<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-395/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CC0395</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:595">EU:C:2019:595</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Campos Sánchez‑Bordona — Kawża C‑395/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Tim</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Campos Sánchez‑Bordona</HT></P><P>ippreżentati fil‑<DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑395/18</HT></P><P>Tim SpA – Direzione e coordinamento Vivendi SA</P><P>vs</P><P>Consip SpA,</P><P>Ministero dell’Economia e delle Finanze,</P><P>b’intervent ta’:</P><P>E‑VIA SpA</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" — " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2014/24/UE</KEYWORD><KEYWORD>Għoti ta’ kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ sejħa għal offerti minħabba nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu min-naħa ta’ subappaltatur propost minnu</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti fl-Artikolu 18(2)</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-offerent</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 71</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 57(4)(a)</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Awtorità kontraenti Taljana (Consip SpA)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Consip hija kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata li l-kapital azzjonarju tagħha jappartjeni kollu lill-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi (l-Italja)). Din topera biss għas-servizz tal-amministrazzjoni pubblika.</P></NOTE> organizzat sejħa għal offerti għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista ta’ ċerti servizzi, filwaqt li l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jippermettu l-possibbiltà ta’ subappalt. Sabiex jibbenefikaw minn din il-possibbiltà, il-kandidati kellhom jispeċifikaw fl-offerti tagħhom li kellhom l-intenzjoni li jissubappaltaw parti minn dawn is-servizzi, kif ukoll jindikaw tliet subappaltaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Wieħed mill-offerenti (Tim SpA) wera fl-offerta tiegħu li kien ser jissubappalta xi servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt u indika l-isem ta’ tliet subappaltaturi. Peress li wieħed minn dawn tal-aħħar kien ikkonċernat minn raġuni fakultattiva għall-esklużjoni (minħabba li wettaq ksur ta’ natura soċjali u tax-xogħol), l-awtorità kontraenti eskludiet lill-offerent mill-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Essenzjalment, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva 2014/24/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="094" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 94, p. 65</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="275" PAGE.FIRST="68" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 275, p. 68</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> tawtorizzax lill-awtorità kontraenti li teskludi lil offerent mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt għal raġunijiet li jikkonċernaw lis-subappaltatur propost fl-offerta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni. Id-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessa 101 tad-Direttiva 2014/24 tipprovdi li:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli, pereżempju minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali jew soċjali […]</P><P>[…]</P><P>Bl-applikazzjoni ta’ raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-prinċipju ta’ proporzjonalità. Irregolaritajiet minuri għandhom iwasslu għall-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Madankollu każijiet ripetuti ta’ irregolaritajiet minuri jistgħu jwasslu għal dubju dwar l-affidibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjonijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 105 tad-Direttiva 2014/24:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Huwa importanti li l-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol internazzjonali elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni […]</P><P>[…]</P><P>Għandu jiġi ċċarat ukoll li l-kondizzjonijiet marbuta mal-infurzar tal-osservanza tal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol, stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni, il-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi, jew bid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali ambjentali, soċjali u tax-xogħol elenkati f’din id-Direttiva, dment li tali regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu applikati kull meta l-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi għal mekkaniżmu ta’ passiv konġunt bejn sottokuntrattur u l-kuntrattur ewlieni. Barra minn hekk, għandu jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jmorru lil hinn, pereżempju billi jestendu l-obbligi ta’ trasparenza billi jippermettu pagamenti diretti lis-sottokuntratturi jew billi jippermettu jew jitolbu lill-awtoritajiet kontraenti biex jivverifikaw li s-sottokuntratturi mhumiex f’xi sitwazzjonijiet li twassal għall-esklużjoni tal-operaturi ekonomiċi. Fejn tali miżuri jiġu applikati fuq sottokuntratturi, għandha tiġi żgurata koerenza mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-kuntratturi prinċipali sabiex l-eżistenza ta’ raġunijiet għall-esklużjoni obbligatorja jkunu segwiti minn talba li l-kuntrattur prinċipali jissostitwixxi s-sottokuntrattur imsemmi. Meta tali verifika turi l-preżenza ta’ raġunijiet għal esklużjoni mhux obbligatorja, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu s-sostituzzjoni. Għandu wkoll ikun stabbilit b’mod espliċitu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jkunu obbligati jitolbu s-sostituzzjoni tas-sottokuntrattur kkonċernat fejn l-esklużjoni tal-kuntratturi ewlenin tkun obbligatorja f’tali każijiet.</P><P>Għandu jkun stabbilit ukoll b’mod espliċitu li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprovdu regoli ta’ passivi aktar stretti taħt il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn taħt il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Prinċipji tal-akkwisti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tad-Direttiva 2014/24 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="018.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri adegwati biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti pubbliċi l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tal-ambjent, soċjali u tax-xogħol elenkati fl-Anness X<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Raġunijiet għall-esklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tad-Direttiva 2014/24 jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="057.