24.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 96/36


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/469

tat-23 ta’ Marzu 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15 u l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 (2) il-Kummissjoni imponiet dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u emendat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (3).

(2)

Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv, espressi bil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġejjin:

Kumpanija

Rata ta’ dazju kumpensatorju

Grupp FTT:

—

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

—

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

—

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

10,3  %

ZTT Group:

—

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

—

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

5,1  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I

7,8  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

10,3  %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

10,3  %

(3)

Ir-rati tad-dazju kompensatorju indikati hawn fuq huma korretti u ġew żvelati lill-partijiet matul l-investigazzjoni. Madankollu, il-premessi (217) u (339) tar-Regolament (UE) 2022/72 kienu jinkludu żbalji tipografiċi fir-rigward tar-rati ta’ sussidju tal-Grupp FTT fir-rigward ta’ “għotjiet” u “finanzjament preferenzjali: self”, rispettivament. Ir-rati korretti għandhom ikunu 1,88 % għal “għotjiet” u 1,39 % għal “finanzjament preferenzjali: self” minflok 1,79 % u 0,9 % rispettivament.

(4)

Barra minn hekk, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 kien jinkludi żball tipografiku rigward il-kodiċi addizzjonali TARIC fir-rigward tal- “kumpaniji l-oħra kollha” fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011, li jenħtieġ li jkun C999 minflok C699.

(5)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkoreġi l-premessi (217) u (339) kif ukoll l-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72, li jemenda l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2011 skont dan. Din ir-rettifika sseħħ mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72, jiġifieri l-20 ta’ Jannar 2022.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/72 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

Il-premessa (217) hija sostitwit b’dan li ġej:

„Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu kif ġej:

Għotjiet

L-isem tal-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Grupp FTT:

—

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

—

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

—

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

1,88  %

ZTT Group:

—

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

—

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

0,33  %”

(2)

Il-premessa (339) hija sostitwit b’dan li ġej:

„Ir-rati ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali permezz ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ammontaw għal:

Finanzjament preferenzjali: self

L-isem tal-kumpanija

Rata ta’ sussidju

Grupp FTT:

—

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

—

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

—

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

1,39  %

ZTT Group:

—

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

—

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

0,38  %”

(3)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)   L-Artikolu 1(2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(1)‘2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

Grupp FTT:

—

FiberHome Telecommunication Technologies Co., Ltd.

—

Nanjing Wasin Fujikura Optical Communication Ltd.

—

Hubei Fiberhome Boxin Electronic Co., Ltd.

33,7  %

C696

ZTT Group:

—

Jiangsu Zhongtian Technology Co., Ltd.

—

Zhongtian Power Optical Cable Co., Ltd.

14,6  %

C697

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness I

23,4  %

 

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

20,9  %

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

33,7  %

C999’”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’effett retroattiv mill-20 ta’ Jannar 2022.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/72 tat-18 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 12, 19.1.2022, p. 34).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).