<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑14/15</NO.CASE><NO.CASE>C‑116/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0014</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:411">EU:C:2016:411</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WAHL – KAWŻI MAGĦQUDA C‑14/15 U C‑116/15</P><P>IL-PARLAMENT vs IL-KUNSILL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wahl</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20160607">7 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawżi magħquda C‑14/15 u C‑116/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Bażi legali</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/731/UE, 2014/743/UE, 2014/744/UE u 2014/911/UE</KEYWORD><KEYWORD>Skambju awtomatizzat ta’ data</KEYWORD><KEYWORD>Reġistrazzjoni ta’ vetturi</KEYWORD><KEYWORD>Data dattiloskopika</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ teħid ta’ deċiżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Impatt tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet tranżitorji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>atti bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>miżuri ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Bażi legali dderivata</KEYWORD><KEYWORD>Konsultazzjoni tal-Parlament</KEYWORD><KEYWORD>Inizjattiva ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regoli ta’ vot</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Ir-rikorsi għal annullament inkwistjoni ppreżentati mill-Parlament Ewropew jirrigwardaw erba’ deċiżjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/731/UE, tad-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Malta (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="302" PAGE.FIRST="56" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 302, p. 56</REF.DOC.OJ>); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/743, tal-<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Ċipru (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="100" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 308, p. 100</REF.DOC.OJ>); Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/744/UE, tal-<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Estonja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="308" PAGE.FIRST="102" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 308, p. 102</REF.DOC.OJ>) (Kawża C‑14/15); u Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/911/UE, tal-<DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Latvja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="360" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2014">ĠU 2014 L 360, p. 28</REF.DOC.OJ>) (Kawża C‑116/15).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjonijiet ikkontestati<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar il-kooperazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali (preċedentement it-Titolu VI tat-Trattat UE; it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>tielet pilastru<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) li l-Kunsill adotta wara li daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona. Kif inhu magħruf, id-dħul fis-seħħ ta’ dan it-trattat kellu effett mingħajr preċedenti fuq il-qafas istituzzjonali u legali għall-adozzjoni ta’ miżuri li jirrigwardaw it-tielet pilastru, ġaladarba li bil-proċess ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Lisbonizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, li seħħ b’dan it-trattat, it-tielet pilastru ġie inkluż fil-qafas sovranazzjonali tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Biex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel minn proċess deċiżjonali li fil-parti l-kbira kien intergovernattiv, għal qafas legali ġdid tal-Unjoni f’dan il-qasam, ġie anness mat-Trattati l-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji. Id-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati abbażi ta’ att li jaqa’ taħt il-portata tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, Anness mat-Trattati. L-Artikolu 9 ta’ dan il-protokoll jinsab taħt it-Titolu VII tiegħu, li jirrigwarda atti adottati abbażi tat-Titoli V u VI tal-verżjoni tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li tippreċedi dik ta’ Lisbona.</P></NOTE>. Skont din id-dispożizzjoni, l-effetti legali ta’ miżuri adottati taħt it-tielet pilastru qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu mħassra, annullati jew emendati l-atti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’kawżi reċenti, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat numru ta’ kwistjonijiet fundamentali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din ir-regola ta’ tranżizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:579">EU:C:2015:579</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑595/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:847">EU:C:2015:847</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Minkejja dan il-fatt u r-rabta mill-qrib li dawn l-azzjonijiet għandhom ma’ dawk il-kawżi, l-azzjonijiet ippreżentati mill-Parlament ukoll iqajmu kwistjonijiet li l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma ttrattatx, bħan-natura tad-deċiżjonijiet ikkontestati f’ċirkustanzi fejn dawn id-deċiżjonijiet jidhru li ġew adottati skont il-prassi deċiżjonali <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ibrida<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> u l-legalità ta’ proċedura ta’ dan it-tip.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat (qabel it-Trattat ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Lisbona)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(2) tat-Trattat UE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-Kunsill għandu jieħu dawk il-miżuri u jinkoraġixxi dik il-kooperazzjoni, juża l-forma xierqa u l-proċeduri kif stabbiliti f’dan it-Titolu, li jikontribwixxu biex jintlaħħqu l-miri ta’ l-Unjoni. B’dak l-iskop, billi jaġixxi unanimament fuq l-inizjattiva ta’ xi Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Kunsill jista’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jadotta deċiżjonijiet għal xi skop ieħor konsistenti ma’ l-iskopijiet ta’ dan it-Titolu, barra minn approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu jorbtu u m’għandux ikollhom effett dirett; il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet fil-livell ta’ l-Unjoni […].