Official Journal L 065 , 14/03/2000 P. 0011 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 538/2000 tat-13 ta’ Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1599/97 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni ta’ ċertu frott artab li joriġina fil-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja u l-Litwanja u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1226/92 u (KE) Nru 2479/96 Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/790/KE tat-18 Mejju 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jaġġusta aspetti tal-kummerċ tal-Ftehim Ewropew li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Latvja, minn-naħa l-oħra, sabiex jinghata kont ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta’ l-Isvezja fl-Unjoni Ewropea u l-eżitu tan-negozjati ta’ l-Uruguay Round dwar l-agrikoltura, inkluż it-titjib fl-arranġamenti preferenzjali eżistenti [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, Billi: (1) Regoli dettaljati għandhom jiġu preskritti għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni għal ċertu frott artab li joriġina fil-Latvja u huwa maħsub għall-ipproċessar kif hemm provdut fil-Protokoll fuq imsemmi li jidħol fis-seħħ fl-1 Marzu 2000 [2]. Is-sistema hija identika għal dik għal ċertu frott artab li jorigina fil-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja u l-Lituwanja, li r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom huma prekritti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1599/97 [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2371/1999 [4]. Għall-iskop ta’ simplifikazzjoni, ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti ta’ importazzjoni imsemmija hawn fuq għandhom jiġu nklużi fl-istess Regolament u għal dak il-għan l-iskop tar-Regolament (EC) Nru 1599/97 għandu jiġi estiż biex ikopri prodotti li joriġinaw fil-Latvja. (2) Dawn l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni jissostitwixxu dawk li hemm provdut dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1926/96 [5]. Bħala riżultat, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/96 [6] li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezz minimu ta’ l-importazzjoni għal ċertu frott artab li jorigina fil-Latvja u li jistabbilixxi l-prezzijiet minimi ta’ l-importazzjoni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2371/1999, għandu jitħassar. (3) Il-komunikazzjoni mill-Istati Membri ta’ l-informazzjoni dwar l-importazzjoni mill-Latvja preskritta fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1599/97 tissostitwixxi dik preskritta fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1226/92 tat-13 Mejju 1992 dwar il-komunikazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti proċessati minn frott u ħxejjex [7], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2480/96 [8]. Ir-Regolament (KEE) Nru 1226/92 għandu għalhekk jitħassar. (4) Il-Protokolli li jaġġustaw jidħlu fis-seħħ fl-1 Marzu 2000 għalhekk dan ir-Regolament għandu jsir japplika minn dik id-data. (5) Il-miżuri li ghalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti Ipproċessati minn Frott u Ħxejjex, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1599/97 huwa emendat kif ġej (1) It-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1599/97 tat-28 Lulju 1997 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ prezzijiet minimi ta’l-importazzjoni ta’ ċertu frott artab li joriġina fil-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Latvja u l-Lituwanja" . (2) L-Artikolu 5(4) huwa mħassar; (3) L-Anness huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1226/92 u (KE) Nru 2479/96 huma mħassra. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 Marzu 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Marzu 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 317, ta’ l-10.12.1999, p.1. [2] ĠU L 29, ta’ l-4.2.2000, p.29. [3] ĠU L 216, tat-8.8.1997, p.63. [4] ĠU L 286, tad-9.11.1999, p.8. [5] ĠU L 254, tat-8.10.1996, p.1. [6] ĠU L 335, ta’ l-24.12.1996, p.25. [7] ĠU L 128, ta’ l-14.5.1992, p.18. [8] ĠU L 335, ta’ l-24.12.1996, p.28. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS Prezzijiet minimi tal-importazzjoni (EUR 100/kg net) | Kodici NM | Kodici TARIC | Deskrizzjoni | Bulgarija | Ungerija | Polonja | Romanija | Slovakkja | Repubblika Ceka | Estonja | Latvja | Lituwanja | ex081010 | – | Frawli għall-ipproċessar | 51,4 | – | – | 51,4 | – | – | 51,4 | – | – | ex08102010 | – | Ċawsli għall-ipproċessar | 63,1 | 63,1 | 63,1 | 63,1 | 63,1 | 63,1 | – | – | – | ex08103010 | – | Żbib iswed għall-ipproċessar | 38,5 | 38,5 | 38,5 | 38,5 | 38,5 | 38,5 | 38,5 | – | 38,5 | ex08103030 | – | Żbib ahmar għall-ipproċessar | 23,3 | 23,3 | 23,3 | 23,3 | 23,3 | 23,3 | 23,3 | – | – | ex08111011 | 08111011*10 | Frawli ffriżat, biz-zokkor miżjud jew aġenti oħra tal-ħlewwa, b'kontenut ta' zokkor li jeċċedi t-13 % skond il-piż, frott sħiħ | – | – | 75,0 | – | – | – | 75,0 | 75,0 | – | 08111011*90 | Frawli ffriżat, biz-zokkor miżjud jew aġenti oħra tal-ħlewwa, b'kontenut ta' zokkor li jeċċedi t-13 % skond il-piż, ieħor | – | – | 57,6 | – | – | – | 57,6 | 57,6 | – | ex08111019 | 08111019*10 | Frawli ffriżat, biz-zokkor miżjud jew aġenti oħra tal-hlewwa, b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix it-13 % skond il-piż, frott sħiħ | – | – | 75,0 | – | – | – | 75,0 | 75,0 | – | 08111019*90 | Frawli ffriżat, biz-zokkor miżjud jew aġenti oħra tal-ħlewwa, b'kontenut ta' zokkor li jeċċedi t-13 % skond il-piż, frott sħiħ | – | – | 57,6 | – | – | – | 57,6 | 57,6 | – | ex08111090 | 08111090*10 | Frawli ffriżat, mingħajr zokkor miżjud jew aġenti oħra ta'ħlewwa, ieħor | 75,0 | 75,0 | 75,0 | 75,0 | 75,0 | 75,0 | 75,0 | 75,0 | – | 08111090*90 | Frawli ffriżat, mingħajr zokkor miżjud jew aġenti oħra tal-ħlewwa, | 57,6 | 57,6 | 57,6 | 57,6 | 57,6 | 57,6 | 57,6 | 57,6 | – | ex08112019 | 08112019*11 | Ċawsli ffriżat, b'zokkor miżjud jew aġenti oħra ta' ħlewwa, b'kontenut ta' zokkor li ma jeċċedix it-13 % skond il-piż, frott sħiħ | – | 99,5 | 99,5 | – | 99,5 | 99,5 | 99,5 | – | – | 08112019*19 | Ċawsli ffriżat, b'zokkor miżjud jew aġenti oħra ta' ħlewwa, b'kontenut ta' zokkor li ma jeġedix it-13 % skond il-piż, ieħor | – | 79,6 | 79,6 | – | 79,6 | 79,6 | 79,6 | – | – | ex08112031 | 08112031*10 | Ċawsli ffriżat, mingħajr żokkor miżjud jew aġenti oħra ta' ħlewwa, frott sħiħ | 99,5 | 99,5 | 99,5 | 99,5 | 99,5 | 99,5 | 99,5 | – | – | 08112031*90 | Ċawsli ffriżat, mingħajr żokkor miżjud jew aġenti oħra ta' ħlewwa, ieħor | 79,6 | 79,6 | 79,6 | 79,6 | 79,6 | 79,6 | 79,6 | – | – | ex08112039 | 08112039*10 | Żbib iswed, mingħajr zokkor miżjud jew xi aġenti oħra ta' ħlewwa, mingħajr iz-zokk | – | 62,8 | 62,8 | 62,8 | 62,8 | 62,8 | 62,8 | – | – | 08112039*90 | Żbib iswed, mingħajr zokkor miżjud jew xi aġenti oħra ta' ħlewwa, ieħor | – | 44,8 | 44,8 | 44,8 | 44,8 | 44,8 | 44,8 | – | – | ex08112051 | 08112051*10 | Żbib aħmar iffriżat, mingħajr zokkor miżjud jew xi aġenti ohra ta' ħlewwa, mingħajr iz-zokk | – | 39,0 | 39,0 | – | 39,0 | 39,0 | 39,0 | – | – | 08112051*90 | Żbib aħmar iffriżat, mingħajr zokkor miżjud jew xi aġenti oħra ta' ħlewwa, ieħor | – | 29,5 | 29,5 | – | 29,5 | 29,5 | 29,5 | – | – | --------------------------------------------------