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu jew jistgħu jiġu obbligati minn Stati Membri li jeskludu mill-parteċipazzjoni fi proċedura tal-akkwist kwalunkwe operatur ekonomiku fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi permezz ta’ kwalunkwe mezz adegwat ksur tal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 18(2);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sottokuntrattar<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, tad-Direttiva 2014/24 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="071.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2) hija żgurata permezz ta’ azzjoni adegwata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jaġixxu fl-ambitu tar-responsabbiltà u l-kompetenza tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika wkoll kwalunkwe sottokuntrattur propost.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabbiltà tal-kontrattur prinċipali.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru jipprovdi għal mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur prinċipali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 18(2).</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikoli 59, 60 u 61, jivverifikaw jew ikunu obbligati mill-Istati Membri li jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tiġi obbligata minn Stat Membru li tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="071.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti skont il-liġi nazzjonali jew imorru aktar ‘l hinn skont il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi, pereżempju billi jipprevedu għal pagamenti diretti lis-sottokuntratturi mingħajr ma huma jkollhom il-ħtieġa li jitolbu tali pagament dirett.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="071.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Dawk l-Istati Membri li għażlu li jipprevedu miżuri skont il-paragrafi 3, 5 jew 6 għandhom jispeċifikaw, skont il-liġi, ir-regolament jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi u wara li kkunsidraw id-dritt tal-Unjoni, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dawk il-miżuri. Billi jagħmlu dan, l-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-applikabilità tagħhom, pereżempju fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti, ċerti kategoriji ta’ awtoritajiet kontraenti jew operaturi ekonomiċi kif ukoll ta’ ċerti ammonti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan. Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 80(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Decreto legislativo <DATE ISO="20160418">18 aprile 2016</DATE>, n. 50. Attuazione delle direttive 2014/23/UE, 2014/24/UE e 2014/25/UE sull’aggiudicazione dei contratti di concessione, sugli appalti pubblici e sulle procedure d’appalto degli enti erogatori nei settori dell’acqua, dell’energia, dei trasporti e dei servizi postali, nonchè per il riordino della disciplina vigente in materia di contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture: Codice dei contratti pubblici (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50, tat‑<DATE ISO="20160418">18 ta’ April 2016</DATE>, li jittrasponi d-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE u 2014/25/UE dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, dwar kuntratti pubbliċi u dwar kuntratti minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali, kif ukoll għar-ristrutturazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, servizzi u provvisti (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>)) (Suppliment ordinarju Nru 10 għall-GURI Nru 91, tad‑<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>).</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeskludu operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt li jinsab f’waħda mis-sitwazzjonijiet segwenti, anki jekk dan jikkonċerna lil subappaltatur tal-operatur imsemmi fil-każijiet previsti fl-Artikolu 105(6) meta:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-operatur ekonomiku ma jippreżentax iċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 68, tat‑<DATE ISO="19990312">12 ta’ Marzu 1999</DATE>, jew ma jiċċertifikax għalih innifsu l-eżistenza ta’ dan ir-rekwiżit [<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont l-Artikolu 17 tal-Liġi Nru 68 tal‑1999, l-impriżi, kemm pubbliċi kif ukoll privati, li jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jew li jkollhom relazzjonijiet kuntrattwali jew ftehimiet mal-amministrazzjonijiet pubbliċi huma obbligati li jipprovdu lil dawn tal-aħħar, minn qabel u taħt piena ta’ esklużjoni, dikjarazzjoni tar-rappreżentant legali tagħhom li turi li josservaw ir-regoli dwar id-dritt għax-xogħol tal-persuni diżabbli.</P></NOTE><HT TYPE="SUP">]</HT>;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 105 tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="105.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jiġi indikat grupp ta’ tliet subappaltaturi meta l-ammont tal-kuntratti ta’ xogħlijiet, servizzi jew provvisti jkun daqs il-livelli previsti fl-Artikolu 35 jew iktar, u li għat-twettiq tagħhom ma tiġix mitluba kwalifika partikolari. F’dan il-każ, l-avviż ta’ sejħa għal offerti jistabbilixxi dan l-obbligu. Fl-avviż ta’ sejħa għal offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tindika każijiet oħrajn fejn tkun obbligatorja n-nomina ta’ tliet subappaltaturi, anki jekk l-ammont tal-kuntratt ikun inqas mil-livelli previsti fl-Artikolu 35.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="105.012"><NO.PARAG>12.</NO.PARAG><ALINEA>L-offerent rebbieħ għandu jissostitwixxi lis-subappaltaturi li fir-rigward tagħhom ġie muri, wara li twettqet spezzjoni, li hemm raġunijiet għall-esklużjoni previsti fl-Artikolu 80.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE>, Consip ippubblikat sejħa għal offerti li kellha bħala suġġett il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>provvista tas-Sistema WDM għall-interkonnessjoni taċ-Ċentru ta’ informazzjoni tad-Dipartimenti RGS, DT u DAG<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>L-għan tas-sejħa għal offerti kien jikkonsisti, b’mod partikolari, fil-provvista ta’ servizzi ta’ interkonnessjoni b’manutenzjoni u b’assistenza, servizzi addizzjonali ta’ estensjoni tal-broadband b’manutenzjoni u b’assistenza, kif ukoll servizzi addizzjonali ta’ trasferiment.