2003R0462 — MT — 01.01.2007 — 002.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EEC) Nru 462/2003

tat-13 ta’ Marzu 2003

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal li joriġinaw fl-Istati ACP u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2568/98

(ĠU L 070, 14.3.2003, p.8)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1711/2006 tal-20 ta’ Novembru 2006

  L 321

5

21.11.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1939/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006

  L 407

161

30.12.2006


Ikkoreġut b'

 C1

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 331  (1711/06)

►C2

Rettifika, ĠU L 076M, 24.3.2009, p. 487  (1939/06)




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (EEC) Nru 462/2003

tat-13 ta’ Marzu 2003

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal li joriġinaw fl-Istati ACP u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2568/98



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal ( 1 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1365/2000 ( 2 ), u partikolarment l-Artikoli 8 u 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2286/2002 ta’ l-10 ta’ Diċembru 2002 dwar l-arraġamenti li japplikaw għall-prodotti u l-oġġetti agrikoli li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli li joriġinaw fl-Istati Afrikani, tal-Karibbew u tal-Paċifiku (l-Istati ACP) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1706/98 ( 3 ), u partikolarment l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2286/2002 jimplementa l-emendi għall-arranġamenti għall-importazzjoni mill-IstatiACP magħmul bħala riżultat tal-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE iffermat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 ( 4 ). l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-regolament introduċa, għall-prodotti fl-Anness I tiegħu, arranġamenti ġenerali għat-tnaqqis tad-dazji doganali u arranġamenti speċifiċi għat-tnaqqis tad-dazji doganali, fi ħdan il-qafas ta’ kwoti ta’ tariffi, għal ċerti prodotti fl-Anness II tiegħu.

(2)

Bħala riżultat ta’ dawn l-arranġamenti ġodda ta’ l-importazzjoni, regoli dettaljati ta’ l-applikazzjoni għandhom ikunu stabbiliti għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti li jikkwalifikaw għal dazji mnaqqsa. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2562/98 tas-27 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti applikabbli għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti mil-laħam tal-majjal li joriġinaw fl-Istati ACP u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 904/90 ( 5 ), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1006/201 ( 6 ), għandu għalhekk ikun imħassar.

(3)

Għall-iskopijiet ta’ l-immaniġġjar tal-kwoti ta’ tariffi ta’ l-importazzjoni, ir-regoli ġenerali stabbiliti bid-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta’ l-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli ( 7 ), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 ( 8 ), għandu jkun applikat meta dan ir-Regolament ma jistabbilixxix regoli speċifiċi.

(4)

Sabiex tkun assigurata l-amministrazzjoni xierqa tal-kwoti, garanzija għandha tkun meħtieġa għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ċerti kondizzjonijiet għandhom għalhekk ikunu stabbiliti fir-rigward ta’ l-applikanti nfushom. Il-kwoti għandhom ukoll ikunu mqassma ma tul is-sena u t-terminu tal-validità tal-liċenzji għandu jkun speċifikat.

(5)

Sabiex tkun tista sseħħ l-aħjar amministrazzjoni tal-kwota ta’ tariffa, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2003.

(6)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huwa bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għal-Laħam tal-Majjal,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



▼C2

Artikolu 1

(1)  L-importazzjoni kollha fil-Komunità fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 tal-prodotti koperti bil-kodiċi NM elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandhom jikkwalifikaw għal dazji doganali mnaqqsa mal-preżentazzjoni ta' liċenzja ta importazzjoni.

(2)  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 ( 9 ) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 ( 10 ) għandhom japplikaw, ħlief meta dan ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

(3)  Il-kwantità tal-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti u r-rati tad-dazju tad-dwana għandhom ikunu dawk elenkati fil-lista fl-Anness I.

Artikolu 2

Il-kwantità ffissata fl-Anness I parti B għandha tinqasam kif ġej, f'subperjodi, matul il-perjodu tal-kwota tariffarja ta' importazzjoni:

— 25 % fil-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu,

— 25 % fil-perijodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju,

— 25 % fil-perijodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru,

— 25 % fil-perijodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru.

Artikolu 3

(1)  Bla ħsara għall-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jew ristoranti li jbiegħu il-prodotti tagħhom lill-konsumaturi aħħarija huma esklużi mill-benefiċċji tat-tnaqqis tad-drittijiet doganali msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament u ma jistgħux iressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' importazzjoni għal dan il-għan;

(2)  L-applikazzjoni għal liċenzja ta' importazzjoni għandha ssemmi biss numri tas-serje msemmija fl-Anness I. Tista’ tkopri diversi prodotti li jaqgħu taħt kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (NM) differenti; f'dan il-każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jintwerew, rispettivament, fil-kaxxi 16 u 15 tal-applikazzjonijiet u tal-liċenzji.

