31999R2551



Official Journal L 308 , 03/12/1999 P. 0026 - 0026


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2551/1999

tat-2 ta’ Diċembru 1999

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 963/98 li jistabilixxi l-istandard ta’ marketing għall-pastard u l-artiċokks

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 [2], u partikolarment l-Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 963/98 [3] li jistabbilixxi livelli ta’ bejgħ fis-suq għall-pastard u l-artiċokks jagħti fl-Anness I tiegħu disposizzjonijiet dwar il-kulur tal-pastard. Xi varjetajiet ġodda ta’ pastard jippreżentaw kuluri differenti minn dawk li sa issa tħallew jinbiegħu fis-suq. Id-disposizzjonijiet dwar kwalità u mmarkar tal-livell għall-pastard għandu jiġi emendat;

(2) il-miżuri mniżżla f’dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 963/98 huwa emendat kif ġej:

1. (1) Iżda, it-tqegħid fis-suq ta’ pastard ta’ kulur ieħor huwa permess sakemm huma karatteristiċi tal-klassi magħżula u l-kulur tagħhom huwa karatteristiku tal-varjetà.

"

2. Fit-titolu VI (disposizzjonijiet dwar immarkar), fil-parti B (Natura tal-prodott), it-tieni taqsima tinbidel b’dan li ġej:

"— Isem tat-tip kummerċjali jew varjetà għall-pastard ta’ kulur ieħor imsemmi min-nota ta’ taħt (1) fit-titolu II, parti B"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Japplika mill-ewwel jum tax-xahar ta’ wara li jidħol fis-seħħ.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta’ Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[3] ĠU L 135, tat-8.5.1998, p. 18.

--------------------------------------------------