31989D0434



Official Journal L 206 , 18/07/1989 P. 0010 - 0010


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-3 ta' Mejju 1989

dwar il-konklużjoni tat-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tan-Norveġja b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-Komunità

(89/434/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi sospensjoni totali mir-Repubblika tan-Norveġja ta' dazji fuq importazzjonijiet minn Spanja tiffaċilita n-negozju bejn iż-żewġ pajjiżi;

Billi l-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tan-Norveġja [1] b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża fil-Komunita, iffirmata fi Brussell fl-14 ta' Mejju 1973 ma jagħmilx dispożizzjoni għar-Renju tan-Norveġja biex jissospendi dazji tad-dwana fuq merkanzija impurtata minn Spanja;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi approvat it-tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim imsemmi hawn fuq sabiex jiġi pprovdut għas-sospensjoni totali ta' dazji fuq prodotti koperti minn dak il-Ftehim li huma impurtati ġon-Norveġja minn Spanja,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Tielet Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim bejn il-Komunita Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja b'konsegwenza ta' sħubija tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża fil-Komunita huwa hawnhekk approvat f'isem il-Komunita.

It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jibgħat n-notifika pprovduta fl-Artikolu 3 tal-Protokoll [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fit-3 ta' Mejju 1989.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Solbes

[1] ĠU L 171, tas-27.6.1973, p. 2.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------