</P></NOTE>. Il-valur stmat tal-kuntratt kien ta’ EUR 1 420 785.60 mingħajr il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-klawżola numru 11 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienet tippermetti s-subappaltar. Għal dan il-għan, il-kandidati kellhom jindikaw fl-offerti tagħhom l-intenzjoni li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà, u li jindikaw tliet subappaltaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Tim ippreżentat l-offerta tagħha, fejn indikat lit-tliet subappaltaturi li kellha l-intenzjoni li tirrikorri għalihom f’każ li jingħatalha l-kuntratt. L-anness tagħha kien jinkludi d-Dokument Ewropew ta’ Akkwist Uniku (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>DEAU<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) ta’ kull wieħed minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-awtorità kontraenti, waqt il-verifika tal-kundizzjonijiet dwar is-subappaltaturi, ikkonstatat li wieħed minnhom (il-kumpannija Maticmind Spa) ma kienx josserva r-regoli dwar id-dritt għax-xogħol tal-persuni diżabbli, skont ċertifikat tal‑<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>, maħruġ mill-komunità urbana ta’ Milano (l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>B’hekk, Consip eskludiet lil Tim mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, skont l-Artikolu 80(5)(i) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Tim ikkontestat din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, fejn essenzjalment allegat li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-esklużjoni kienet inġusta u sproporzjonata minħabba li, skont id-Direttiva 2014/24, raġuni għall-esklużjoni ta’ subappaltatur tista’ twassal biss għas-sostituzzjoni tiegħu.</P></ITEM><ITEM><P>Għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, Tim setgħet f’kull każ tirrikorri għaż-żewġ subappaltaturi l-oħrajn, li ma kienu kkonċernati minn ebda raġuni ta’ esklużjoni.</P></ITEM><ITEM><P>Is-subappalt ma kienx indispensabbli għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, minħabba li Tim kienet tissodisfa r-rekwiżiti neċessarji kollha sabiex tipprovdi s-servizzi hija nnifisha.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-esklużjoni ta’ Tim hija konformi mal-Artikolu 80(5) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi. Madankollu, il-qari tal-paragrafi 6 u 12 tal-Artikolu 105 tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi jwassalha sabiex tagħmel distinzjoni dwar x’għandu jsir f’każ li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ raġuni għall-esklużjoni li tikkonċerna lil subappaltatur:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk din il-konstatazzjoni sseħħ matul il-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt, minħabba li r-raġuni għall-esklużjoni tirrigwarda lil wieħed mit-tliet subappaltaturi, il-konsegwenza tkun l-eliminazzjoni tal-offerent (Artikolu 80(5) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi).</P></ITEM><ITEM><P>Jekk il-verifika ssir wara l-konklużjoni tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti jkollha titlob lill-offerent rebbieħ sabiex jissostitwixxi lis-subappaltatur (Artikolu 105(12) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din id-differenza fit-trattament, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-esklużjoni tal-offerent tkunx kompatibbli mal-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2014/24 u tissodisfax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 57 u 71(6) tad-Direttiva 2014/24/UE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 80(5) tad-decreto legislativo n. 50 del 2016 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal‑2016), li tipprevedi l-esklużjoni tal-operatur ekonomiku offerent fil-każ li tiġi kkonstatata, fl-istadju tas-sejħa għal offerti, raġuni għal esklużjoni li tirrigwarda lil subappaltatur li jagħmel parti mit-tliet subappaltaturi indikati fl-istadju tal-offerta, minflok ma timponi lill-offerent is-sostituzzjoni tas-subappaltatur indikat?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-possibbiltà tal-esklużjoni tal-offerent hija fost dawk permessi lil Stat Membru, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, iddikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat UE, li għalih isir riferiment fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/><HT TYPE="ITALIC">premessa</HT><QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> 101 tad-Direttiva 2014/24/UE u li huwa indikat bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti tal-Ġustizzja, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 80(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tal‑2016, li tipprevedi li, fil-każ li tiġi kkonstatata, fl-istadju tas-sejħa għal offerti, raġuni għal esklużjoni li tirrigwarda subappaltatur indikat, fi kwalunkwe każ jiġi eskluż l-operatur ekonomiku offerent, anki fejn ikun hemm subappaltaturi oħra mhux esklużi u li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-eżekuzzjoni tas-servizzi li għandhom jiġu ssubappaltati jew fejn l-operatur ekonomiku jiddikjara li jirrinunzja għas-subappalt, inkwantu jkollu l-mezzi sabiex jeżegwixxi s-servizzi huwa stess?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20180614">14 ta’ Ġunju 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja talbet lill-qorti tar-rinviju għal ċerti kjarifiki dwar il-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt. Fir-risposta tagħha, tas‑<DATE ISO="20190326">26 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-qorti tar-rinviju indikat li:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Tim kienet obbligata li tindika lil tliet subappaltaturi fl-offerta tagħha, jekk kellha l-għan li tirrikorri għas-subappalt. Din setgħet ukoll ma tindika lil ebda wieħed, u b’hekk tkun qiegħda tirrinunzja għall-possibbiltà li tirrikorri għas-subappalt.</P></ITEM><ITEM><P>Tim ma kinitx obbligata li tirrikorri għat-tliet subappaltaturi indikati jew għal xi wieħed minnhom f’każ li jingħatalha l-kuntratt. Hija setgħet tirrinunzja għas-subappalt u twettaq il-kuntratt hija nnifisha.</P></ITEM><ITEM><P>Waqt it-tħejjija tal-offerta tagħha, Tim ma kellhiex l-obbligu li tivverifika jekk is-subappaltaturi proposti kinux ikkonċernati mir-raġuni fakultattiva għall-esklużjoni fl-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24; din kellha biss tipprovdi d-DEAU maħruġ mir-rappreżentant ta’ kull subappaltatur.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Tim, Consip, il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Kollha, minbarra l-Gvern Awstrijak, kienu preżenti fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190502">2 ta’ Mejju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Espożizzjoni tat-tilwima</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Taljana tipprovdi li l-ksur imwettaq minn subappaltatur jista’ jkollu effett fuq l-offerent li jkun ipproponieh meta ppreżenta l-offerta tiegħu, b’tali mod li jiġġustifika l-esklużjoni ta’ dan tal-aħħar mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-istess leġiżlazzjoni tipprovdi trattament differenti f’żewġ każijiet:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk il-ksur tas-subappaltatur jiġi kkonstatat ladarba jkun ingħata l-kuntratt, l-offerent rebbieħ ikollu jissostitwixxih.