|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2046 |
13.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2046
tal-10 ta’ Ottubru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 fir-rigward tat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantina bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ pollam, ħut ornamentali u għasafar ornamentali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għall-modifika ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Il-kantaksantina ġiet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ pollam, ħut ornamentali u għasafar ornamentali bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 (2). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex toħroġ opinjoni dwar jekk l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantina bħala addittiv tal-għalf tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jekk it-termini ta’ dik l-awtorizzazzjoni jiġu modifikati. Il-modifika tikkonsisti fiż-żieda ta’ rotta ta’ produzzjoni ġdida permezz tal-fermentazzjoni bil-Yarrowia lipolytica CBS 146148. L-applikant iddikjara li l-kantaksantina, sintetika jew prodotta permezz tal-fermentazzjoni, se titqiegħed fis-suq biss bħala preparat. Flimkien mat-talba, intbagħtet id-data ta’ sostenn rilevanti. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tas-26 ta’ Novembru 2024 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat tal-kantaksantina prodott permezz tal-fermentazzjoni bil-Yarrowia lipolytica CBS 146148 huwa sikur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumatur u għall-ambjent fil-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati attwali. Ikkonkludiet ukoll li, fin-nuqqas ta’ data marbuta mal-preparat tal-kantaksantina, ma setgħet tintlaħaq l-ebda konklużjoni dwar is-sikurezza tagħha għall-utent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-kantaksantina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Yarrowia lipolytica CBS 146148 hija effikaċi bħala sustanza kuluranti fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna u għall-ispeċijiet minuri tal-pollam tas-simna, għall-pollam tal-bajd u għall-pollam imrobbija għall-bajd, għall-ħut ornamentali u għall-għasafar ornamentali. Fl-aħħar nett, huwa rrakkomanda li jiġi aġġustat il-kliem tad-dispożizzjoni tal-awtorizzazzjoni attwali fir-rigward tat-taħlita tal-preparat tal-kantaksantina ma’ karotenojdi oħra. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat tal-kantaksantina għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta jimmodifika t-termini tal-awtorizzazzjoni biż-żieda ta’ rotta ġdida tal-produzzjoni permezz tal-fermentazzjoni bil-Yarrowia lipolytica CBS 146148. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 fir-rigward tat-taħlita tal-preparat tal-kantaksantina ma’ karotenojdi oħra jenħtieġ li tiġi aġġustata f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Awtorità. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Sabiex ikun jista’ jsir kontroll aħjar, jenħtieġ li jingħata numru ta’ identifikazzjoni ġdid lill-kantaksantina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Yarrowia lipolytica CBS 146148. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 hu sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta’ Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1486/oj).
(3) EFSA Journal, 23(1), e9134. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9134.
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Livelli massimi ta’ residwi |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: kuluranti: (ii) sustanzi li, meta jiġu mitmugħa lill-annimali, iżidu l-kuluri mal-ikel li joriġina mill-annimali |
|||||||||||||||||||||||
|
2a161 g |
Kantaksantina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kantaksantina Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Purità: Assaġġ: minimu ta’ 96 % Karotenojdi għajr il-kantaksantina: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi kuluranti. Metodu ta’ analiżi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f’426 nm. Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fil-premixxeli u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f’Fażi Normali flimkien ma’ detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm). |
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna |
- |
- |
25 |
|
Pollam: 15 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ fwied (tessut imxarrab) u 2,5 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ ġilda/xaħam (tessut imxarrab) Pollam tal-bajd 30 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut imxarrab) |
23.9.2025 |
||||||||||||||
|
Pollam tal-bajd u pollam imrobbi għall-bajd |
- |
- |
8 |
||||||||||||||||||||
|
2a161gi |
Kantaksantina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat li fih minimu ta’ 10 % ta’ kantaksantina Diklorometan ≤ 80 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Purità: Assaġġ: minimu ta’ 96 % tat-total tas-sustanzi koloranti (espress bħala kantaksantina) Karotenojdi għajr il-kantaksantina: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi kuluranti. Metodu ta’ analiżi (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f’426 nm. Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fil-premixxeli u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f’Fażi Normali flimkien ma’ detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm). |
Tiġieġ tas-simna u speċijiet minuri ta’ pollam tas-simna |
- |
- |
25 |
|
Pollam: 15 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ fwied (tessut imxarrab) u 2,5 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ ġilda/xaħam (tessut imxarrab) Pollam tal-bajd 30 mg ta’ kantaksantina/kg ta’ isfar tal-bajd (tessut imxarrab) |
23.9.2025 |
||||||||||||||
|
Pollam tal-bajd u pollam imrobbi għall-bajd |
- |
- |
8 |
||||||||||||||||||||
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Livelli massimi ta’ residwi |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|
||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: kuluranti: (iii) sustanzi li jaffettwaw tajjeb il-kulur tal-ħut jew tal-għasafar ornamentali |
|||||||||||||||||||||||
|
2a161 g |
Kantaksantina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Kantaksantina Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Diklorometan ≤ 600 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Purità: Assaġġ: minimu ta’ 96 % Karotenojdi għajr il-kantaksantina: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi kuluranti. Metodu ta’ analiżi (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f’426 nm. Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fil-premixxeli u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f’Fażi Normali flimkien ma’ detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm). |
Ħut ornamentali u għasafar ornamentali għajr t-tiġieġ ornamentali għat-tnissil |
- |
- |
100 |
|
|
23.9.2025 |
||||||||||||||
|
Tiġieġ ornamentali għat-tnissil |
- |
- |
8 |
||||||||||||||||||||
|
2a161gi |
Kantaksantina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat li fih minimu ta’ 10 % ta’ kantaksantina Diklorometan ≤ 80 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva
Purità: Assaġġ: minimu ta’ 96 % tat-total tas-sustanzi koloranti (espress bħala kantaksantina) Karotenojdi għajr il-kantaksantina: mhux aktar minn 5 % tat-total tas-sustanzi kuluranti. Metodu ta’ analiżi (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fl-addittiv tal-għalf: spettrofotometrija f’426 nm. Għall-kwantifikazzjoni tal-kantaksantina fil-premixxeli u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja f’Fażi Normali flimkien ma’ detezzjoni viżibbli (NP-HPLC-VIS, 466 nm). |
Ħut ornamentali u għasafar ornamentali għajr t-tiġieġ ornamentali għat-tnissil |
- |
- |
100 |
|
|
23.9.2025 |
||||||||||||||
|
Tiġieġ ornamentali għat-tnissil |
- |
- |
8 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en?prefLang=mt.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2046/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)