Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti:
– id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);
– ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);
– id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81);
– ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1).
Dispożittiv
1) It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
2) L-ispejjeż huma rriżervati.