</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, jekk dan il-ksur jiġi żvelat matul il-fażi ta’ selezzjoni tal-kuntratturi, ir-riżultat ikun iktar radikali, għaliex jimplika l-esklużjoni tal-offerent innifsu.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk dan it-trattament differenti huwiex kompatibbli mad-Direttiva 2014/24. Jidhirli li sabiex tingħata risposta għad-domandi tagħha, l-ewwel nett, għandu jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 57 ta’ din id-direttiva jippermettix l-inklużjoni ta’ ksur tas-subappaltatur fost ir-raġunijiet għall-esklużjoni tal-offerent u, sussegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk is-sistema tas-subappalt stabbilita fl-Artikolu 71 tad-direttiva tippermettix tali esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fiż-żewġ każijiet, l-isfond li wassal għall-esklużjoni ta’ Tim huwa n-nuqqas (min-naħa tas-subappaltatur) ta’ twettiq ta’ obbligi fil-qasam soċjali jew tax-xogħol, b’mod konkret, il-fatt li ma ġewx osservati r-regoli nazzjonali dwar ix-xogħol tal-persuni diżabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 18(2), id-Direttiva 2014/24 tordna lill-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Għalkemm l-Artikolu 18(2) huwa indirizzat biss lill-Istati Membri, il-premessa 37 tad-Direttiva 2014/24 tinkludi wkoll lill-awtoritajiet kontraenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>[b]il-ħsieb ta’ integrazzjoni adegwata ta’ rekwiżiti ambjentali, soċjali u tax-xogħol fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti jieħdu l-miżuri relevanti biex jiżguraw konformità mal-obbligi fl-oqsma tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</P></NOTE> jadottaw miżuri adegwati sabiex jiżguraw li, fl-eżekuzzjoni tal-kuntratti pubbliċi, l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom fl-oqsma soċjali u tax-xogħol (<HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>), kif stabbiliti fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Din l-ordni tapplika kemm għall-offerenti rebbieħa prinċipali (kuntratturi) kif ukoll għas-subappaltaturi, minħabba li t-tnejn huma operaturi ekonomiċi. Permezz tagħha, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jikkonverti l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fi strument li jaqdi għanijiet pubbliċi oħrajn f’ċerti oqsma ta’ interess ġenerali, riflessi fl-Artikoli 57 u 71 tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[il-]kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet […] soċjali u tax-xogħol, għandhom jitwettqu fl-istadji rilevanti tal-procedura ta’ akkwist, meta jiġu applikati l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-għażla tal-parteċipanti u l-għoti tal-kuntratti, meta jiġi applikat il-kriterju ta’ esklużjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Premessa 40 tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni jorbot l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24 mar-raġuni fakultattiva għall-esklużjoni fl-Artikolu 57(4)(a) ta’ din id-direttiva. B’mod speċifiku, dan tal-aħħar jirreferi għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi applikabbli skont l-ewwel minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Id-dubju huwa dwar jekk l-aġir tas-subappaltatur jistax jiġġustifika l-esklużjoni (fakultattiva) tal-offerent jew jekk, għall-kuntrarju, tali esklużjoni hijiex applikabbli biss minħabba fatti imputabbli lill-offerent innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Jekk tiġi analizzata l-formulazzjoni tal-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24, jiġi kkonstatat li din hija deliberatament ġenerali. Tintuża espressjoni impersonali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ksur tal-obbligi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Fil-verżjonijiet lingwistiċi li kkonsultajt, it-tifsira hija l-istess: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>peut démontrer, par tout moyen approprié, un manquement aux obligations<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fil-verżjoni bil-Franċiż; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>can demonstrate by any appropriate means a violation of applicable obligations<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fil-verżjoni bl-Ingliż; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>dimostrare con qualunque mezzo adeguato la violazione degli obblighi applicabili<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fil-verżjoni bit-Taljan; <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>puder demonstrar, por qualquer meio adequado, o incumprimento das obrigações aplicáveis<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fil-verżjoni bil-Portugiż; jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kann auf geeignete Weise Verstöße gegen geltenden Verpflichtungen<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, fil-verżjoni bil-Ġermaniż.</P></NOTE> sabiex isir riferiment, mingħajr ma jissemmew l-awturi tiegħu, għan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi soċjali jew tax-xogħol. B’hekk, din id-dispożizzjoni tikkuntrasta, mill-perspettiva letterali, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jidentifikaw lill-awturi eventwali tal-aġir li jwassal għall-esklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Din il-kostruzzjoni grammatikali tippermetti li l-persuna responsabbli għan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (u, għaldaqstant, għar-raġuni għall-esklużjoni) tkun ukoll is-subappaltatur, bħala parti li, billi hija stess timpjega ħaddiema fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi, hija suġġetta għar-regoli nazzjonali tad-dritt soċjali jew tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Jekk jitqies il-kriterju ta’ interpretazzjoni sistematika, l-estensjoni għall-offerent tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mwettaq mis-subappaltatur, matul il-fażi inizjali ta’ selezzjoni, hija koerenti mal-premessa 40 tad-Direttiva 2014/24, li skontha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[il-]kontroll tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet ambjentali, soċjali u tax-xogħol, għandhom jitwettqu fl-istadji rilevanti tal-procedura ta’ akkwist<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Il-Proposta għal Direttiva ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (KUMM/2011/0896 finali – 2011/0438 (COD)), tirreferi wkoll għall-parteċipanti fil-ktajjen ta’ provvista (Artikolu 55). Il-formulazzjoni miftuħa li finalment ġiet adottata għandha portata usa’.