|
26.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/5 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1263
tat-18 ta' Lulju 2019
dwar il-ħruġ ta' munita kommemorattiva b'disinn komuni biex tfakkar il-35 anniversarju tal-programm Erasmus
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (1),
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 (2), il-muniti kommemorattivi maħruġa kollettivament mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkommemoraw biss suġġetti ta' rilevanza Ewropea ewlenija, u d-disinn tagħhom għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti kostituzzjonali possibbli ta' dawk l-Istati Membri. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2019, abbażi ta' proposta mis-Sottokumitat għall-Munita tal-Euro, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju approva l-prinċipju ta' ħruġ kommemorattiv komuni għall-2022 biex ifakkar il-35 anniversarju tal-programm Erasmus. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 651/2012, id-deċiżjoni jekk jinħarġux muniti kommemorattivi b'disinn komuni maħruġa kollettivament mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro għandha tittieħed mill-Kunsill, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-ħruġ kollettiv fl-2022 ta' munita kommemorattiva b'disinn komuni, mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro, biex tfakkar il-35 anniversarju tal-programm Erasmus huwa b'dan approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Lulju 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
(1) ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta' Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1).