|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2356 |
20.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2356
tal-20 ta’ Novembru 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1485. |
|
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tar-repressjoni fir-Russja. |
|
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 10 persuni fiżiċi jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2024/1485 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.
ANNESS
L-entrati li ġejjin jiżdiedu fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“53. |
Andrey Viktorovich POLYAKOV (Андрей Викторович ПОЛЯКОВ) |
Pożizzjoni: Kap tal-Main Directorate of the Federal Penitentiary Service of the Russian Federation for the Rostov Oblast, Maġġur Ġeneral tal-Internal Service Data tat-twelid: 17.6.1970 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: serje 1815 Nru 112026 INN (ID tat-Taxxa Russa): 343517128461 |
Andrey Polyakov huwa l-Kap tal-Main Directorate of the Federal Penitentiary Service of the Russian Federation for the Rostov Oblast, inkluż iċ-ċentru ta’ detenzjoni qabel il-proċess f’Taganrog (SIZO-2), iċ-ċentru ta’ detenzjoni qabel il-proċess 1 f’Rostov-on-Don (SIZO-1), u l-kolonja Nru 12 f’Kamensk Shakhtinsky. Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa responsabbli biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenuti u s-sigurtà tagħhom u għaż-żamma tal-liġi u l-ordni fil-faċilitajiet ta’ detenzjoni subordinati li jissorvelja. Fil-faċilitajiet taħt l-awtorità ta’ Polyakov, id-detenuti Ukreni, kemm ċivili kif ukoll militari, kif ukoll detenuti oħra kienu regolarment soġġetti għal swat mill-gwardji, sofrew minn nuqqas serju ta’ ikel, u ftit li xejn kellhom aċċess għall-kura medika jew għall-assistenza legali. Matul l-interrogazzjonijiet, ħabbtu wiċċhom ma’ koerċizzjoni kemm psikoloġika kif ukoll fiżika, inkluż swat brutali, xokkijiet elettriċi, u theddid, bl-għan li jiġu mġiegħla jammettu allegati delitti tal-gwerra, delitti ta’ terroriżmu, jew reati oħra. Il-każijiet dokumentati ta’ tortura u trattament ħażin jinkludu l-każ tal-ġurnalista investigattiva Ukrena Victoria Volodymyrivna Roshchyna li mietet f’Settembru 2024 minħabba trattament ħażin fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni Qabel il-Proċess Nru 2 tal-Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast f’Taganrog. Għalhekk, Andrey Polyakov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri tortura u trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
54. |
Andrey Vadimovich MIKHAILICHENKO (Андрей Вадимович МИХАЙЛИЧЕНКО) |
Pożizzjoni: Viċi Direttur għas-Sigurtà u l-Ħidma Operazzjonali tal-Pre-Trial Detention Centre No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast, Russian Federation Data tat-twelid: 31.3.1992 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: Serje 6012 Nru 175625 INN (ID tat-Taxxa Russa): 615490520223 |
Andrey Mikhailichenko jservi bħala Viċi Direttur għas-Sigurtà u l-Ħidma Operazzjonali tal-Pre-Trial Detention Center No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast (SIZO-2) f’Taganrog, ir-Russja. Bħala membru tal-maniġment tas-SIZO-2, Mikhailichenko huwa responsabbli għal tortura mifruxa u sistematika u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor tad-detenuti Ukreni, kemm ċivili kif ukoll militari, kif ukoll detenuti oħra miżmuma f’dik il-faċilità. Id-detenuti f’SIZO-2 huma regolarment soġġetti għal swat mill-gwardji, isofru minn nuqqas serju ta’ ikel, u ftit li xejn għandhom aċċess għal kura medika jew assistenza legali. Matul l-interrogazzjonijiet, id-detenuti jħabbtu wiċċhom ma’ koerċizzjoni kemm psikoloġika kif