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Kunsill għandu jikkonsulta l-Parlament Ewropew qabel jadotta xi miżuri previsti fl-Artikolu 34 (2)(b), (c) u (d). [...]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Protokoll Nru 36</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>L-effetti legali ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta’ dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Deċiżjonijiet rilevanti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Deċiżjoni 2008/615/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI, tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 210, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>:</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Permezz ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri bi ħsiebhom itejbu l-koperazzjoni transkonfinali f’materji koperti mit-Titolu VI tat-Trattat, b’mod partikolari l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali. Għal dan il-għan, din id-Deċiżjoni fiha regoli fl-oqsma li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet u l-proċedura għat-trasferiment awtomatizzat ta’ profili tad-DNA, data dattiloskopika u ċerta data nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi (Kapitolu 2);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615 jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data fil-kuntest tal-iskambju ta’ informazzjoni li jseħħ abbażi tad-Deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Il-forniment ta’ data personali previst taħt din id-Deċiżjoni ma jistax isir sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu jkunu ġew implimentati fil-liġi nazzjonali tat-territorji ta’ l-Istati Membri involuti f’tali forniment. Il-Kunsill għandu jiddeċiedi unanimament jekk intlaħqitx din il-kondizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, għandu jadotta miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta din id-Deċiżjoni fil-livell ta’ l-Unjoni skond il-proċedura stabbilita fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Deċiżjoni 2008/616/ĠAI<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 210, p. 12</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="020.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill għandu jieħu deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI abbażi ta’ rapport ta’ valutazzjoni li għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward ta’ l-iskambju awtomatizzat tad-data konformement mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, ir-rapport ta’ valutazzjoni għandu jkun ibbażat ukoll fuq żjara ta’ valutazzjoni u prova pilota li għandha titwettaq meta l-Istat Membru kkonċernat ikun informa lis-Segretarjat Ġenerali konformement ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="020.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dettalji ulterjuri tal-proċedura huma stabbiliti fil-Kapitolu 4 ta’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Id-deċiżjonijiet ikkontestati</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 3 tad-deċiżjonijiet ikkontestati, li ttieħdu abbażi tad-Deċiżjoni 2008/615 u tad-Deċiżjoni 2008/616, jispjegaw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>(1)</NO.P><TXT>Skont [il-Protokoll Nru 36], l-effetti ġuridiċi tal-atti tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona huma ppreservati sakemm dawk l-atti jiġu rrevokati, annullati jew emendati fl-implimentazzjoni tat-Trattati.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>B’mod konformi, l-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni [2008/615] huwa applikabbli u l-Kunsill għandu jiddeċiedi b’mod unanimu jekk l-Istati Membri implimentawx id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 6 ta’ dik id-deċiżjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni [2008/616] jipprevedi li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni [2008/615] għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni bbażat fuq kwestjonarju. Fir-rigward tal-iskambju awtomatizzat ta’ data f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Deċiżjoni [2008/615], ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jiġi bbażat fuq żjara ta’ evalwazzjoni u eżerċizzju pilota.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/731 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), Malta implimentat bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni [2008/615] u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/743 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), Ċipru implimenta b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u huwa intitolat li jirċievi u jipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/744 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD), l-Estonja implimentat b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali skont l-Artikolu 12 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/911 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Għall-finijiet ta’ tiftix awtomatizzat ta’ data dattiloskopika, il-Latvja implimentat b’mod sħiħ id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-protezzjoni tad-data tal-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI u hija intitolata li tirċievi u tipprovdi data personali taħt l-Artikolu 9 ta’ dik id-Deċiżjoni mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ippreżentati fl-14 ta’ Jannar u s-<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, il-Parlament ippreżenta dawn ir-rikorsi għal annullament skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="20150408">8 ta’ April 2015</DATE>, iż-żewġ kawżi ngħaqdu għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub, tal-proċedura orali kif ukoll tas-sentenza. Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Isvezja ngħataw id-dritt li jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kunsill fiż-żewġ kawżi. Minkejja li ngħata dritt jintervjeni, il-Gvern Ġermaniż ma ressaqx osservazzjonijiet fil-proċedura preżenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-Parlament jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mill-Gvern Svediż, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikorsi bħala infondati sa fejn dawn jirrigwardaw l-ewwel motiv (bażi legali) u l-ewwel parti u l-ewwel żewġ punti tat-tieni parti tat-tieni motiv (rekwiżiti proċedurali). Fir-rigward tat-tielet punt tat-tieni parti tat-tieni motiv (konsultazzjoni tal-Parlament), il-Kunsill iħalli lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddetermina l-kwistjoni skont kif jidrilha li huwa xieraq;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, iżżomm id-deċiżjonijiet ikkontestati effettivi sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu ssostitwiti b’deċiżjonijiet ġodda;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma nżammet ebda seduta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’dawn l-azzjonijiet għal annullament, il-Parlament jikkontesta l-legalità tad-deċiżjonijiet ikkontestati adottati mill-Kunsill. Dawn id-deċiżjonijiet jikkonstataw, essenzjalment, li ċerti Stati Membri implementaw id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar protezzjoni ta’ data stabbiliti fil-Kapitolu 6 tad-Deċiżjoni 2008/615 u jawtorizzaw ir-riċeviment u l-provvista ta’ data koperti mid-Deċiżjoni 2008/615 sa minn data speċifika. Fi kliem sempliċi, il-konsegwenza prattika tad-deċiżjonijiet ikkontestati hi li l-Istati Membri kkonċernati jiksbu aċċess għal sistema li tippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni li tirrigwarda profili tad-DNA, data dattiloskopika (marki tas-swaba) u ċerta data dwar ir-reġistrazzjoni nazzjonali ta’ vetturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Din is-sistema oriġinarjament ġiet stabbilita mill-hekk imsejjaħ Trattat ta’ Prüm. Uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-trattat internazzjonali sussegwentement ġew inkorporati fid-dritt tal-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2008/615.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni, bħala argument prinċipali, li f’kull waħda mill-kawżi, il-Kunsill għamel użu minn bażi legali żbaljata. Barra minn hekk, huwa jallega li ċerti rekwiżiti proċedurali nkisru fil-prassi deċiżjonali li tat lok għall-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, il-Kunsill iqis li, fid-dawl tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36, id-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati fuq bażi legali korretta: l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615. Filwaqt li jikkontesta l-maġġoranza tal-argumenti mressqa mill-Parlament fir-rigward tar-rekwiżiti proċedurali, il-Kunsill jirrikonoxxi li jmissu kkonsulta l-Parlament matul il-prassi deċiżjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikorsi ppreżentati mill-Parlament, il-Qorti tal-Ġustizzja qed tintalab tiddetermina, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, in-natura tad-deċiżjonijiet ikkontestati; punt li dwaru ma hemmx qbil bejn il-partijiet. Din il-kwistjoni għandha ramifikazzjonijiet importanti dwar il-mod kif il-motiv dwar illegalità, stabbilit fl-Artikolu 277 TFUE u mressaq mill-Parlament fir-rigward tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615, kif ukoll tat-tieni motiv dwar ksur tar-rekwiżiti proċedurali għandhom jiġu ttrattati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Bażi legali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Taħt l-ewwel motiv tiegħu, il-Parlament jallega li l-Qorti tal-Ġustizzja uża l-bażi legali żbaljata għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati. Insostenn tat-talba tagħha, il-Parlament jistrieħ fuq numru ta’ argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Minn naħa, huwa jargumenta li l-Kunsill imissu uża bażi legali stabbilita fit-Trattat FUE. Dan għaliex, skont il-Parlament, id-deċiżjonijiet ikkontestati huma atti bażiċi, fuq l-istess livell tad-Deċiżjoni 2008/615, u għalhekk imisshom ġew adottati skont l-istess bażi legali bħal dik id-deċiżjoni, kif emendata mit-Trattat ta’ Lisbona. Fil-fehma tiegħu, imisshom intużaw l-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din l-istituzzjoni tqis li, fi kwalunkwe każ, li kieku kellu jitqies li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma humiex atti bażiċi iżda miżuri intiżi għall-implementazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615, allura l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jikkostitwixxi bażi legali sekondarja illegali. Dan għaliex, fil-fehma tiegħu, din id-dispożizzjoni tipprovdi għal prassi deċiżjonali li hija inkompatibbli ma’ liġi primarja (Artikolu 34(2)(c) UE moqri flimkien mal-Artikolu 39(1) UE) li kienet fis-seħħ meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 2008/615.