2002L0095 — MT — 26.02.2010 — 007.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DIRETTIVA 2002/95/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 037, 13.2.2003, p.19) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 214 |
65 |
19.8.2005 |
||
|
L 271 |
48 |
15.10.2005 |
||
|
L 280 |
18 |
25.10.2005 |
||
|
L 115 |
38 |
28.4.2006 |
||
|
L 283 |
47 |
14.10.2006 |
||
|
L 283 |
48 |
14.10.2006 |
||
|
L 283 |
50 |
14.10.2006 |
||
|
DIRETTIVA 2008/35/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Marzu 2008 |
L 81 |
67 |
20.3.2008 |
|
|
L 136 |
9 |
24.5.2008 |
||
|
L 139 |
32 |
5.6.2009 |
||
|
L 148 |
27 |
11.6.2009 |
||
|
L 49 |
32 |
26.2.2010 |
||
Ikkoreġut b'
|
(*) |
Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti. |
DIRETTIVA 2002/95/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Jannar 2003
dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 3 ),
Huma u jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fit-8 ta’ Novembru 2002 ( 4 ),
Billi:|
(1) |
Id-disparitajiet bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri rigward ir-restrizzjoni ta’ l-użu tas-sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku jista’ joħloq ostakoli għall-kummerċ u jgħawweġ il-kompetizzjoni fil-Komunità u jista’ b’hekk ikollu impatt dirett fuq li jiġi stabbilit u kif jiffunzjona s-suq intern. Jidher għalhelkk meħtieġ li l-liġijiet ta’ l-Istati Membri f’dan il-kamp jitqarrbu lejn xulxin u jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru tat-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart u d-disponiment minnu ambjentalment sodi. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f’Nizza fis-7, 8 u 9 ta’ Diċembru 2000 endorsja r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar il-prinċipju prekawzjonarju. |
|
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar ir-rivista ta’ l-istrateġija Komunitarja għat-tensjonijiet tal-ġestjoni ta’ l-iskart il-ħtieġa li jitnaqqas il-kontenut tas-sustanzi ta’ riskju fl-iskart u turi l-benefiċċji potenzali tar-regoli mal-Komunità kollha li jillimitaw il-preżenza ta’ dawn is-sustanzi fil-prodotti u fil-proċessi tal-produzzjoni. |
|
(4) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 1988 dwar programm ta’ azzjoni Komunitarja għalbiex tikkumbatti l-inkwinament ambjentali mill-kadmju ( 5 ) tistieden lill-Kummissjoni li ssegwi mingħajr dewmien l-iżvilupp ta’ miżuri speċifiċi għal programm bħal dan. Is-saħħa tal-bniedem ukoll trid tiġi protetta u għandha għalhekk tiġi implimentata strateġija ġenerali li b’mod partikolari tirrestrinġi l-użu tal-kadmju u tistimula r-riċerka fis-sostituti. Ir-Riżoluzzjoni tenfasizza illi l-użu tal-kadmju għandu jiġi limitat għall-każijiet fejn ma jeżistux alternattivi xierqa u ta’ siġurtà ikbar. |
|
(5) |
Ix-xiehda disponibbli tindika illi l-miżuri dwar il-ġbir, it-trattament, ir-riċiklaġġ u d-disponiment mit-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart (WEEE) kif iddikjarati fid-Direttiva al-Kunsill dwar it-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart ( 6 ) għalbiex inaqqsu l-problemi tal-ġestjoni ta’ l-iskart marbuta mal-metalli t-tqal interessati u r-retardanti tal-fjammi tan-nar interessati. Minkejja dawn il-miżuri, madankollu, partijiet sinifikanti tal-WEEE jridu jissoktaw jinstabu fir-rotot tad-disponiment korrenti. Saħansitra jekk il-WEEE jiġi miġbur separatament u sottomess għall-proċessi tar-riċiklaġġ, il-kontenut tal-merkurju, tal-kadmju, taċ-ċomb, tal-kromju VI, tal-PBE u tal-PDBE x’aktarx li joħolqu riskji għas-saħħa jew għall-ambjent. |
|
(6) |
Filwaqt li titqies il-probabbiltà teknika u ekonomika tas-suċċess, l-iktar manjiera effettiva għalbiex jiġi żgurat tnaqqis sinifikanti fir-riskji għas-saħħa u għall-ambjent li għandhom x’jaqsmu ma’ dawk is-sustanzi li jistgħu jiksbu l-livell magħżul ta’ protezzjoni fil-Komunità hija s-sostituzjoni ta’ dawn i-sustanzi fit-tagħmir elettriku u elettroniku b’materjali żguri jew iktar żguri. Ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ dawn is-sustanzi ta’ riskju x’aktarx li ttejjeb il-possibbiltajiet u l-profittabbiltà ekonomika tar-riċiklaġġ tal-WEEE u tnaqqas l-impatt negattiv fuq is-saħħa tal-ħaddiema fl-impjanti tar-riċiklaġġ. |