ukoll fiżika, inkluż swat brutali, xokkijiet elettriċi, u theddid, bl-għan li jiġu mġiegħla jammettu allegati delitti tal-gwerra, delitti tat-terroriżmu, jew reati oħra kollha maħsuba biex irażżnu r-reżistenza għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan it-trattament jirrappreżenta ksur jew abbuż serju tad-drittijiet tal-bniedem u huwa ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt. Mill-inqas 15-il detenut mietu minħabba trattament ħażin fil-faċilità, inkluż il-ġurnalista investigattiva Ukrena Victoria Volodymyrivna Roshchyna. Bħala Viċi Direttur għas-Sigurtà u l-Ħidma Operazzjonali ta’ SIZO-2, Andrey Mikhailichenko jġorr ir-responsabbiltà għall-operazzjonijiet tal-faċilità. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, repressjoni tas-soċjetà ċivili u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja |
20.11.2025 |
|
55. |
Andrey Sergeevich SAPITSKIY (Андрей Сергеевич САПИЦКИЙ) |
Pożizzjoni: Viċi Direttur għall-Kwistjonijiet tal-Persunal u x-Xogħol Edukattiv tal-Pre-Trial Detention Center No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrey Sapitskiy iservi bħala Viċi Direttur għall-Kwistjonijiet tal-Persunal u x-Xogħol Edukattiv tal-Pre-Trial Detention Center No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast (SIZO-2) f’Taganrog, ir-Russja. Bħala membru tal-maniġment tas-SIZO-2, Sapitskiy huwa responsabbli għal tortura mifruxa u sistematika u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor tad-detenuti Ukreni, kemm ċivili kif ukoll militari, kif ukoll detenuti oħra miżmuma f’dik il-faċilità. Id-detenuti f’SIZO-2 huma regolarment soġġetti għal swat mill-gwardji, isofru minn nuqqas serju ta’ ikel, u ftit li xejn għandhom aċċess għal kura medika jew assistenza legali. Matul l-interrogazzjonijiet, id-detenuti jħabbtu wiċċhom ma’ koerċizzjoni kemm psikoloġika kif ukoll fiżika, inkluż swat brutali, xokkijiet elettriċi, u theddid, bl-għan li jiġu mġiegħla jammettu allegati delitti tal-gwerra, delitti tat-terroriżmu, jew reati oħra kollha maħsuba biex irażżnu r-reżistenza għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan it-trattament jirrappreżenta ksur jew abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u huwa ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt. Mill-inqas 15-il detenut mietu minħabba trattament ħażin fil-faċilità, inkluż il-ġurnalista investigattiva Ukrena Victoria Volodymyrivna Roshchyna. Bħala Viċi Direttur għall-Kwistjonijiet tal-Persunal u x-Xogħol Edukattiv ta’ SIZO-2, Andrey Sapitskiy iġorr ir-responsabbiltà għall-operazzjonijiet tal-faċilità. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, repressjoni tas-soċjetà ċivili, u attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
56. |
Aleksandr Aleksandrovich SHTODA (Александр Александрович ШТОДА) |
Pożizzjoni: Direttur tal-Pre-Trial Detention Centre No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast, Russian Federation Data tat-twelid: 19.11.1980 Nazzjonalità: Russa Numru tal-passaport: serje 6001 Nru 419633 INN (ID tat-Taxxa Russa): 611903638423 |
Aleksander Shtoda jservi bħala Direttur tal-Pre-Trial Detention Centre No. 2 of the Main Directorate of the Federal Penitentiary Service for the Rostov Oblast(SIZO-2) f’Taganrog, ir-Russja. Shtoda huwa responsabbli għal tortura mifruxa u sistematika u trattament krudili, inuman u degradanti ieħor tad-detenuti Ukreni, kemm ċivili kif ukoll militari, kif ukoll detenuti oħra miżmuma fil-faċilità taħt il-kmand tiegħu. Id-detenuti f’SIZO-2 huma regolarment soġġetti għal swat mill-gwardji, isofru minn nuqqas serju ta’ ikel, u ftit li xejn għandhom aċċess għal kura medika jew assistenza legali. Matul