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi konkluż l-ewwel motiv, huwa neċessarju li jiġu indirizzati żewġ kwistjonijiet oħra. L-ewwel kwistjoni tirrigwarda l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36, filwaqt li t-tieni kwistjoni tirrigwarda n-natura tad-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv tiegħu, il-Parlament jargumenta li l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 ikopri biss atti ta’ natura sostantiva, u mhux atti li jistabbilixxu rekwiżiti proċedurali għall-adozzjoni ta’ miżuri oħra. Skont il-Parlament, l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 ma jistax, għalhekk, jifforma bażi legali indipendenti għad-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din il-kwistjoni diġà ġiet stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li interpretazzjoni restrittiva tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 tipprekludilha l-effettività tagħha. Dan ikun il-każ li kieku kien paċifiku li din id-dispożizzjoni sempliċement timplika li atti fil-qasam tal-kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali ma jitħassrux awtomatikament wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fil-fatt, punt li għandu jingħata importanza huwa li l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 għandu jinftiehem fis-sens li huwa intiż, fost affarijiet oħra, sabiex jiżgura li atti adottati fil-kuntest ta’ kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali jistgħu jkomplu jiġu adottati b’mod effettiv, minkejja t-tibdiliet li jkunu seħħew fil-qafas istituzzjonali għal kooperazzjoni bħal din<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’hekk, atti adottati abbażi tat-Trattat UE qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona li jistabbilixxu regoli għall-adozzjoni ta’ miżuri oħra jkomplu, għaldaqstant, jipproduċu l-effetti legali tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36, l-effett tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 (u, f’dan is-sens, l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615) jinżamm fis-seħħ anki wara t-tħassir tal-Artikolu 34 UE (li abbażi tiegħu ġiet adottata d-Deċiżjoni 2008/615). Dan ifisser ukoll li r-rekwiżiti proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 25(2) (u l-Artikolu 33) ikomplu jeżistu u jibqgħu effettivi, irrispettivament mit-tibdiliet li minn dak il-mument ikunu seħħew fil-qafas kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Madankollu, xorta tibqa’ l-kwistjoni dwar jekk id-deċiżjonijiet ikkontestati humiex atti bażiċi, skont kif isostni l-Parlament, jew miżuri ta’ implementazzjoni, skont kif jargumenta l-Kunsill.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>In-natura tad-deċiżjonijiet ikkontestati</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma atti bażiċi pjuttost milli miżuri ta’ implementazzjoni. F’dan is-sens, il-Parlament jindika li l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 tirrikjedi unanimità fil-Kunsill għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati. Fi żmien l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615, l-Artikolu 34(2)(c) UE stabbilixxa żewġ proċeduri distinti għall-adozzjoni ta’ atti bażiċi u miżuri ta’ implementazzjoni: l-atti bażiċi biss kienu jirrikjedu l-unanimità fil-Kunsill. Barra minn hekk, il-Parlament iqis li huwa indikattiv il-fatt li l-Artikolu 33 tad-Deċiżjoni 2008/615 jinkludi bażi separata għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni. Minkejja l-eżistenza ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kunsill għażel li ma jadottax id-deċiżjonijiet ikkontestati abbażi ta’ dan l-aħħar artikolu. F’dan is-sens, id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jistgħux jitqiesu bħala miżuri ta’ implementazzjoni, iżda pjuttost, atti bażiċi fuq l-istess livell tad-Deċiżjoni 2008/615. Barra minn hekk, it-titoli tad-deċiżjonijiet ikkontestati ma jsemmux it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, liema fatt jindika wkoll li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma effettivament atti bażiċi. Skont il-Parlament, id-deċiżjonijiet ikkontestati jissupplimentaw id-Deċiżjoni 2008/615 fir-rigward tad-data li minnha l-Istat Membru jista’ jaċċedi s-sistema ta’ skambju awtomatizzat ta’ data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jippermettilu jeżerċita setgħat ta’ implementazzjoni u li għaldaqstant id-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu miżuri ta’ implementazzjoni. Il-Kunsill iqis li kemm il-formulazzjoni tal-Artikolu 25(2) kif ukoll il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom bħala l-uniku għan tagħhom li jimplementaw l-għanijiet tad-Deċiżjoni 2008/615 jindikaw b’mod ċar li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu miżuri ta’ implementazzjoni. Fil-fehma tal-Kunsill, l-argumenti tal-Parlament ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li l-bażi legali tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita u mhux il-kontra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Kif ser nispjega iktar ’il quddiem, ma ninsabx konvint bl-argumenti mressqa mill-Parlament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija utli sabiex issir distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>atti bażiċi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>miżuri ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Atti bażiċi jiffurmaw parti mill-prerogattiva tal-leġiżlatura, inkwantu jinkludu regoli essenzjali għas-suġġett inkwistjoni u, f’dan is-sens, jeħtieġu deċiżjonijiet politiċi. Regoli essenzjali ta’ dan it-tip ma jistgħux jiġu ddelegati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑355/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:516">EU:C:2012:516</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Il-ġurisprudenza tgħidilna wkoll li dawn l-elementi essenzjali għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta’ fatturi oġġettivi suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju u għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-qasam ikkonċernat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120905">5 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑355/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:516">EU:C:2012:516</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140506">6 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE> ( <NO.CASE>C‑43/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:298">EU:C:2014:298</NO.ECLI></REF.DOC.ECR> punt 29); u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131022">22 ta’ Ottubru 2013</DATE> <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑137/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:675">EU:C:2013:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-kuntest leġiżlattiv għandu jittieħed inkunsiderazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑411/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:518">EU:C:2009:518</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-premessi tad-Deċiżjoni 2008/615 jindikaw li l-għan tagħha hi li tinkorpora s-sustanza tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Prüm<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 iktar ’il fuq.