|
(7) |
Is-sustanzi koperti b’din id-Direttiva huma rriċerkati tajjeb xjentifikament kemm fil-livell Komunitarju u kemm fil-livell nazzjonali. |
|
(8) |
Il-miżuri pprovvduti f’din id-Direttiva jqisu l-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet internazzjonali eżistenti u huma msejsa fuq stima tat-tagħrif xjentifiku u tekniku disponibbli. Il-miżuri huma meħtieġa għalbiex jinkiseb il-livell magħżul tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-ambjent, filwaqt li jingħata qies tar-riskji li n-nuqqas tal-miżuri x’aktarx li joħloq fil-Komunità. Il-miżuri għandhom jinżammu taħt rivista u, jekk meħtieġ, aġġustati sabiex iqisu t-tagħrif tekniku u xjentifiku disponibbli. |
|
(9) |
Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja għall-ħtiġiet tas-sigurtà u tas-saħħa u għal-leġislazzjoni Komunitarja speċifika tal-ġestjoni ta’ l-iskart, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 91/157/KEE tat-18 ta’ Marzu 1991 dwar il-batteriji u l-akkumulaturi li jkun fihom ċerti sustanzi perikolużi ( 7 ). |
|
(10) |
Għandu jitqies l-iżvilupp tekniku tat-tagħmr elettriku u elettroniku mingħajr il-metalli t-tqal, il-PDBE u l-PBB. Hekk kif ix-xiehda xjentifika tkun disponibbli u filwaqt li jitqies il-prinċipju prekawzjonarju, għandha tiġi eżaminata l-projbizzjoni ta’ sustanzi oħra ta’ riskju u s-sostituzzjoni tagħhom b’alternattivi bonarji għall-ambjent li jiżguraw għall-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni lill-konsumaturi. |
|
(11) |
L-eżenzjonijiet mill-ħieġa tas-sostituzzjoni għandhom jiġu permessi jekk is-sostituzzjoni ma tkunx possibbli mil-lat xjentifiku u tekniku jew jekk l-impatti negattivi ambjentali u fuq is-saħħa kkawżati mis-sostituzzjoni x’aktarx li jegħilbu l-benefiċċji umani u ambjentali tas-sostituzzjoni. Is-sostituzzjoni tas-sustanzi ta’ riskju fit-tagħrif elettriku u elettroniku għandha toitwettaq ukoll hekk li tkun komptibbli mas-saħħa u s-sigurtà ta’ l-utenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE). |
|
(12) |
Billi l-użu mill-ġdid, l-arranġament mill-ġdid u l-estensjoni tat-tul tal-ħajja tal-prodott huma ta’ benefiċċju, għandhom ikunu disponibbli l-i spare parts. |
|
(13) |
L-addattament għall-progress xjentrifiku u tekniku ta’ l-eżenzjonijiet mill-ħtiġiet li jirrigwardaw it-tmiem iggradat u l-projbizzjoni tas-sustanzi ta’ riskju għandu jiġi effettwat mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta’ kumitat. |
|
(14) |
Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 8 ). |
ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għanijiet
Il-għan ta’ din id-Direttiva huwa li jitqarrbu lejn xulxin il-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet ta’ l-użu ta’ sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku u li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-irkupru tat-tagħmir elettriku u elettroniku ta’ l-iskart u d-disponiment minnu ambjentalment sodi.
Artikolu 2
L-Iskop
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, din id-Direttiva għandha tapplika għat-tagħmir elettriku u elettroniku li jidħol fil-kategoriji 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7 u 10 iddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva Nru 2002/96/KE (WEEE) u għall-bozoz ta’ l-elettriku, u l-luminarji fid-djar.
2. Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-ħtiġiet tas-sigurtà u tas-saħħa u l-leġislazzjoni Komunitarjka speċifika dwar il-ġestjoni ta’ l-iskart.
3. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-i spare parts għat-tiswija, jew għall-użu mill-ġdid tat-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006.