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Bl-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju, l-Artikolu 57(5) tad-Direttiva 2014/24 jikkonferma li kull operatur ekonomiku (u b’hekk anki l-offerent) jista’ jiġi eskluż <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fid-dawl ta’ atti li saru jew li ma sarux, qabel jew inkella matul il-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. In-nuqqas ta’ kontroll tal-offerent, meta fl-offerta tiegħu ppreżenta lil subappaltatur li, qabel il-proċedura, naqas milli jwettaq l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva, jiżvela, minn tal-inqas, nuqqas negliġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 71(6)(a) tad-Direttiva 2014/24 isemmi espressament, b’rabta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, bħala wieħed mill-mekkaniżmi li jistgħu jużaw l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà ta’ dawn iż-żewġ entitajiet tiġi affermata mill-ġdid fil-premessa 105 tad-Direttiva 2014/24, li tippermetti li l-Istat Membru jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>mekkaniżmu ta’ passiv konġunt bejn sottokuntrattur u l-kuntrattur ewlieni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Huwa magħruf li l-azzjoni sabiex jintalab it-twettiq tad-dmirijiet ta’ dawk responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, u sabiex jinsiltu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tagħhom, tista’ tiġi ppreżentata kontra kull wieħed minnhom, mingħajr preġudizzju għar-relazzjonijiet interni bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-iskop tal-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 jikkorrobora l-fondatezza ta’ dan l-approċċ, li nqis li huwa l-iktar adegwat, fid-dawl tal-għan inekwivoku tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jissalvagwardja d-drittijiet soċjali u tax-xogħol, inkluż billi jsaħħaħ il-protezzjoni tagħhom fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti amministrattivi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’din l-istess direzzjoni hemm l-għan li jkun hemm kompetizzjoni mhux ivvizzjata bejn l-offerenti. Din il-kompetizzjoni tiġi mfixkla jekk, filwaqt li l-oħrajn jikkonformaw mar-regoli, offerent jippreżenta l-offerta tiegħu meta jkun konxju li wieħed mill-komponenti prinċipali tiegħu (is-subappaltatur li qiegħed jiġi fdat b’parti rilevanti mill-kuntratt) japprofitta minn sitwazzjoni ta’ vantaġġ illeċitu fir-rigward tal-ispejjeż tiegħu, preċiżament minħabba li ma josservax l-obbligi fil-qasam soċjali. Dan jaffettwa l-kredibbiltà stess tal-offerent li jipprova jgawdi minn dan il-vantaġġ żleali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Abbażi ta’ din il-premessa, huwa loġiku li l-kapaċità tal-offerent sabiex jissubappalta tista’ tiġi affettwata minħabba ksur min-naħa tas-subappaltatur. Sa fejn huwa l-offerent li jiddeċiedi b’mod liberu li jirrikorri għall-mekkaniżmu tas-subappalt u li jagħżel u jipproponi s-subappaltaturi li jkunu ser jipparteċipaw fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, xejn ma jipprekludi r-responsabbiltà tiegħu (anki jekk sempliċement minħabba <HT TYPE="ITALIC">culpa in eligendo</HT>) milli testendi għall-aġir tas-subappaltaturi fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jistgħu jsiru manuvri ta’ evażjoni mir-responsabbiltà u ta’ tnaqqis mhux iġġustifikat tal-ispejjeż tax-xogħol għall-kuntrattur prinċipali, li jistgħu jkunu stabbiliti diġà fil-fażi inizjali (l-offerta) tas-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fl-iżvilupp ġenerali tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, id-dritt tal-Unjoni jagħti importanza kbira lil-libertà ta’ stabbiliment u lil-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, kif ukoll lill-faċilitazzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi. Dan l-għan huwa intiż biex il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti jkun l-usa’ possibbli, li applikazzjoni eżaġerata tar-raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni tista’ tkun ta’ ostakolu għalih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Minkejja dan, ir-raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni jippermettu lill-Istati Membri li jissodisfaw l-għanijiet ta’ interess ġenerali u, f’kull każ, huma intiżi biex jiżguraw l-affidabbiltà, id-diliġenza, l-integrità professjonali u s-serjetà tal-offerent<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑358/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2063">EU:C:2014:2063</NO.ECLI>), punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Kif indikajt fil-konklużjonijiet fil-kawża Delta Antrepriză de Construcţii şi Montaj 93<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Konklużjonijiet ippreżentati fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delta Antrepriză de Construcţii şi Montaj 93</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:393">EU:C:2019:393</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, id-Direttiva 2014/24 tinkorpora l-affidabbiltà bħala komponent prinċipali tar-relazzjoni. Skont l-ewwel paragrafu tal-premessa 101 ta’ din id-direttiva, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu lill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>operaturi ekonomiċi li wrew li mhumiex affidabbli<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. Għalhekk, l-element tal-affidabbiltà jinfluwenza r-raġunijiet għall-esklużjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet suġġettivi kemm tal-offerent kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi l-oħra li dan ikun irid juża, bħala subappaltaturi, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 ma jaħrabx minn din l-influwenza. Għall-kuntrarju, il-premessa 101 ta’ din id-direttiva tibda billi tinvoka n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-operatur ekonomiku preċiżament minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>obbligi ambjentali jew soċjali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jistabbilixxu r-raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1000">EU:C:2017:1000</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Madankollu, l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24 jippreċiża li l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>b’kont meħud għad-dritt tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa leġittimu li Stat Membru juża din is-setgħa diskrezzjonali sabiex jippermetti lill-awtoritajiet kontraenti tiegħu li jinvokaw kontra l-offerent ir-raġuni fakultattiva għall-esklużjoni prevista fl-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24 jekk in-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi soċjali jew tax-xogħol ikun imputabbli għas-subappaltatur li jkun ippropona l-offerent.