</P></NOTE> fil-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea. B’mod iktar partikolari, din id-deċiżjoni hija intiża sabiex ittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bil-għan li jiġi identifikat u investigat ksur ta’ natura kriminali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jistabbilixxi li l-provvista ta’ data personali ma tistax isseħħ sakemm jiġu implementati dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tad-data fil-liġi nazzjonali u l-Kunsill jiddeċiedi unanimament fir-rigward ta’ kull Stat Membru u kull kategorija ta’ data skambajta (profili tad-DNA, data dattiloskopika u data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi) jekk din il-kundizzjoni ġietx sodisfatta. Skont l-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616, il-Kunsill jagħmel dan abbażi ta’ rapport ta’ evalwazzjoni li jiġi ppreparat minn esperti mill-Istati Membri li diġà huma operattivi. Ir-rapport huwa bbażat fuq kwestjonarju, żjara ta’ evalwazzjoni u prova pilota tal-bażi ta’ data rilevanti. Abbażi ta’ dan ir-rapport, ikun jista’ jiġi konkluż jekk l-Istat Membru kkonċernat stabbiliex sistema ta’ protezzjoni tad-data u rekwiżiti tekniċi u legali għat-twettiq ta’ tiftixiet awtomatizzati u għall-kisba ta’ data minn Stati Membri oħra, u jekk il-bażi ta’ data tagħha hijiex kompatibbli mal-bażijiet ta’ data ta’ Stati Membri oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, id-deċiżjonijiet ikkontestati essenzjalment (i) jikkonstataw li l-Istati Membri inkwistjoni kkompletaw il-fażi ta’ stħarriġ preliminari, kif speċifikat fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2008/616 u (ii) abbażi ta’ din il-konstatazzjoni, jippermettu aċċess lil dawn l-Istati Membri għas-sistema ta’ skambju awtomatizzat ta’ data sa minn data speċifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Filwaqt li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu pass neċessarju qabel kull skambju ta’ informazzjoni li jista’ jseħħ, madankollu dan ma jfissirx li jikkostitwixxu atti bażiċi simili għad-Deċiżjoni 2008/615 innifisha. Fil-fehma tiegħi, il-kontenut tad-deċiżjonijiet ikkontestati ma jistax jitqies li għandu impatt fuq l-għażliet ta’ politika involuti fit-twaqqif ta’ sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jindika korrettament il-Kunsill, hija l-bażi legali li tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita, u mhux il-kontra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara, fost oħrajn, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑130/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:472">EU:C:2012:472</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140624">24 ta’ Ġunju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑658/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2025">EU:C:2014:2025</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dan is-sens, ma ninsabx konvint li jistgħu jinsiltu konklużjonijiet wesgħin dwar in-natura tad-deċiżjonijiet ikkontestati mill-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, li kieku kellha tiġi aċċettata l-pożizzjoni tal-Parlament, ikun ifisser li kull darba li Stat Membru jkun ikkompleta l-evalwazzjoni preliminari u l-prova pilota neċessarji għall-iskambju ta’ informazzjoni msemmija fid-Deċiżjoni 2008/615, il-leġiżlatura tkun involuta fid-deċiżjoni dwar jekk il-miżuri ta’ protezzjoni ta’ data msemmija fil-Kapitolu 6 ta’ din id-deċiżjoni ġewx adottati u fil-konferma li l-Istat Membru inkwistjoni jista’ jingħata aċċess dirett għal data koperta bid-Deċiżjoni 2008/615. Fil-fehma tiegħi, interpretazzjoni daqstant wiesgħa tal-kunċett ta’ att bażiku jnaqqas il-portata ta’ implementazzjoni għal xi ħaġa virtwalment ineżistenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Parlament ma ressaq ebda argument konvinċenti sabiex jispjega b’liema mod id-deċiżjonijiet ikkontestati setgħu jitqiesu bħala deċiżjonijiet awtonomi b’għan li minn naħa jew minn oħra kien differenti minn dak tad-Deċiżjoni 2008/615. Bil-kontra, kif diġà spjegajt, dawn id-deċiżjonijiet jifformaw parti integrali u neċessarja tal-proċedura li tagħti lok għat-twettiq tal-għanijiet tad-Deċiżjoni 2008/615. F’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ riferiment għall-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fil-fehma tiegħi ma jistax ifisser li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma atti bażiċi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għalhekk nikkonkludi li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu miżuri ta’ implementazzjoni u li l-argumenti tal-Parlament li jgħidu mod ieħor għandhom jiġu miċħuda. L-istess għandu jgħodd għall-argumentI li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jistgħux ikunu bbażati fuq id-Deċiżjoni 2008/615 u li, minflok, id-deċiżjonijiet ikkontestati misshom kienu bbażati fuq dispożizzjonijiet eżistenti tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, issa ser nitratta l-motiv ta’ illegalità li l-Parlament qajjem fir-rigward tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/65.