(3)  L-applikazzjonijiet għandhom ikopru tal-anqas tunnellata u massmu ta' 100 % tal-kwantità disponibbli għall-perjodu ddefinit fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

(1)  Il-kaxxa 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “Iva” għandha tkun ingassata b'salib.

(2)  fil-kaxxa 20 tal-applikazzjoni għal liċenzja u tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti A;

(3)  il-liċenzja għandu jkun fiha, fil-kaxxa 24, waħda mir-referenzi li jingħataw fl-Anness II, il-parti B.

Artikolu 5

(1)  Applikazzjoni għal liċenzja għandha titressaq matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar qabel kull subperjodu msemmi fl-Artikolu 2.

Madankollu, għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu 2007, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jitressqu matul l-ewwel ħmistax-il jum tax-xahar ta' Jannar.

(2)  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara dak ta’ tmiem il-perjodu tat-tressiq tal-applikazzjonijiet, il-kwantitajiet totali mitluba mill-kwota, espressi f'kilogrammi.

(3)  Il-liċenzji għandhom jinħarġu malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha.

(4)  Qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li fil-fatt ikunu tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont dan ir-Regolament matul il-perjodu kkonċernat, imqassmin skont l-oriġini u espressi f'kilogrammi.

Artikolu 6

(1)  Il-liċenzji tal-importazzjoni huma validi għal 150 jum mid-data attwali tal-ħruġ taħt l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000.

(2)  Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet mogħtija bil-liċenzji huma limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà stipulati bl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament preżenti.

▼B

Artikolu 7

Għandha tkun iddepożitata garanzija ta’ 20 EUR għal kull 100 kilogramma għall-applikazzjonijiet għal liċenzja ta’ l-importazzjoni għall-prodotti kollha.

Artikolu 8

L-importazzjoni skond l-arranġamenti għal tnaqqis fid-dazji doganali li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament tista’ ssir biss jekk l-oriġini tal-prodotti kkonċernati tkun iċċertifikata mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi b’mod konformi mar-regoli dwar l-oriġini li japplikaw għall-prodotti f’dan il-każ skond il-Protokoll 1 tal-Ftehim tas-Sħubija ACP-KE iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000.

▼M2 —————

▼B

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 2562/98 huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




L-ANNESS I

A.   Il-prodotti referuti fl-Artikolu 1(3) u fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal rata-ta’-dazju-il-barra-mill-kwota



Kodiċi tan-NK

Tnaqqis fid-dazju doganali

(%)

0103 91 10

16

0103 92 11

0103 92 19

1501 00 11

1501 00 19

1602 10 00

1602 20 90

1602 41 10

1602 42 10

1602 49

1602 90 10

1602 90 51

1902 20 30

B.   Il-prodotti referuti fl-Artikolu 1(3) u fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2286/2002 li jikkwalifikaw għal tnaqqis fid-dazju doganali permezz tal-kwota



Nru fl-Ordni

Kwot Nru

Kodiċi NM

Tnaqqis fid-dazju doganali

(%)

Kwantità annwali

(tunnellati)

09.4029

Q7

0203 11 10

50

500

0203 12 11

0203 12 19

0203 19 11

0203 19 13

0203 19 15

ex020319 55 (1)

0203 19 59

0203 21 10

0203 22 11

0203 22 19

0203 29 11

0203 29 13

0203 29 15

ex020329 55 (1)

0203 29 59

0209 00 11

0209 00 19

0209 00 30

0210 11 11 sa0210 11 39

0210 12 11

0210 12 19

0210 19 10 sa0210 19 89

0210 99 41

0210 99 49

(1)   Apparti milli l-filet mignon ippreżentata waħedha.



Nru fl-Ordni

Kwot Nru

Kodiċi tan-NK

Tnaqqis fid-dazju doganali

(%)

Kwantità annwali

(tunnellati)

09.4028

Q8

1601 00

65

500

▼M2




L-ANNESS II

TAQSIMA A

Ir-referenzi msemmija fl-Artikolu 4(2):

bil-Bulgaru

:

Продукт с произход страните от АКТБ — Регламент (ЕО) № 2286/2002 и Регламент (ЕО) № 462/2003

bl-Ispanjol

:

Producto ACP — Reglamentos (CE) no 2286/2002 y (CE) no 462/2003

biċ-Ċek

:

nařízení (ES) č. 2286/2002 a (ES) č. 462/2003

bid-Daniż

:

AVS-produkt — forordning (EF) nr. 2286/2002 og (EF) nr. 462/2003

bil-Ġermaniż

:

AKP-Erzeugnis — Verordnungen (EG) Nr. 2286/2002 und (EG) Nr. 462/2003

bl-Estonjan

:

AKV riikide toode — määrused (EÜ) nr 2286/2002 ja (EÜ) nr 462/2003.

bil-Grieg

:

Προϊόν ΑΚΕ — Κανονισμοί (ΕΚ) αριθ. 2286/2002 και (ΕΚ) αριθ. 462/2003

bl-Ingliż

:

ACP product — Regulations (EC) No 2286/2002 and (EC) No 462/2003

bil-Franċiż

:

Produit ACP — règlements (CE) no 2286/2002 et (CE) no 462/2003

bit-Taljan

:

Prodotto ACP — regolamenti (CE) n. 2286/2002 e (CE) n. 462/2003

bil-Latvjan

:

ĀKK produkts — Regula (EK) Nr. 2286/2002 un (EK) Nr. 462/2003.

bil-Litwan

:

AKR produktas — Reglamentai (EB) Nr. 2286/2002 ir (EB) Nr. 462/2003.

bl-Ungeriż

:

AKCS-termék — 2286/2002/EK és 462/2003/EK rendelet.

bil-Malti

:

Prodott tal-ACP — Regolamenti (KE) Nru 2286/2002 u (KE) Nru 462/2003.

bl-Olandiż

:

ACS-product — Verordeningen (EG) nr. 2286/2002 en (EG) nr. 462/2003

bil-Pollakk

:

Produkt z państw AKP — rozporządzenia (WE) nr 2286/2002 i (WE) nr 462/2003.

bil-Portugiż

:

Produto ACP — Regulamentos (CE) n.o 2286/2002 e (CE) n.o 462/2003

bir-Rumen

:

Produse ACP — Regulamentele (CE) nr. 2286/2002 si (CE)nr.462/2003

bis-Slovakk

:

Výrobok AKT — nariadenia (ES) č. 2286/2002 a (ES) č. 462/2003.

bis-Sloven

:

Proizvod AKP — uredbi (ES) št. 2286/2002 in (ES) št. 462/2003.

bil-Finlandiż

:

AKT-tuote — asetukset (EY) N:o 2286/2002 ja (EY) N:o 462/2003

bl-Iżvediż

:

AVS-produkt — förordningarna (EG) nr 2286/2002 och (EG) nr 462/2003.

TAQSIMA B

Ir-referenzi imsemmija fl-Artikolu 4(3):

bil-Bulgaru

:

Намаляване на митото, както е предвидено в Регламент (ЕО) № 462/2003.

bl-Ispanjol

:

Reducción del derecho de aduana en virtud del Reglamento (CE) no 462/2003

biċ-Ċek

:

Snížení cla stanovené nařízením (ES) č. 462/2003.

bid-Daniż

:

Toldnedsættelse, jf. forordning (EF) nr. 462/2003.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes gemäß der Verordnung (EG) Nr. 462/2003

bl-Estonjan

:

Vähendatud tollimaksumäär vastavalt määrusele (EÜ) nr 462/2003.

bil-Grieg

:

Μείωση του δασμού όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 462/2003

bl-Ingliż

:

Customs duty reduction as provided for in Regulation (EC) No 462/2003.

bil-Franċiż

:

Réduction du droit de douane comme prévu au règlement (CE) no 462/2003

bit-Taljan

:

Riduzione del dazio doganale a norma del regolamento (CE) n. 462/2003

bil-Latvjan

:

Regulā (EK) Nr. 462/2003 paredzētais muitas nodokļa samazinājums.

bil-Litwan

:

Muito mokesčio sumažinimas, kaip numatyta Reglamente (EB) Nr. 462/2003.

bl-Ungeriż

:

A 462/2003/EK rendeletben előírt vámcsökkentés.

bil-Malti

:

Tnaqqis tad-dazju doganali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 462/2003

bl-Olandiż

:

Douanerecht verlaagd overeenkomstig Verordening (EG) nr. 462/2003

bil-Pollakk

:

Obniżenie stawki celnej zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 462/2003.

bil-Portugiż

:

Redução do direito aduaneiro conforme previsto no Regulamento (CE) n.o 462/2003

bir-Rumen

:

Reducerea taxelor vamale asa cum este prevazut in Regulamentul (CE) nr. 462/2003

bis-Slovakk

:

Zníženie colnej sadzby podľa nariadenia (ES) č. 462/2003.

bis-Sloven

:

Znižanje carine, kot je določeno v Uredbi (ES) št. 462/2003.

bil-Finlandiż

:

Tullialennus, josta on säädetty asetuksessa (EY) N:o 462/2003

bl-Iżvediż

:

Nedsättning av tullavgiften enligt förordning (EG) nr 462/2003.

▼M2 —————



( 1 ) ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1.

( 2 ) ĠU L 156, tad-29.6.2000, p. 5.

( 3 ) ĠU L 348, tal-21.12.2002, p. 5.

( 4 ) ĠU L 317, tal-15.12.2000, p. 3.

( 5 ) ĠU L 320, tat-28.11.1998, p. 34.

( 6 ) ĠU L 140, ta’ l-24.5.2001, p. 13.

( 7 ) ĠU L 152, ta’ l-24.6.2000, p. 1.

( 8 ) ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

( 9 ) ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1.

( 10 ) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.