31989D0503



Official Journal L 247 , 23/08/1989 P. 0022 - 0030
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0096
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 30 P. 0096


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Lulju 1989

li tippreskrivi ċ-ċertifikat għal ħnieżer tar-razza tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom

(89/503/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għall-annimali tat-tagħmir ta’ l-ispeċi porċina [1], u partikolarment l-Artikoli 5 u 6(1), il-ħames indent, miġjub fih,

Billi huwa meħtieġ li jiġu ffissati l-fatti magħrufa (data) li jridu jissemmew fuq iċ-ċertifikat; billi huwa meħtieġ għal raġunijiet prattiċi li jiġi pprovdut ċertifikat bħala mudell u l-kondizzjonijiet li fihom il-fatti magħrufa (data) jistgħu jiġu entrati fid-dokument li jakkompanja l-ħnieżer tar-razza tat-tagħmir, is-semen, il-bajd (ova) u l-embrijoni tagħhom;

Billi l-misuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-partikolaritajiet li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ ħnieżer tar-razza tat-tagħmir:

- korp tal-ħruġ,

- isem tal-ktieb tal-merħla,

- numru tad-dħul fil-ktieb tal-merħla,

- id-data tal-ħruġ,

- sistema ta’ identifikazzjoni,

- identifikazzjoni,

- data tat-twelid,

- razza,

- sess,

- isem u indirizz ta’ dak li jrabbi,

- isem u indirizz tas-sid,

- annimali tar-razza:

missier | nannu (missier missieru) | nanna (omm missieru) |

Nru ta’ ktieb tal-merħla | Nru ta’ ktieb tal-merħla | Nru ta’ ktieb tal-merħla |

omm | nannu (missier ommu) | nanna (omm ommu) |

Nru ta’ ktieb tal-merħla | Nru ta’ ktieb tal-merħla | Nru ta’ ktieb tal-merħla |

2. Ir-riżultati ta’ testijiet tal-qadi u r-riżultati aġġornati, bl-oriġini, ta’ l-istima tal-valur ġenetiku, fuq l-annimal innifsu u l-ġenituri u n-nanniet tiegħu jridu jissemmew fiċ-ċertifikat.

Artikolu 2

Il-partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fl-Anness I;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-ħanżir tar-razza tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti jridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet iddikjarati fl-Artikolu 1 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

"Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE."

Artikolu 3

Il-partikolaritajiet li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat tas-semen ta’ ħnieżer tar-razza tat-tagħmir:

- il-fatti magħrufa (data) kollha kif imniżżla f’lista fl-Artikolu 1 li jikkonċernaw l-annimal maskil li jipprovdi s-semen,

- tagħrif li jippermetti l-identifikazzjoni tas-semem, id-data tal-ġbir tiegħu u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir tas-semen u tad-destinatarju.

Artikolu 4

Il-partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 3 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fl-Anness II;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja s-semen tal-ħanżir tar-razza tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti jridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet iddikjarati fl-Artikolu 3 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

"Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE."

Artikolu 5

Il-partikolaritajiet li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat tal-bajd (ova) ta’ ħnieżer tar-razza tat-tagħmir:

- il-fatti magħrufa (data) kollha kif imniżżla f’lista fl-Artikolu 1 li jikkonċernaw il-majjal femminil li jipprovdi l-bajd (ova),

- tagħrif li jippermetti l-identifikazzjoni tal-bajd (ova), id-data tal-ġbir tagħhom u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir tal-bajd u tad-destinatarju.

Jekk ikun hemm iktar minn bajda waħda fi straw waħda, din trid tiġi ddikjarata b’mod ċar u barra min hekk il-bajd (ova) kollu jrid ikollu l-istess razza.

Artikolu 6

Il-partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 5 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fl-Anness III;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-bajd (

ova

) tal-ħanżir tar-razza tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti jridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet iddikjarati fl-Artikolu 5 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

"Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE."

Artikolu 7

Il-partikolaritajiet li ġejjin iridu jissemmew fiċ-ċertifikat ta’ l-embrijoni ta’ ħnieżer tar-razza tat-tagħmir:

- il-fatti magħrufa (data) kollha li jikkonċernaw il-majjal femminil donatur u l-ħanżir selvaġġ li qed jiffertilizza,

- tagħrif li jippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-embrijoni, id-data ta’ inseminazzjoni jew fekondazzjoni, id-data tal-ġbir u l-ismijiet u l-indirizzi taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-embrijoni u tad-destinatarju.

Jekk ikun hemm iktar minn embrijo wieħed fi straw waħda din trid tiġi ddikjarata b’mod ċar u barra minn hekk l-embrijoni kollha jrid ikollhom l-istess razza.

Artikolu 8

Il-partikolaritajiet ipprovduti fl-Artikolu 7 jistgħu jiġu indikati:

1. fil-forma ta’ ċertifikat li jikkonforma mal-kampjun fl-Anness IV;

2. f’dokumentazzjoni li takkompanja l-embrijoni tal-ħanżir tar-razza tat-tagħmir. F’dan il-każ l-awtoritajiet kompetenti jridu jiċċertifikaw li l-partikolaritajiet dikjarati fl-Artikolu 7 huma indikati f’dawk id-dokumenti, permezz tal-formuli li ġejjin:

"Il-firmatarju hawn taħt jiċċertifika li dawn id-dokumenti jikkontjenu l-partikolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/503/KEE."

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-18 ta’ Lulju 1989.

Għall-Kummissjoni

Ray Mac Sharry

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------