l-interrogazzjonijiet, id-detenuti jħabbtu wiċċhom ma’ koerċizzjoni kemm psikoloġika kif ukoll fiżika, inkluż swat brutali, xokkijiet elettriċi, u theddid, bl-għan li jiġu mġiegħla jammettu allegati delitti tal-gwerra, delitti tat-terroriżmu, jew reati oħra kollha maħsuba biex irażżnu r-reżistenza għall-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan it-trattament jirrappreżenta ksur jew abbuż serji tad-drittijiet tal-bniedem u huwa ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt. Mill-inqas 15-il detenut mietu minħabba trattament ħażin fil-faċilità, inkluż il-ġurnalista investigattiva Ukrena Victoria Volodymyrivna Roshchyna. Bħala Direttur ta’ SIZO-2, Aleksander Shtoda għandu awtorità fuq l-operazzjonijiet tal-faċilità. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, repressjoni tas-soċjetà ċivili, u attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
57. |
Timur Savelevich VAKHRAMEEV (Тимур Савельевич ВАХРАМЕЕВ) |
Pożizzjoni: Imħallef ta’ Basmanny District Court, Moscow; Eks Maġistrat (Ġustizzja tal-Paċi) f’Tagansky district of Moscow Data tat-twelid: 13.5.1990 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Timur Vakhrameev, imħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Basmanny fir-Russja, kien involut f’għadd ta’ każijiet ta’ prosekuzzjoni politikament motivati, billi impona sentenzi ħorox b’mod sproporzjonat fuq diversi individwi u estenda d-detenzjoni ta’ oħrajn. L-imħallef Vakhrameev ipparteċipa fil-prosekuzzjoni inġusta u politikament motivata tal-ġurnalisti Kirill Martynov u Dmitry Kolezev, kif ukoll l-attivista Lyusya Shtein, u kkundanna lil kull wieħed minnhom għal diversi snin ħabs bil-għan li jsikket il-ġurnaliżmu indipendenti u s-soċjetà ċivili fir-Russja. Huwa estenda wkoll id-detenzjoni qabel il-proċess tal-avukati Vadim Kobzev u Alexey Liptser, kif ukoll il-ġurnalisti Konstantin Gabov u Sergei Karelin, f’każijiet politikament motivati relatati ma’ repressjoni fuq individwi assoċjati mal-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni jew Alexei Navalny innifsu. Barra minn hekk, huwa estenda d-detenzjoni qabel il-proċess ta’ Grigory Melkonyants, kopresident tal-moviment Golos, l-inizjattiva ewlenija ta’ għassiesa elettorali indipendenti tar-Russja, f’tentattiv apparenti biex tiġi eżerċitata pressjoni addizzjonali fuq il-monitoraġġ elettorali pubbliku fil-pajjiż. Fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq, ġew applikati artikoli kontroversjali tal-Kodiċi Kriminali Russu dwar organizzazzjonijiet mhux mixtieqa, li jiskreditaw l-armata Russa, jew l-estremiżmu. Barra minn hekk, aktar kmieni fl-2023, waqt li kien qed iservi bħala ġustizzja tal-paċi fid-Distrett ta’ Tagansky ta’ Moska, Timur Vakhrameev kellu wkoll rwol attiv fil-penalizzazzjoni ta’ kumpaniji internazzjonali bħal Wikimedia u Google talli naqsu milli jneħħu informazzjoni fattwali dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Timur Vakhrameev huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika u attivitajiet li jdgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
58. |
Artemy Alexeevich TELMINOV (Артемий Алексеевич ТЕЛЬМИНОВ) |
