Official Journal L 020 , 26/01/1996 P. 0004 - 0006
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/96 tat-22 ta' Jannar 1996 li jistabbilixxi trattament ta' tariffa favorevoli għall-importazzjoni ta' ċerti oġġetti fiż-żoni ħielsa ta' Madeira u l-Ażores minħabba l-użu finali tagħhom IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/315/KEE [1] stabbilixxa programm ta' għażliet speċifiċi għan-natura remota u insulari ta' Madeira u l-Ażores (Poseima); billi l-programm jagħraf fil-preambolu tiegħu illi ż-żoni ħielsa ta' l-Ażores u Madeira huma essenzjali għall-iżvilupp taż-żewg arċipelagi u għal dan l-iskop stabilixxit miżuri speċifiċi sabiex jistimulaw attività hemmhekk; Billi Dikjarazzjoni 26 dwar ir-reġjoni l-aktar imbiegħda tal-Komunità, annessa ma' l-Att Finali tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tinkuraġġixxi miżuri speċifiċi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta' dawk ir-reġjuni sakemm ikun hemm il-ħtieġa oġġettiva li jittieħdu dawn il-miżuri; Billi s-sitwazzjoni tas-settur produttiv f'dawn l-arċipelagi, kif deskritta fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm Poseima (1992 sa 1993), issejjaħ għal miżuri doganali addizzjonali; Billi l-Gvern Portugiż, b'ittra ddatata s-7 ta' Frar 1994, talab għal tnaqqis fid-dazji doganali fuq materja prima għall-ipproċessar fiż-żona ħielsa ta' Madeira u sussegwentement rilaxxata għal ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tal-Komunità fl-għamla ta' prodotti kkumpensati; Billi ż-żoni ħielsa ta' Madeira u l-Ażores huma komponent kruċjali fl-istrateġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ reġjuni; billi ż-żieda fl-attività fiż-żoni ħielsa jkollha riperkussjonijiet sinifikanti fuq l-iżvilupp ta' dawn l-arċipelagi bid-diversifikazzjoni ta' produzzjoni u ħolqien ta' impiegi; Billi, mħabba s-similaritajiet ekonomiċi u ġeografiċi bejn Madeira u l-Ażores, miżuri għandhom ikunu proposti għal żoni ħielsa fiż-żewġ arċipelagi; Billi l-Madeira u l-Ażores huma fost ir-reġjuni l-anqas żviluppati tal-Komunità, il-prodott gross nazzjonali per capita tagħhom huwa anqas minn nofs il-medja tal-prodott gross nazzjonali per capita tal-Komunità; billi l-bilanċ tal-kummerċ jinsab f'defiċit profond minħabba, fost affarijiet oħra, l-iskarsezza ta' prodotti tajbin għall-esportazzjoni; billi l-prodotti tagħhom, għal dawn ir-raġunijiet, iħabbtu wiċċhom ma diffikultajiet serji meta jaslu fis-suq tal-Komunità; billi dan l-intopp isejjaħ għad-diversifikazzjoni u l-aġġornament tal-produzzjoni; Billi l-fornitura lill-arċipelagi ta' materja prima x'aktarx tistimula is-sostenibbilità ta'attivitajiet ta' proċessar u b'hekk tissodisfa dawn il-ħtiġiet; billi, sabiex tiffaċilita l-kummerċ tal-prodotti ta' dawn l-attivitajiet ta' proċessar fil-Komunità, disposizzjoni għandha ssir għal trattament ta' tariffi favorevoli ta' l-importazzjoni fil-Madeira u l-Ażores ta' materja prima li ma tkunx agrikola għall-ipproċessar; billi, madanakollu, biex tkun evitata ħsara lill-produtturi konċernati tal-Komunità, l-għoti ta' trattament ta' tariffa bħal dan għandu jkun soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, jġifieri li l-ipproċessar iseħħ fiż-żoni ħielsa u li jkun jikkostitwixxi proċessar sostanzjali ta' l-oġġetti; Billi d-dħul ta' l-oġġetti intitolati għall-imsemmi trattament ta' tariffa għandhu jkun mogħti bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Komunità dwar l-użu finali; billi, barra dan, ir-regoli tal-Komunità dwar l-oriġini ta' oġġetti huma l-aktar propizji sabiex ikun stabbilit l-ammont ta' proċessar meħtieġ; billi dawn jeżiġu li oġġetti ma jistgħux ikunu ikkunsmati jew użati f'żoni ħielsa; Billi l-għoti ta' trattament ta' tariffa huwa ta' natura temporanja marbut mal-qawmien ekonomiku taż-żoni ħielsa tal-Madeira u l-Ażores; billi l-għajnuna għandha madanakollu tkun disponibbli matul perjodu twil biżżejjed biex jgħin l-operaturi ekonomiċi li jippjanaw l-attivitajiet tagħhom u biex jagħmlu investiment xieraq; billi dan il-għan jista' jintlaħaq jekk il-mizura in kwistjoni tkun applikabbli għal minimu ta' 10 snin; Billi l-għoti ta' trattament ta' tariffa favorevoli għandu jkun meqjus prodott abbażi ta' talbiet magħmula mill-awtoritajiet Portugiżi; billi l-Kummissjoni, mgħejjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 [2], għandu jeżamina dawn it-talbiet u jassigura li trattament favorevoli ta' tariffa ma jkunx mogħti għad-dettriment ta' setturi oħra ta' attività fl-arċipielgi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Id-dazji doganali applikabbli għal oġġetti rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa fiż-żoni ħielsa ta' Madeira u l-Ażores jistgħu jkunu mnaqqsa b'sa 100 % bil-kondizzjoni li: - l-oġġetti jkunu sejrin jiġu proċessati sal-limitu meħtieġ mill-Artikolu 24 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u bl-Artikoli 35 sa 46 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [3], - l-ipproċessar ikun kollu mwettaq fil-konfini ġeografiċi taż-żoni ħielsa ta' Madeira u l-Ażores. 