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-possibbiltà ta’ esklużjoni ma toperax b’mod awtomatiku, iżda tiddependi miċ-ċirkustanzi partikolari, evalwati skont il-prinċipji li jispiraw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom hemm il-prinċipju ta’ proporzjonalità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2014/24, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>[l-]awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sabiex in-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi min-naħa tas-subappaltatur ikunu jistgħu jaffettwaw lill-offerent b’tali mod li jiġi eskluż mill-proċedura, huwa meħtieġ, b’mod ġenerali, li l-ksur min-naħa tas-subappaltatur jirriżulta fin-nuqqas ta’ fiduċja tal-awtorità kontraenti fl-offerent. Dan l-aspett ser nittrattah sussegwentement.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(1) tad-Direttiva 2014/24 jimponi fuq l-awtoritajiet kompetenti d-dmir li jiżguraw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[l-]osservanza mis-sottokuntratturi tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2)<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> (jiġifieri, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, l-obbligi ta’ natura soċjali jew tax-xogħol).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-paragrafu 6 tal-istess Artikolu 71 jawtorizza lill-Istati sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>[bil-]għan li jiġi evitat ksur [min-naħa tas-subappaltaturi] tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2), [jittieħdu l-]miżuri adegwati<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Uħud mill-partijiet intervenjenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Consip u l-Gvern Awstrijak.</P></NOTE> sostnew li l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24 ma japplikax fil-fażi ta’ selezzjoni tal-kandidati, iżda japplika fil-fażi tat-twettiq tal-obbligi kuntrattwali. Insostenn ta’ din it-teżi, dawn jinvokaw il-premessa 105 ta’ din id-direttiva, li ssemmi biss lill-kuntrattur prinċipali u lis-subappaltatur, iżda mhux lis-sempliċi offerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Ma naħsibx li din l-oġġezzjoni terminoloġika hija deċiżiva. Fir-realtà, l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24 juża, minbarra l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>kuntrattur prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> (jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>l-operatur ekonomiku li jkun ingħata l-kuntratt pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>), dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>subappaltatur<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>offerent<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (li jkun ippreżenta offerta) u dik ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Din tal-aħħar hija l-usa’ waħda u tinkludi lil kull impriża li tipprovdi l-prodotti jew is-servizzi tagħha fis-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Fl-Artikolu 2(1)(10) tad-Direttiva 2014/24, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> huwa ddefinit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>kull persuna fiżika jew ġuridika jew entità pubblika jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inkluża kwalunkwe assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi, li joffru l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew xogħol, il-forniment ta’ prodotti jew il-forniment ta’ servizzi fis-suq<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Jiġi ddefinit ukoll l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>offerent<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> (Artikolu 2(1)(11) tad-Direttiva 2014/24).</P></NOTE>, li tinkludi, loġikament, lis-subappaltaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-premessa 105 tad-Direttiva 2014/24 għandha tinqara konformement mar-referenzi espliċiti li l-Artikolu 71 ta’ din id-direttiva jagħmel għall-kuntrattur prinċipali u għall-operaturi ekonomiċi. Konsegwentement, xejn ma jipprekludi li din id-dispożizzjoni tapplika kemm fil-fażi ta’ qabel l-għoti tal-kuntratt (jiġifieri għall-offerenti), kif ukoll fil-fażi sussegwenti (jiġifieri għall-kuntratturi) sabiex taffettwa r-relazzjoni ta’ dawn iż-żewġ entitajiet mas-subappaltaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>B’mod konkret, l-Artikolu 71(6)(b) tad-Direttiva 2014/24, li speċifikament jittratta l-esklużjoni tas-subappaltatur minħabba n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva, jitkellem dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>operatur ekonomiku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, b’mod li din id-dispożizzjoni tapplika kemm fil-fażi ta’ selezzjoni, kif ukoll f’dik tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dan huwa loġiku minħabba li l-informazzjoni li l-operatur ekonomiku għandu jipprovdi lill-awtorità kontraenti fir-rigward tar-rabta tas-subappaltaturi mal-kuntratt għandha rwol ċentrali fid-Direttiva 2014/24. Fuq dan il-punt, nirreferi għall-kunsiderazzjonijiet tiegħi fil-konklużjonijiet fil-kawża Delta Antrepriză de Construcţii şi Montaj 93<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Konklużjonijiet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Delta Antrepriză de Construcţii şi Montaj 93</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑267/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:393">EU:C:2019:393</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>It-traduzzjoni leġiżlattiva ta’ din ir-rieda tal-leġiżlatur tidher fl-Artikolu 71(2) u (5) tad-Direttiva 2014/24 li, rispettivament, jittrattaw l-obbligu tal-offerent u tal-kuntrattur prinċipali sabiex jinformaw lill-awtorità kontraenti dwar is-subappalt previst (fil-fażi ta’ selezzjoni) jew dak operattiv (wara l-għoti tal-kuntratt).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-Artikolu 71(6)(b) tad-Direttiva 2014/24 jorbot ma’ dan l-obbligu ta’ informazzjoni meta jagħti lill-awtoritajiet kontraenti s-setgħa li jużaw il-mekkaniżmi previsti fl-Artikoli 59, 60 u 61 ta’ din id-direttiva sabiex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni tas-subappaltaturi skont l-Artikolu 57 tad-direttiva msemmija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Ir-riferiment fl-Artikolu 71 tad-Direttiva 2014/24 għall-Artikolu 57 ta’ din id-direttiva jinkludi r-raġunijiet għall-esklużjoni kemm obbligatorji kif ukoll dawk fakultattivi, fil-kuntest tan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 18(2) tad-direttiva msemmija. Madankollu, il-konsegwenzi huma differenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Jekk raġuni obbligatorja għall-esklużjoni tkun tirrigwarda lis-subappaltatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Jiġifieri, f’każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi soċjali jew tax-xogħol li fir-rigward tagħhom diġà ttieħdet deċiżjoni definittiva u li huma parti mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/24.