Pożizzjoni: Investigatur tal-Investigative Committee of the Russian Federation Data tat-twelid: 30.12.1994 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Artemy Telminov iservi bħala Investigatur tal-Investigative Committee of the Russian Federation, u kien involut f’għadd ta’ prosekuzzjonijiet politikament motivati ta’ individwi assoċjati ma’ Alexei Navalny, inkluż il-ġurnalisti Antonina Favorskaya, Olga Komleva, Konstantin Gabov, u Sergey Karelin, kif ukoll l-avukati Vadim Kobzev, Alexei Liptser, u Igor Sergunin. Billi ppromwova l-impożizzjoni jew l-estensjoni tad-detenzjoni tagħhom, huwa kkontribwixxa b’mod attiv għall-isforzi tar-reġim Russu biex irażżan id-dissens fil-pajjiż. L-individwi kollha msemmija hawn fuq ġew investigati u sussegwentement akkużati bil-parteċipazzjoni f’komunità jew organizzazzjoni estremista, jew b’involviment fl-attivitajiet tagħha. Fil-verità, dawn l-akkużi kienu bbażati biss fuq l-azzjonijiet legali tagħhom filwaqt li kienu assoċjati ma’ Alexei Navalny u l-Fondazzjoni tiegħu Kontra l-Korruzzjoni. L-użu ħażin tal-leġiżlazzjoni relatata mat-terroriżmu u l-estremiżmu biex jiġu mrażżna l-isforzi tal-oppożizzjoni politika u tas-soċjetà ċivili paċifika marbuta ma’ Navalny sar prattika mifruxa fir-Russja. Il-każijiet kollha msemmija hawn fuq juru xejra konsistenti ta’ prosekuzzjoni politikament motivata, inkluż detenzjoni qabel il-proċess fit-tul u, f’xi każijiet, proċedimenti tal-qorti magħluqa. Ir-rwol attiv ta’ Artemy Telminov fl-orkestrazzjoni tal-prosekuzzjoni inġusta ta’ Antonina Favorskaya, Olga Komleva, Konstantin Gabov, Sergey Karelin, Vadim Kobzev, Alexei Liptser, u Igor Sergunin jikkostitwixxi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, huwa direttament responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
59. |
Boris Ashirbaevich KOZHEVNIKOV (Борис Аширбаевич КОЖЕВНИКОВ) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Appellate Military Court of Russia Data tat-twelid: 31.8.1964 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Boris Kozhevnikov huwa Viċi President tal-Appellate Military Court of Russia. Bħala Viċi President tal-Appellate Military Court of Russia, Boris Kozhevnikov ċaħad l-appell ta’ Alexei Gorinov, eks viċi muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, kontra sentenza politikament motivata. Fi proċess proċeduralment difettuż, Alexei Gorinov ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija f’kolonja penali ta’ reġim strett skont l-Artikolu 205.2 tal-Kodiċi Kriminali Russu għal ‘ġustifikazzjoni tat-terroriżmu’. Is-sentenza ta’ Alexei Gorinov kienet ibbażata fuq dikjarazzjonijiet li għamel f’konverżazzjoni ma’ sħabu taċ-ċella li fiha allegatament irrikonoxxa li l-Krimea kienet territorju Ukren u r-riġment ta’ Azov kien parti mill-armata Ukrena. Barra minn hekk, Kozhevnikov ikkonferma s-sentenzi ta’ priġunerija għal Andrei Boyarshinov, Ibragim Orudzhev, Alexei Nuriev u Roman Nasryev fuq akkużi politikament motivati f’każijiet allegati relatati mat-terroriżmu. Għalhekk, Boris Kozhevnikov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
60. |
Maxim Alexandrovich PANIN (Максим Александрович ПАНИН) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Appellate Military Court of Russia (Judicial Panel for Criminal Cases) Data tat-twelid: 22.2.1982 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Maksim Panin huwa mħallef tal-Appellate Military Court of Russia. Bħala membru tal-bord tal-imħallfin tal-Appellate Military Court of Russia, Maksim Panin ċaħad l-appell ta’ Alexei Gorinov, eks viċi muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, kontra sentenza politikament motivata. Fi proċess proċeduralment difettuż, Alexei Gorinov ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija f’kolonja ta’ reġim strett skont l-Artikolu 205.2 tal-Kodiċi Kriminali Russu għal ‘ġustifikazzjoni tat-terroriżmu’. Is-sentenza ta’ Alexei Gorinov kienet ibbażata fuq dikjarazzjonijiet li għamel f’konverżazzjoni ma’ sħabu taċ-ċella li fiha allegatament irrikonoxxa li l-Krimea kienet territorju Ukren u r-riġment ta’ Azov kien parti mill-armata Ukrena. Barra minn hekk, Panin ipparteċipa fi prosekuzzjoni politikament motivata ta’ individwi