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-legalità tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Parlament isostni li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jipprevedi proċedura ssemplifikata mhux imsemmija taħt l-Artikolu 34(2)(c) UE, li tirrikjedi inizjattiva preċedenti ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, kif ukoll il-konsultazzjoni tal-Parlament għall-adozzjoni ta’ atti bażiċi. Anki li kieku l-Qorti tal-Ġustizzja kellha tqis li d-deċiżjonijiet ikkontestati jikkostitwixxu miżuri ta’ implementazzjoni, il-Parlament isostni li l-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 hija differenti minn dik stabbilita fl-Artikolu 34(2)(c) UE. Dan huwa minnu mhux biss għaliex l-Artikolu 25(2) ma jirrikjedix l-inizjattiva preċedenti ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni jew il-konsultazzjoni tal-Parlament, iżda wkoll għaliex din id-dispożizzjoni tirrikjedi unanimità fil-Kunsill. Konsegwentement, id-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu mħassra minħabba n-natura illegali tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kunsill isostni li fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-legalità tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 ma titqiegħedx inkwistjoni sempliċement minħabba l-allegata terminoloġija mhux pjaċevoli użata f’dik id-dispożizzjoni. Fil-fehma tal-Kunsill, id-dispożizzjoni kontenzjuża tista’ tiġi rrikonċiljata mad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat UE [Artikolu 34(2)(c) UE moqri flimkien mal-Artikolu 39(1) UE], minkejja li din ma tagħmilx riferiment għall-konsultazzjoni tal-Parlament u lanqas ma tidentifika l-istadji differenti involuti fil-proċedura li tagħti lok għall-inklużjoni ta’ Stat Membru fis-sistema stabbilita mid-Deċiżjoni 2008/615.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kunsill isostni mill-ġdid il-fehma tiegħu li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma miżuri ta’ implementazzjoni u josserva li, fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 43(2)(c) ma jirrikjedix inizjattiva preċedenti mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni. Bl-istess mod, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ konsultazzjoni tal-Parlament, l-assenza ta’ rekwiżit espliċitu f’dan is-sens ma hijiex deċiżiva ġaladarba interpretazzjoni konsistenti hija madankollu possibbli skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kunsill jindirizza r-rekwiżit ta’ unanimità stabbilit fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615. Huwa jallega li l-formulazzjoni tad-deċiżjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>jiddeċiedi unanimament<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> minflok <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>jadotta deċiżjoni b’unanimità<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jħalli lok għal interpretazzjoni u li għaldaqstant għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih isseħħ din id-dispożizzjoni u l-għanijiet tagħha. Skont il-Kunsill, ir-rekwiżit ta’ unanimità fil-verità jdaħħal żewġ stadji distinti fil-prassi deċiżjonali. Fl-ewwel lok, l-Istati Membri jikkonstataw b’mod unanimu (abbażi tar-riżultat mill-ewwel verifiki mwettqa, ara l-punt 39 iktar ’il fuq) jekk l-Istat Membru inkwistjoni kkompletax l-evalwazzjoni b’mod konformi. Fid-dawl tal-istruttura tas-sistema ta’ skambju ta’ data, li jippermetti li l-Istati Membri parteċipanti jkollhom aċċess dirett għall-bażijiet ta’ data nazzjonali ta’ Stati Membri oħra, riżultat konformi<?PAGE NO="10"?> tal-evalwazzjonijiet preliminari jirrikjedi, bilfors, il-kunsens minn kull Stat Membru. Fit-tieni lok, deċiżjoni formali tittieħed b’maġġoranza kkwalifikata fir-rigward tad-dħul tal-Istat Membru u d-data li fiha jista’ jinbeda l-iskambju ta’ data. Skont il-Kunsill, taħt l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 dawn iż-żewġ stadji huma magħquda f’deċiżjoni waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Kif inhu rrikonoxxut miż-żewġ partijiet, huwa kruċjali li r-regoli li jistabbilixxu l-mod li bih l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jilħqu d-deċiżjonijiet tagħhom jiġu ddefiniti mit-Trattati. Dawn ir-regoli ma humiex fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jew tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. B’hekk, ma jistgħux jiġu stabbiliti bażijiet legali sekondarji li jsaħħu jew idgħajfu r-regoli stabbiliti mit-Trattati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑133/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:257">EU:C:2008:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan il-prinċipju importanti jirrigwarda l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-legalità ta’ miżura tal-Unjoni hija li verifika ssir abbażi tal-fatti u tal-liġi skont kif kienu meta ġiet adottata dik id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, fost oħrajn, id-deċiżjoni tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Diġà kkonkludejt iktar ’il fuq li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jitqiesu bħala miżuri ta’ implementazzjoni. F’dan is-sens, il-legalità tal-Artikolu 25 tad-Deċiżjoni 2008/615 għandha tiġi evalwata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet li, fi żmien l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kienu jirregolaw l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni taħt it-tielet pilastru: l-Artikolu 34(2)(c) UE u l-Artikolu 39(1) UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:579">EU:C:2015:579</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Konformement ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, il-Kunsill jista’ jadotta, b’maġġoranza kkwalifikata u wara li jikkonsulta lill-Parlament, il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet li jaqgħu taħt it-tielet pilastru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-formulazzjoni tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 ma tirrikjedix inizjattiva tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, u lanqas ma din id-dispożizzjoni timponi obbligu fuq il-Kunsill sabiex jikkonsulta lill-Parlament. Barra minn hekk, hija tiddevja mill-Artikolu 34(2)(c) billi tirrikjedi vot unanimu fi ħdan il-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Filwaqt li naqbel mal-Kunsill li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jista’ jiġi rrikonċiljat mal-Artikolu 34(2)(c) u mal-Artikolu 39(1) UE fir-rigward tal-inizjattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li sa fejn jirrigwarda miżuri ta’ implementazzjoni, l-Artikolu 34(2) UE ma jirrikjedix inizjattiva preċedenti min-naħa tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru. Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150910">10 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:579">EU:C:2015:579</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-konsultazzjoni tal-Parlament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet, f’kawża li kienet tinkludi motiv simili ta’ illegalità, li, billi tinterpreta d-dispożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 39(1) UE (li skontha l-Parlament għandu jiġi kkonsultat), il-fatt li d-dispożizzjoni inkwistjoni ma tispeċifikax li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat ma jfissirx li hija illegali. Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>, madankollu ma ninsabx konvint li l-istess għandu japplika għar-rekwiżit ta’ unanimità fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615. Hemm diverġenza ċara ta’ dan ir-rekwiżit fil-konfront tal-Artikolu 34(2)(c) UE, li jipprovdi għal vot maġġoranza kkwalifikata fl-adozzjoni ta’ miżuri ta’ implementazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Ċertament huwa minnu, kif jargumenta l-Kunsill, li fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni, l-għan u tal-kuntest legali tagħha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150521">21 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Rosselle</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑65/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:339">EU:C:2015:339</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li dispożizzjoni għandha tiġi interpretata, sa fejn huwa possibbli, b’tali mod li ma tiġix affettwata l-validità tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, dawn il-prinċipji ta’ interpretazzjoni ma jistgħux jiġu estiżi żżejjed, speċjalment f’sitwazzjoni fejn prinċipju ieħor ta’ importanza fundamentali jkun jinsab fil-periklu, b’mod partikolari l-prinċipju li t-Trattati jiddefinixxu l-prassi deċiżjonali (ara ulterjorment il-punt 51 iktar ’il fuq)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080506">6 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑133/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:257">EU:C:2008:257</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Qabel kollox, il-Kunsill sostna li r-rekwiżit ta’ unanimità fl-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 għandu jinftiehem fis-sens li jgħaqqad prassi deċiżjonali ta’ żewġ stadji f’deċiżjoni waħda u li r-rekwiżit ta’ unanimità japplika biss għall-ewwel stadju preliminari. Id-deċiżjoni formali tiġi adottata b’maġġoranza kkwalifikata. Li kieku kellha tiġi aċċettata l-interpretazzjoni tal-Kunsill fir-rigward ta’ dan l-artikolu, din id-dispożizzjoni, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, tispiċċa toħloq bażi legali sekondarja li tbiddel ir-regoli stabbiliti mit-Trattat. Dan għaliex, kif spjega l-Kunsill, il-proċedura fuq żewġ stadji tirriżulta f’deċiżjoni waħda, li jfisser li r-rekwiżit ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata jiġi ridott għal wieħed teoriku u li l-Kunsill fil-verità jadotta l-att ta’ implementazzjoni permezz ta’ vot unanimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġaladarba l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/15 jispeċifika b’mod espliċitu li l-vot għandu jseħħ permezz ta’ unanimità, fil-fehma tiegħi ma huwiex possibbli, permezz ta’ interpretazzjoni konsistenti, li wieħed jinterpreta dan ir-rekwiżit ta’ vot bħala wieħed ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>maġġoranza kkwalifikata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Interpretazzjoni bħal din kjarament tmur kontra l-formulazzjoni tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Hawnhekk tista’ ssir distinzjoni għas-sitwazzjoni deskritta iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22, fejn id-dispożizzjoni kkunsidrata <HT TYPE="ITALIC">ma esprimietx ruħha</HT> fir-rigward tal-fatt li l-Parlament kellu jiġi kkonsultat. Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑317/13 u C‑679/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:223">EU:C:2015:223</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>L-aħħar punt li nixtieq nagħmel huwa dan li ġej. Nifhem l-argumenti tal-Kunsill dwar il-għaliex hemm bżonn li kull Stat Membru, bħala prekundizzjoni għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ implementazzjoni sussegwenti, jiżgura jekk l-Istat Membru ta’ adeżjoni jkunx ikkompleta b’suċċess il-fażi preliminari ta’ evalwazzjoni. Madankollu dan ma jistax jimplika li l-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni sussegwenti abbażi tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615, ġaladarba peress li din id-dispożizzjoni tirrikjedi vot permezz ta’ unanimità, hija tkun tikkostitwixxi bażi legali sekondarja ta’ natura illegali. Kif indika ġustament il-Parlament, hemm dispożizzjoni oħra fid-Deċiżjoni 2008/615, b’mod speċifiku, l-Artikolu 33, li jagħti setgħa lill-Kunsill sabiex jadotta miżuri li jistgħu jkunu neċessarji għall-implementazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-argumenti msemmija iktar ’il fuq, nikkonkludi li l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615 jippreskrivi proċedura differenti minn dik stabbilita fl-Artikolu 34(2)(c) UE u għaldaqstant jikkostitwixxi bażi legali sekondarja ta’ natura illegali. Għaldaqstant l-ewwel motiv tal-Parlament għandu jintlaqa’ fl-intier tiegħu u d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex taqbel miegħi u tikkonstata li l-ewwel motiv tal-Parlament għandu jiġi miċħud, ser nitratta t-tieni motiv tal-Parlament dwar ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Rekwiżiti proċedurali essenzjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni motiv, il-Parlament jerġa’ jtenni li d-deċiżjonijiet ikkontestati misshom ġew adottati abbażi tal-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE. Dan is-suġġett diġà ġie diskuss iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sussidjarjament, il-Parlament isostni li l-proċedura li tat lok għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati kienet tmur kontra l-Artikolu 34(2) UE għal tliet raġunijiet. Qari flimkien tal-Artikolu 34(2) UE u l-Artikolu 39(1) UE jistabbilixxi l-proċedura li ġejja: adozzjoni unanima mill-Kunsill (jew b’maġġoranza kkwalifikata fil-każ ta’ atti ta’ implementazzjoni) li jkun qed jaġixxi fuq inizjattiva preċedenti tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru wara konsultazzjoni mal-Parlament. Din il-proċedura ma ġietx segwita mill-Kunsill.