</P></NOTE>, l-operatur ekonomiku <HT TYPE="ITALIC">għandu</HT> jissostitwixxih.</P></ITEM><ITEM><P>Jekk tkun teżisti raġuni għall-esklużjoni mhux obbligatorja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Dik stabbilita fl-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24, li speċifikament tittratta n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>, l-awtorità kontraenti <HT TYPE="ITALIC">tista’ teżiġi</HT> li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi lis-subappaltatur. Kif ser nispjega sussegwentement, din hija waħda mill-miżuri possibbli sabiex wieħed jirreaġixxi għall-preżenza ta’ subappaltaturi li ma humiex adegwati.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiġu nnotati żewġ elementi regolatorji:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Minn naħa, il-formulazzjoni miftuħa li tintuża fl-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2014/24 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>[bil-]għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 18(2), jistgħu jittieħdu <HT TYPE="ITALIC">miżuri adegwati</HT>, <HT TYPE="ITALIC">bħal</HT>: […]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>) (enfasi tiegħi).</P></ITEM><ITEM><P>Min-naħa l-oħra, is-setgħa li tiġi rrikonoxxuta lill-Istati sabiex jistabbilixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> (Artikolu 71(7) tad-Direttiva 2014/24).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, it-taħlita taż-żewġ elementi ssostni dak li diġà jirriżulta mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24, jiġifieri, l-awtorizzazzjoni li l-Istati Membri jistabbilixxu, f’każijiet bħal dawn, ir-responsabbiltà diretta tal-offerenti li pproponew subappaltaturi li wettqu ksur tal-Artikolu 18(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 71(6) tad-Direttiva 2014/24 tħalli miftuħa l-possibbiltà tal-adozzjoni ta’ <HT TYPE="ITALIC">miżuri</HT> nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">oħrajn</HT>. Il-leġiżlatur tal-Unjoni identifika, b’mod mhux eżawrjenti, uħud minn dawn il-miżuri sabiex wieħed jirreaġixxi kontra n-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi soċjali u tax-xogħol, bħas-sostituzzjoni tas-subappaltatur li fir-rigward tiegħu hemm raġunijiet ta’ esklużjoni (obbligatorji jew fakultattivi), iżda ma jagħlaqx il-possibbiltà għall-adozzjoni ta’ miżuri oħrajn. L-Istati Membri għandhom jippreċiżaw il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri, skont l-Artikolu 71(8) tad-Direttiva 2014/24.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Dan huwa wkoll l-approċċ li jipprevali fl-Artikolu 71(7) tad-Direttiva 2014/24, li jippermetti lill-Istati Membri li jipprevedu fil-leġiżlazzjoni tagħhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>regoli ta’ responsabbiltà aktar stretti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fil-qasam tas-subappalt. Fil-fehma tiegħi, il-qari ta’ dan il-paragrafu jiżvela li dawn ir-regoli ma humiex limitati għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>pagamenti diretti lis-sottokuntratturi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (li għalihom it-test juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>regoli […] imorru aktar ’l hinn<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>), iżda jista’ jkollhom portata iktar ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Dan jirriżulta iktar ċar mill-premessa 105 tad-Direttiva 2014/24, li tindika li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>l-Istati Membri jibqgħu liberi li jipprovdu regoli ta’ passivi aktar stretti taħt il-liġi nazzjonali jew li jmorru lil hinn taħt il-liġi nazzjonali dwar il-pagamenti diretti lis-sottokuntratturi<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>. L-alternattiva tiżvela li hemm żewġ tipi ta’ interventi (possibbli) differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Istati Membri ma jikkonċernawx biss lir-relazzjoni bejn il-kuntrattur prinċipali u s-subappaltaturi; dawn jistgħu jestendu għar-relazzjoni bejn l-awtorità kontraenti u l-offerent li jkun ippropona, fl-offerta tiegħu, li juża s-servizzi ta’ subappaltatur li fir-rigward tiegħu hemm raġuni għall-esklużjoni. Nirreferi għal dak li għidt iktar ’il fuq fir-rigward tar-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> bejn is-subappaltaturi u l-kuntratturi prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24 jirregola b’mod speċifiku r-raġunijiet għall-esklużjoni, l-Artikolu 71(6) u (7) ta’ din id-direttiva jsaħħaħ, billi jirreferi għal dak l-artikolu, il-possibbiltà li jiġu esklużi l-offerenti minħabba n-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi min-naħa tas-subappaltaturi li jkunu evadew l-obbligi imposti mill-Artikolu 18(2) tad-direttiva msemmija. L-eliminazzjoni tal-kandidati hija bbażata fuq l-imsemmi Artikolu 57, iżda nenfasizza li s-sistema tas-subappalt irregolata mill-imsemmi Artikolu 71 ta’ din l-istess direttiva tikkorrobora din il-possibbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">D.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dwar is-sistema ta’ esklużjoni minħabba nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligi min-naħa tas-subappaltatur, b’rabta mal-fatti tal-kawża</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>L-applikazzjoni kkombinata tal-Artikoli 80(5) u 105(12) tal-Kodiċi dwar il-Kuntratti Pubbliċi timplika li l-konsegwenza tal-preżentazzjoni, fl-offerta, ta’ subappaltatur li jkun kiser l-obbligi soċjali u tax-xogħol relatati mal-persuni diżabbli tirriżulta fl-esklużjoni <HT TYPE="ITALIC">awtomatika</HT> tal-offerent li jkun ipproponieh b’mod liberu, jekk il-konstatazzjoni ta’ dan in-nuqqas isseħħ fil-fażi qabel il-konklużjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Din il-konsegwenza definittiva tista’ tkun inkompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Qorti tal-Ġustizzja, b’rabta mad-Direttiva 2004/18<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE> fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</P></NOTE>, iddeċidiet dwar ir-raġunijiet fakultattivi għall-esklużjoni, fejn irrifjutat l-applikazzjoni awtomatika tagħhom. Mis-sentenza Forposta u ABC Direct Contact<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE> <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jirriżulta li l-awtomatiċità tista’ teċċedi s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 (attwalment l-Artikolu 57(7) tad-Direttiva 2014/24).