

▼C1

L-Artikolu 2

1.  
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
2.  
B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni skond il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali applikabbli għall-prodotti kkonċernati, u skond l-Artikolu 3 fil-każ ta' prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness.

▼M4

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ kunsinni tal-prodotti elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness akkumpanjati minn dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti Ċiniża li tistqarr li kull konsenja kienet soġġetta, qabel intbagħtet, għal test kimiku sabiex ikun żgurat li l-prodotti ikkonċernati ma jippreżentawx xi periklu għas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-bniedem. Dan it-test kimiku għandu jitwettaq b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiżvela l-preżenza ta’ chloramphenicol u nitrofuran u l-metaboliti tiegħu fil-prodotti kollha elenkati fil-Parti II ta’ l-Anness. Barra minn dan, il-prodotti tas-sajd ta’ l-akkwakultura msemmija fil-Parti II ta’ l-Anness għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ malachite green u crystal violet u l-metaboliti tagħhom. Ir-riżultati ta’ dawn it-testijiet kimiċi għandhom jiġu inklużi f’dik id-dikjarazzjoni.

▼M2 —————

▼B

L-Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jibdlu l-miżuri li japplikaw fil-kummerċ ta' pajjiżhom biex iġibuhom jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni b'dan.

▼M2

L-Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fuq il-bażi tat-tagħrif u l-garanziji mogħtija mill-awtorità kompetenti Ċiniża u, jekk hemm bżonn, tar-riżultati ta' żjarat ta' spezzjonjijiet li jsiru fuq il-post mill-esperti tal-Komunità.

▼B

L-Artikolu 7

Id-Deċiżjoni 2001/699/KE u d-Deċiżjoni 2002/69/EKE huma mħassra.

L-Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-24 ta' Diċembru 2002.

L-Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




L-ANNESS

▼M10

PARTI I

Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew biex jintużaw bħala għalf għall-bhejjem u li huma awtorizzati biex ikunu importati fl-Unjoni mingħajr id-dikjarazzjoni li hemm fl-Artikolu 3:

— 
prodotti tas-sajd, ħlief:
— 
dawk miksuba mill-akkwakultura,
— 
gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati,
— 
ċkaltal-ispeċi Procambarus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta’ operazzjonijiet tas-sajd;
— 
ġelatina;
— 
addittivi tal-ikel kif irregolati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
— 
sustanzi maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel jew fis-supplimenti tal-ikel kif irregolati skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
— 
il-vitamina D3 maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u l-prekursuri użati għall-produzzjoni tagħha, meta jikkonformaw mat-trattamenti speċifiċi għal dawn il-prodotti raffinati ħafna (derivattivi tax-xaħam) stabbiliti fit-Taqsima XVI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 ( 3 );
— 
ikel tal-annimali domestiċi kif irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
— 
is-sulfat tal-kondrojtin u l-glukożammina u l-kitosan meqjusa bħala materjali tal-għalf, kif irregolati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 ( 5 );
— 
il-vitamina D3 li għandha tintuża bħala addittiv tal-għalf f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) u l-prekursuri użati għall-produzzjoni tagħha, maħsuba għall-użu fl-għalf għall-annimali mrobbija fl-irziezet u għall-ikel tal-annimali domestiċi kif irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
— 
L-ċisteina u L-ċistina li għandhom jintużaw bħala addittivi tal-għalf f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

▼C1

PARTI II

Lista ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf lill-annimali li l-importazzjoni tagħhom fil-Komunità hija awtorizzata, suġġetta li tkun akkumpanjata mill-attestazzjoni prevista mill-Artikolu 3:

— 
Prodotti tas-sajd mill-akkwakultura.
— 
Gambli mqaxxrin u/jew ipproċessati.
— 
Crayfish ta’ l-ispeċi Procambrus clarkii maqbuda f’ilma ħelu naturali permezz ta' operazzjonijiet tas-sajd.
— 
Imsaren (Casings).
— 
Laħam tal-fenek.
— 
Għasel.
— 
Royal Jelly.

▼M5

— 
prodotti tal-laħam tat-tjur.

▼M6

— 
bajd u prodotti mill-bajd.

▼M7

— 
il-propoli u l-polline tan-naħal.



( 1 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj).

( 2 ) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/oj).

( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali u derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1069/oj).

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/68/oj).

( 6 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj).