12004V127

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU II - NON-DISKRIMINAZZJONI U ĊITTADINANZA - Artikolu III-127

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0057 - 0057


Artikolu III-127

L-Istati Membri għandhom jadottaw id-disposizzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni diplomatika u konsulari taċ-ċittadini ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi, kif previst fl-Artikolu I-10(2)(ċ).

L-Istati Membri għandhom jibdew in-negozjati internazzjonali neċessarji sabiex tiġi assigurata din il-protezzjoni.

Liġi Ewropea tal-Kunsill tista' tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex tiffaċilita din il-protezzjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.

--------------------------------------------------