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li kellha ssir <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>evalwazzjoni konkreta u individwali tal-attitudni tal-operatur ekonomiku kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Forposta u ABC Direct Contact</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑465/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:801">EU:C:2012:801</NO.ECLI>), punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan il-kriterju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li liġi nazzjonali li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>[t]imponi fuq l-awtorità kontraenti […] li teskludi awtomatikament dan l-operatur mill-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt […], mingħajr ma tħalli lil din l-awtorità kontraenti l-fakultà li tevalwa, każ b’każ, il-gravità tal-aġir allegatament ħażin tal-imsemmi operatur […]<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma segwietx din il-linja ġurisprudenzjali, sostnuta fis-sentenzi preċedenti, fil-kawża Connexxion Taxi Services. Meta qabblet l-evalwazzjoni, li sa dakinhar kienet neċessarja, bejn in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu min-naħa ta’ offerent, fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, mal-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza, din ipprivileġġat lil dawn tal-aħħar. Din ikkonkludiet li dawn jipprevalu f’każ fejn, skont il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti [tal-]kuntratt, offerent responsabbli minn kondotta professjonali ħażina ta’ ċertu gravità kellu neċessarjament jiġi eskluż mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura proporzjonata jew le ta’ din is-sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Connexxion Taxi Services</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:948">EU:C:2016:948</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jidher li l-kriterju għall-għoti ta’ sentenza jkun differenti skont jekk l-esklużjoni awtomatika tidhirx biss fil-liġi (f’liema każ, għandu jkun permess il-kontroll tal-proporzjonalità, anki jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tinkludihx) jew jekk tiġix imposta b’mod kategoriku fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>La mid-digriet tar-rinviju u lanqas mill-kjarifiki sussegwenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Miġbura fil-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> ma jirriżulta li l-esklużjoni awtomatika kienet imposta mid-dokumenti li kienu jirregolaw l-għoti tal-kuntratt. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk il-klawżola 11 jew xi klawżola oħra mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kinitx tinkludi tali mandat imperattiv. Jekk dan ikun il-każ, tipprevali l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti, fis-sens tas-sentenza Connexxion Taxi Services<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE> (<NO.CASE>C‑171/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:948">EU:C:2016:948</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’dan il-mod, jiġi evitat li offerent li josserva l-klawżoli tal-ispeċifikazzjonijiet ma jingħatax il-kuntratt, għall-benefiċċju tal-parti li naqset milli tosservahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fil-każ kuntrarju, japplikaw ir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Għal darba oħra, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa ċ-ċirkustanzi kollha inkwistjoni, din id-darba sabiex tiddetermina jekk l-esklużjoni ta’ offerent hijiex sanzjoni adegwata għall-gravità tal-aġir tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fost dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi evalwat dak li l-qorti tar-rinviju allegat fin-nota ta’ kjarifika tagħha, jiġifieri li l-offerent eskluż ma kellux id-dmir li jivverifika jekk id-DEAU tas-subappaltatur kienx jirrifletti r-realtà, liema fatt jista’ jnaqqas in-negliġenza tiegħu. Madankollu, din tal-aħħar tibqa’ teżisti, għalkemm f’livell inqas, minħabba li xejn ma kien iżomm lill-offerent (kif għamlet iktar tard l-awtorità kontraenti) milli jivverifika minn qabel, b’mezzi oħra, in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu min-naħa tas-subappaltatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Il-fatt li fil-lista tat-tliet subappaltaturi hemm żewġ operaturi ekonomiċi b’reputazzjoni tajba flimkien ma’ dak li wettaq il-ksur ma huwiex biżżejjed sabiex titnaqqas ir-responsabbiltà tal-offerent. Jekk tiġi aċċettata din il-prattika, il-frodi tista’ tiġi ffaċilitata billi jiġi nnominat subappaltatur responsabbli għal nuqqas (li, kif diġà ntqal, ġeneralment ikollu spejjeż tax-xogħol jew soċjali iktar baxxi), li jintalbu s-servizzi tiegħu jekk is-sitwazzjoni irregolari tiegħu ma tiġix identifikata, flimkien ma’ tnejn oħra li sempliċement jakkumpanjawh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà tal-offerent lanqas ma tonqos jekk huwa stess ikun jista’ jwettaq is-servizzi kuntrattwali mingħajr ma jirrikorri għal subappaltatur. Peress li kien liberu li juża l-mekkaniżmu ta’ subappalt u li, fl-offerta, huwa informa lill-awtorità kontraenti dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħmel użu minn din il-possibbiltà u ppreżenta lista ta’ tliet subappaltaturi, huwa kellu jiżgura li ħadd mis-subappaltaturi f’din il-lista ma kiser id-dispożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tax-xogħol ta’ persuni diżabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 57(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20140226">26 ta’ Frar 2014</DATE> dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE ma jipprekludix, fil-prinċipju, l-esklużjoni ta’ offerent li jkun indika, fl-offerta tiegħu, l-intenzjoni li jissubappalta lil operatur ekonomiku, meta dan tal-aħħar ikun naqas milli jwettaq l-obbligi applikabbli fil-qasam tax-xogħol jew soċjali stabbiliti fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta tkun qiegħda tiddeċiedi dwar l-esklużjoni, l-awtorità kontraenti għandu jkollha s-setgħa li tevalwa, f’kull każ, il-proporzjonalità ta’ din il-miżura, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi eżistenti kollha sabiex tiddetermina l-affidabbiltà tal-offerent, sakemm fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt ma tkunx prevista, neċessarjament, l-esklużjoni mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura proporzjonata ta’ din is-sanzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>