Official Journal L 240 , 25/09/1993 P. 0001 - 0002
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0166
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0166
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2617/93 tal-21 ta’ Settembru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards tal-marketing tal-bajd IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-bajd [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi r-Regolament (KEE) Nru 1907/90 [2] jistabbilixxi ċerti standards tal-marketing għall-bajd; Billi d-disposizjonijiet li jirrigwardaw il-kunsinni diretti mill-produtturi lill-istazzjonijiet tal-pakkjar, lil ċerti swieq u lil impriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel għandhom ukoll japplikaw għal dawn il-kunsinni lejn l-industriji mhux ta’ l-ikel; Billi l-kunsinna tal-bajd iggradat baxx għandha tiġi ristretta għall-impriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel approvati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/437/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1989 dwar il-problemi tas-saħħa u l-iġjene li jaffettwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq tal-prodotti mill-bajd [3] sabiex jiġi żgurat it-tqandil xieraq ta’ dan il-bajd; Billi għandu jiġi ċċarat illi indikazzjonijiet bil-għażla li jaqdu l-għanijiet tar-reklamar fuq il-pakketti tal-bajd jista’ jkun fihom is-simboli u jirreferu għall-bajd u oġġetti oħra; Billi l-esperjenza wriet illi d-disposizzjoniet sabiex jiġu indikati d-dati fuq il-bajd tal-Grad A u l-pakketti tal-bajd li jkunfihom għandhom jiġu mmodifikati sabiex jeħtieġu indikazzjoni mandatorja tad-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqgħu tajba bħall-prodotti l-oħra ta’ l-ikel skond id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [4]; billi għall-bajd tal-Grad A importat bil-ħsieb li jiffaċilita l-kontroll, il-pakketti għandu wkoll ikollhom l-indikazzjoni tad-data ta’ l-ippakkjar, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L- Artikolu 1 Ir-Regolament (KEE) Nru 1907/90 huwa hawnhekk emendat kif ġej: 1. Fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu, għandha tiġi miżjuda l-frażi li ġejja: "u għall-industrija mhux ta’ l-ikel." 2. Il-punt (a) fl-Artikolu 4(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(a) il-bajd lil kulħadd għajr lill-kolletturi, liċ-ċentri tal-pakkjar, lis-swieq fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(2)(a), lill-impriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel approvati skond id-Direttiva 89/437/KEE u lill-industrija mhux ta’ l-ikel;" 3. Fl-Artikoli 6(1) u 8(3), l-espressjoni "industrija ta’ l-ikel" għandha tiġi mibdula bi "l-impriżi ta’ l-industrija ta’ l-ikel approvati skond id-Direttiva 89/437/KEE". 4. L-Artikolu 7(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(a) id-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb (‘id-data ta’ l-aħjar qabel il-’)." 5. Il-punt (a) ta’ l-Artikolu 10(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(a) l-isem jew l-isem kummerċjali, u l-indirizz ta’ l-impriża li tkun ippakkjat il-bajd jew li għaliha jkunu ġew ippakkjati; l-isem, l-isem kummerċjali jew il-marka tal-fabbrika wżata minn din l-impriża, li tista’ tkun marka wżata kollettivament min-numru ta’ impriżi, jistgħu jintwerew jekk ma jkun fih l-ebda dikjarazzjoni jew simbolu inkompatibbli ma’ dan ir-Regolament li jkollha x’taqsam mal-kwalità jew mal-freskezza tal-bajd, mat-tip tal-biedja wżata għall-produzzjoni tiegħu jew ma’ l-oriġini tal-bajd;" 6. L-Artikolu 10(1)(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(e) id-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb (‘id-data ta’ l-aħjar qabel il-’) segwita bir-rakkomandazzjonjiet approprajti għall-ħażna tal-bajd tal-Grad A, u d-data tal-pakkjar għall-bajd tal-gradi l-oħra." 7. L-Artikolu 10(2)(e) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(e) id-dikjarazzjonijiet jew is-simboli mfassla sabiex jippromwovu l-bejgħ tal-bajd jew ta’ oġġettit oħra, sakemm dawn id-dikjarazzjonijiet jew simboli u l-mod li fih jiġu magħmula x’aktarx li ma jwasslux illi jqarrqu bix-xerrej." 8. L-Artikolu 13(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "2. fil-każ tal-bejgħ tal-bajd bil-waħda, għandhom jiġu indikati wkoll in-numru ta’ l-identifikazzjoni taċ-ċentru tal-pakkjar li jkun iggrada l-bajd, jew fil-każ tal-bajd importat il-pajjiż terz ta’ l-oriġini, u d-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb segwiti bir-rakkommandazzjonijiet approprjati għall-ħażna." 9. L-Artikolu 15(1)(ee) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: "(ee) id-data tal-ippakkjar u d-data tat-tul minimu taż-żmien li jibqa’ tajjeb segwiti bir-rakkomandazzjonjiet approprjati għall-ħażna, għall-bajd tal-Grad A, u d-data tal-pakkjar għall-bajd tal-gradi l-oħra." L- Artikolu 2 Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri transitorji meħtieġa sabix jiġi implimentat dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk li jirreferu għall-użu tal-materjal eżistenti tal-ippakkjar. L- Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1993. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-21 ta’ Settembru 1993. Għall-Kunsill A. Bourgeois Il-President [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (ĠU L 152, ta’ l-24.6.1993, p. 1). [2] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5. [3] ĠU L 212, tat-22.7.1989, p. 87. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 91/684/KEE (ĠU L 376, tal-31.12.1991, p. 38). [4] ĠU L 33, tat-8.2.1979, p.1. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 91/72/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 27). --------------------------------------------------