oħra. Bħala membru tal-bord tal-appell, huwa kkonferma l-kundanna ta’ Elena Kotenochkina, li ġiet akkużata li ‘tiġġustifika t-terroriżmu’ permezz ta’ post fuq il-media soċjali u kkundannata, in absentia, għal sitt snin u ħdax-il xahar f’kolonja penali. Panin ikkonferma wkoll l-estensjoni tal-perjodu ta’ detenzjoni fil-każijiet ta’ Polina Yevtushenko, imħarrka għat-tixrid ta’ ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa u r-‘riabilitazzjoni tan-Naziżmu’, u Enver Krosh, Rinat Aliev u Vilen Temeryanov, Tatari tal-Krimea li tħarrku għall-allegat involviment tagħhom fi grupp Iżlamiku pprojbit fir-Russja. Għalhekk, Maksim Panin huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
61. |
Marina Viktorovna USHAKOVA (Марина Викторовна УШАКОВА) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Appellate Military Court of Russia (Judicial Panel for Criminal Cases) Data tat-twelid: 2.5.1979 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Marina Ushakova hija mħallef tal-Appellate Military Court of Russia. Bħala membru tal-bord tal-appell tal-imħallfin tal-Appellate Military Court of Russia, Marina Ushakova ċaħdet l-appell ta’ Alexei Gorinov, eks viċi muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, kontra sentenza politikament motivata. Fi proċess proċeduralment difettuż, Alexei Gorinov ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija f’kolonja ta’ reġim strett skont l-Artikolu 205.2 tal-Kodiċi Kriminali Russu għal ‘ġustifikazzjoni tat-terroriżmu’. Is-sentenza ta’ Alexei Gorinov kienet ibbażata fuq dikjarazzjonijiet li għamel f’konverżazzjoni ma’ sħabu taċ-ċella li fiha allegatament irrikonoxxa li l-Krimea kienet territorju Ukren u r-riġment ta’ Azov kien parti mill-armata Ukrena. Barra minn hekk, Ushakova kkonfermat il-kundanni ta’ Nikita Tushkanov, Daniil Bondarenko u Stanislav Shevchenko, abbażi ta’ akkużi politikament motivati ta’ ‘ġustifikazzjoni tat-terroriżmu’ fid-dikjarazzjonijiet tagħhom fuq il-media soċjali jew f’konverżazzjonijiet privati dwar, b’mod partikolari, l-isplużjoni tal-Pont tal-Krimea. Għalhekk, Marina Ushakova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025 |
|
62. |
Svetlana Sergeevna RYGALOVA (Светлана Сергеевна РЫГАЛОВА) |
Pożizzjoni: Prosekutur tal-Criminal Judicial Department of the Prosecutor’s Office of Vladimir Region, Junior Justice Counsellor Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Svetlana Rygalova, li sservi bħala prosekutur tal-Prosecutor’s Office of Vladimir Region, ipparteċipat fil-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ Alexei Gorinov, eks viċi muniċipali fid-distrett ta’ Krasnoselsky ta’ Moska, talli esprima l-opinjoni tiegħu relatata mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-prosekutur Rygalova approvat l-att ta’ akkuża f’kawża kriminali u mexxiet il-prosekuzzjoni ta’ Alexei Gorinov skont l-Artikolu 205.2 tal-Kodiċi Kriminali Russu għal ‘ġustifikazzjoni tat-terroriżmu’, u pproponiet li jiġi kkundannat għal tliet snin u nofs priġunerija. Il-każ tal-prosekuzzjoni kienet ibbażata fuq dikjarazzjonijiet li Gorinov għamel f’konverżazzjoni ma’ sħabu taċ-ċella li fihom huwa allegatament irrikonoxxa li l-Krimea kienet territorju Ukren u r-reġim ta’ Azov kien parti mill-armata Ukrena. Abbażi tal-att ta’ akkuża ta’ Rygalova, Gorinov ġie kkundannat għal tliet snin priġunerija. Għalhekk, Svetlana Rygalova hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tal-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u għal attivitajiet li jdgħajfu serjament l-istat tad-dritt fir-Russja. |
20.11.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2356/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)