2. Prodotti agrikoli fit-tifsira ta' l-Artikolu 38 tat-Trattat u elenkati fl-Anness II tat-Trattat u l-prodotti li ma jinsabux fl-Anness II akkwistati minn prodotti agrikoli jew dawk li jinkorporaw prodotti bħal dawn għandhom ikunu esklużi mill-qasam ta' l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li hemm disposizzjoni dwarha fil-paragrafu 1. Din l-esklużjoni ma tinkludix il-prodotti tas-settur tas-sajd, ħlief dawk li jibbenefikaw minn sistema tal-Komunità ta' kumpens għal soprataxxi ġenerati għal reġjuni aktar imbiegħda kif hemm disposizzjoni dwar dan f'Deċiżjoni 91/315/KEE. 3. Oġġetti għandhom ikunu eliġibbli għal trattament ta' tariffa favorevoli skond l-Artikoli 291 sa 304 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. Madanakollu, l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta' trattament bħal dan għandhom ikunu mogħtija biss lill-persuni stabbiliti fil-Komunità. Artikolu 2 Il-lista ta' oġġetti ammessi bit-trattament ta' tariffa li hemm disposizzjoni dwarha f'dan ir-Regolament u r-rati mnaqqsa tad-dazji doganali għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 3(2), fuq il-bażi ta' talbiet magħmulha mill-awtoritajiet Portugiżi. Id-disposizzjonijiet l-oħra ta' implimentazzjoni għal dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati bl-istess proċedura. Artikolu 3 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali stabbilit permezz ta' l-Artikoli 247 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. 2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'terminu li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. L-opinjoni għandha tkun mogħtija mill-maġġoranza stabbilita fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta dwar il-proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati skond kif imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota. Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li japplikaw immedjatament. Madanakollu, jekk dawn il-miżuri ma jkunux bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu mgħarrfa minnufih mill-Kummissjoni lill-Kunsill. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li hi tkun iddeċidiet għal tlett xhur mid-data tan-notifika. Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fit-terminu msemmi fis-subparagrafu preċedenti. 3. Il-Kumtitat jista jeżamina kull materja li tikkonċerna l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament li titqajjem mill-President tiegħu kemm fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta' Stat Membru. Artikolu 4 Oġġetti rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa bit-trattament ta' tariffa skond kif hemm provdut f'dan ir-Regolament għandhom jibqgħu taħt is-sorveljanza doganali bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 82 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92. Artikolu 5 L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel it-30 ta' Jannar ta' kull sena bil-volum ta' importazzjoni mdaħħla fis-sena preċedenti bit-trattament ta' tariffa skond kif hemm provdut f'dan ir-Regolament. Artikolu 6 Kemm-il darba l-volum jew il-prezz ta' importazzjoni ta' prodotti mdaħħla bit-trattament ta' tariffa skond kif provdut f'dan ir-Regolament ikunu tali mod hekk li joħolqu jew jheddu li joħolqu ħsara lill-produtturi fil-Komunità ta' prodotti simili jew li jkunu f'kompetizzjoni diretta, id-dazji relevanti jistgħu jerġgħu ikunu mposti mill-ġdid kollha kemm huma jew parti minnhom fuq il-prodotti in kwistjoni, bi qbil mal-proċedura li hemm disposizzjoni dwarha fl-Artikolu 3(2). Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jittieħdu meta jkun hemm ħsara serja jew theddida ta' ħsara serja lejn reġjun wieħed tal-Komunità. Artikolu 7 It-trattament ta' tariffa li hemm disposizzjoni dwaru f'dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2005. Wara konsultazzjonijiet ma' l-awtoritajiet kompetenti Portugiżi, il-Kummissjoni għandha, matul is-sena 2000, tistudja l-effetti ta' dawn il-miżuri fuq l-ekonomija taż-żewġ arċipelagi. Abbażi tas-sejbiet tagħha, għandha, jekk xieraq, tippreżenta proposti xierqa lill-Kunsill għall-kumplament tal-perjodu. Artikolu 8 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Jannar 1996. Għall-Kunsill Il-President L. Dini [1] ĠU L 171, tad-29.6.1991, p. 10. [2] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1). Regolament kif emendat bl-Att tal-Adeżjoni tal-1994. [3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1762/95 (ĠU L. 171, tal-21.7.1995, p. 8). --------------------------------------------------