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-argument prinċipali tal-Parlament huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-bażi legali korretta għad-deċiżjonijiet ikkontestati. Il-Kunsill jgħid ukoll li huwa adotta legalment id-deċiżjonijiet ikkontestati taħt l-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615, li jirrikjedi unanimità mill-kunsill, iżda mhux li għandha taġixxi fuq inizjattiva preċedenti jew konsultazzjoni tal-Parlament. Madankollu, il-Kunsill jirrikonoxxi li fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE> (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, huwa jmissu kkonsulta lill-Parlament qabel ma adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-analiżi iktar ’il fuq fir-rigward tal-legalità tal-Artikolu 25(2) tad-Deċiżjoni 2008/615, jeħtieġ sempliċement li jiġi osservat dan li ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Kif jammetti l-Kunsill, huwa jmissu kkonsulta lill-Parlament. In-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-Parlament neċessarjament ifisser li d-deċiżjonijiet għandhom jiġu annullati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑595/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:847">EU:C:2015:847</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Billi adotta d-deċiżjonijiet ikkontestati permezz ta’ unanimità, il-Kunsill kiser ukoll ir-regoli dwar votazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 34(2)(c) UE. Madankollu, l-argument tal-Parlament dwar aġir fuq inizjattiva preċedenti fil-kuntest tat-tieni motiv għandu jiġi miċħud. Dan għaliex, kif ġie spjegat iktar ’il fuq, l-Artikolu 34(2)(c) UE ma jirrikjedix aġir fuq l-inizjattiva preċedenti ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nikkonkludi li t-tieni motiv tal-Parlament għandu wkoll jintlaqa’. Konsegwentement, id-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Il-Kunsill, sostnut mir-Renju tal-Isvezja, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja żżomm l-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati fl-eventwalità ta’ annullament skont l-Artikolu 264(2) TFUE. Il-Parlament ma oġġezzjonax għal din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Iktar ’il fuq ikkonkludejt li d-deċiżjonijiet ikkontestati għandhom jiġu annullati. Madankollu, li jiġu annullati dawn id-deċiżjonijiet mingħajr ma jsiru dispożizzjonijiet għall-effetti tagħhom mingħajr dubji jkollu effetti importanti fuq il-kooperazzjoni transkonfinali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, l-kriminalità serja u l-immigrazzjoni illegali. Effettivament, dan ikun iffisser li jiġi prekluż l-aċċess tal-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi (kemm fl-Istati Membri kkonċernati mid-deċiżjonijiet ikkontestati kif ukoll f’dawk tal-Stati Membri oħra parteċipanti) għal profili tad-DNA, marki tas-swaba u data dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi. F’dan is-sens, nuqqas ta’ żamma tal-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati jippreġudika l-ordni pubbliku u jikkomprometti l-effettività ta’ kooperazzjoni transkonfinali f’dan<?PAGE NO="13"?> il-qasam<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, barra minn hekk, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:224">EU:C:2015:224</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151223">23 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Parlament vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑595/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:847">EU:C:2015:847</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan għaliex l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati jneħħi l-bażi ta’ din il-kooperazzjoni għall-Istati Membri involuti. Fil-fehma tiegħi, din ir-raġuni hija biżżejjed sabiex l-effett tad-deċiżjonijiet ikkontestati jinżamm fis-seħħ sakemm dawn ikunu ġew issostitwiti b’atti ġodda. Barra minn hekk, għandi nosserva li filwaqt li l-Parlament jitlob l-annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati, huwa ma jikkontestax l-għan jew is-sustanza tad-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li nqis li huwa meħtieġ li jinżammu l-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati sakemm jidħlu fis-seħħ l-atti ġodda intiżi li jissostitwixxuhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dawn iż-żewġ kawżi il-Parlament talab l-ispejjeż u l-Kunsill tilef.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għaldaqstant ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla l-erba’ deċiżjonijiet ikkontestati: Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/731/UE, tad-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Malta; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/743/UE, tal-<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) f’Ċipru; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/744/UE, tal-<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ Data dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Vetturi (VRD) fl-Estonja; u Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/911/UE, tal-<DATE ISO="20141204">4 ta’ Diċembru 2014</DATE>, dwar it-tnedija ta’ skambju awtomatizzat ta’ data fir-rigward ta’ data dattiloskopika fil-Latvja;</P></ITEM><ITEM><P>iżżomm l-effetti tad-deċiżjonijiet ikkontestati sakemm jidħlu fis-seħħ atti ġodda li jissostitwixxuhom;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>