Artikolu 3
Id-Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “tagħmir elettriku u elettroniku” jew “EEE” ifisser it-tagħmir li huwa dipendenti fuq il-kurrenti ta’ l-elettriku jew l-oqsma elettromanjetiċi għalbiex jaħdmu kif xieraq u t-tagħmir għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta’ dawn il-kurrenti u oqsma li jidħlu fil-kategoriji ddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva 2002/96/KE (WEEE) u ddisinjati għall-użu ma ’ għoti tar-rata lill-voltaġġ li ma jaqbiżx il-1 000 volt għall-kurrent li jalterna u l-1 500 volt għall-kurrent dirett;
(b) “produttur” ifisser kull persuna li, irrispettivament mill-mod tat-teknika tal-bejgħ li tuża, inkluż permezz tal-komunikazzjoni mill-bogħod skond id-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi rigward il-kuntratti mill-bogħod ( 9 ):
(i) tiffabbrika u tbigħ taħmir elettriku u elettroniku bil-marka tagħha tal-fabbrika;
(ii) tbigħ mill-ġdid it-tagħmir bil-marka tagħha tal-fabbrika prodott minn fornituri oħra, filwaqt li bejjiegħ ma jitqiesx bħala l-“produttur” jekk il-marka tal-fabbrika tal-produttur tidher fuq it-tagħmir, kif ipprovvdut fis-sub-punt (i); jew
(iii) timporta jew tesporta t-tagħmir eletriku u eletroniku fuq bażi professjonali fi Stat Membru.
Kulmin jipprovdi b’mod eskluzziv il-finanzjament taħt jew skond kull ftehim finanzjarju ma għandux jitqies bħala “produttur” għajr jekk jaġixxi wkoll bħala produttur fit-tifsira tas-sub-punti minn (i) sa (iii).
Artikolu 4
Il-Prevenzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, mill-1 ta’ Lulju 2006, it-tagħmir elettriku u elettroniku l-ġdid imqiegħed fis-suq ma jkunx fih ċomb, merkurju, kadmju, kromju essavalenti, bifenili ppolibrominatati (PBB) jew eteri tad-difenil polibominatat (PBDE). Jistgħu jinżammu sa l-1 ta’ Lulju 2006 il-miżuri nazzjonali restrittivi jew li jipprojbixxu l-użu ta’ dawn is-sustanzi fit-tagħmir elettriku u elettroniku li kienu adottati f’linja mal-leġislazzjoni Komunitarja qabel l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva.
2. Il-paragrafu 1 ma għandhux japplika għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness.
3. Fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu, hekk kif tkun disponibbli x-xiehda xjentifika, u skond il-prinċipji dwar il-politika tal-kimiċi kif stabbilita fis-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali, dwar il-projbizzjoni ta’ sustanzi oħra ta’ riskju u s-sostitituzzjoni tagħhom minn alternattivi iktar bonarji għall-ambjent li jiżguraw mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni lill-konsumaturi.
Artikolu 5
L-Addattament għall-progress xjentifiku u tekniku
1. Kwalunkwe emenda li tkun meħtieġa biex tadatta l-Anness għall-progress xjentifiku u tekniku għall-iskopijiet li ġejjin għandha tiġi adottata:
(a) għalbiex tistabbilixxi, kif meħtieġ, il-valuri massimi tal-konċentrazzjoni safejn għandha tiġi ttollerata l-preżenza tas-sustanzi riferiti fl-Artikolu 4(1) rigward il-materjali speċifiċi u l-komponenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku;
(b) sabiex teżenta l-materjali u l-komponenti tat-tagħmir elettriku u elettroniku mill-Artikolu 4(1) jekk l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz tal-bidliet fid-disinn jew tal-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda waħda mill-materjali u s-sustanzi riferiti fih ma jkunux teknikament jew xjentrifikament prattikabbli, jew meta l-impatti negattivi ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni x’aktarx li jegħilbu l-benefiċċji ambjentali, tas-saħħa u għas-sigurtà tal-konsumatur ta’ dawn;
(ċ) sabiex titwettaq rivista ta’ kull eżenzjoni fl-Anness mill-inqas kull erba’ snin jew erba’ snin wara li oġġett jiġi miżjud fil-lista bil-għan li jiġi kkunsidrat it-tħassir tal-materjali u l-komponenti tat-tagħmir elettriku jew elettroniku mill-Anness jekk l-eliminazzjoni jew is-sostituzzjoni tagħhom permezz tat-tibdiliet fid-disinn jew il-materjali u l-komponenti li ma jeħtieġu l-ebda waħda mill-materjali jew is-sustanzi riferiti fl-Artikolu 4(2) ma jkunu possibbli teknikament jew xjentifikament, sakemm l-impatti negattivi ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ikkawżati bis-sostituzzjoni ma jegħilbux il-benefiċċji possibbli ambjentali, tas-saħħa u/jew għas-sigurtà tal-konsumatur ta’ dawn.
Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu, mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 7(2).
2. Qabel ma jiġi emendat l-Anness skond il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha fost ħwejjeġ oħra tikkonsulta lill-produtturi tat-tagħmir elettriku u elettroniku, lir-riċiklaturi, lill-operaturi tat-trattament, lill-organizzazzjonijiet ambjentali u lill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-konsumaturi. Il-kummenti għandhom jintbagħtu lill-Kumitat riferit fl-Artikolu 7(1)i. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rendikont tat-tagħrif li tirċievi.
Artikolu 6
Ir-rivista
Qabel it-13 ta’ Frar 2005, il-Kummissjoni għandha tagħmel rivista tal-miżuri pprovvduti għal din id-Direttiva sabiex titqies ix-xiehda xjentifika ġdida, kif meħtieġ.
B’mod partikolari l-Kummussjoni għandha, sa din id-data, tippreżenta proposti sabiex tinkludi fl-iskop ta’ din id-Direttiva t-tagħmir li jidħol fil-kategoriji 8 u 9 iddikjarati fl-Anness IA mad-Direttiva 2002/06/KE (WEEE).
Il-Kummissjoni għandha wkoll tistudja l-ħtieġa li taddatta l-lista tas-sustanzi ta’ l-Artikolu 4(1), fuq il-bażi tal-fatti xjentifiċi u filwaqt li tqis il-prinċipju prekawzjonarju, u tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dawn l-addattamenti, jekk approprjat.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari matul ir-rivista lill-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem mis-sustanzi u l-materjali l-oħra ta’ riskju wżati fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-probabbiltà tas-suċċess meta jiġu mibdula dawn is-sustanzi u għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex testendi l-iskop ta’ l-Artikolu 4, kif approprjat.
L-Artikolu 7
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart ( 10 ).
2. Fejn ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 8
Il-Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-penali hekk ipprovvduti għandhom ikunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.
Artikolu 9
It-Trasposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel it-13 ta’ Awissu 2004. Għandhom jgħarrfu fil-pront lill-Kummissjoni b’dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella għandhom ikunu akkumpanjati minn din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha fil-kamp kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 10
Id-Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 11
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
Applications of lead, mercury, cadmium, hexavalent chromium, polybrominated biphenyls (PBB) or polybrominated diphenyl ethers (PBDE) which are exempted from the requirements of Article 4(1)
|
1. |
Il-merkurju b’bozoz tad-dawl fluworexxenti kompatti li ma jaqbiżx il 5 mg kull bozza, |
|
2. |
Il-merkurju fil-bozoz dritti tad-dawl fluworezzenti għal għanijiet ġenerali li ma jaqbżux:
|
|
3. |
Il-merkurju fil-bozoz dritti tad-dawl florexxenti għal għanijiet speċjali. |
|
4. |
Il-Merkurju f’bozoz oħra tad-dawl mhux imsemmija speċifikament f’dan l-Anness. |
|
5. |
Iċ-ċomb fil-ħġieġ tat-tubi tar-raġġ katodu, il-komponenti elettroniċi u t-tubi fluworexxenti. |
|
6. |
Iċ-ċomb bħala element ta’ l-illig fl-azzar li jkun fih sa 0,35 % ċomb fil-piż, l-aluminju li jkun fih sa 0,4 % ċomb fil-piż u l-illig tar-ram li jkun fih sa 4 % ċomb fil-piż. |
|
7. |
— Iċ-ċomb fl-istann tat-tip li jiddewweb f’temperaturi għolja (jiġifieri il-liegi taċ-ċomb li jkun fihom iktar minn 85 % bħala piż jew aktar ċomb), — iċ-ċomb fl-istannijiet tal-oġġetti li jservu, il-ħażna u s-sistemi tal-wiri fl-ordni tal-ħażna, it-tagħmir tal-infrastrutturi tan-netwerks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trasmissjoni kif ukoll il-ġestjoni tan-netwerks għat-telekomunikazzjonijiet, — iċ-ċomb fil-partijiet elettroniċi taċ-ċeramika (p.e., il-mezzi piezoelettroniċi). |
|
8. |
Il-Kadmju u l-komposti tiegħu f'kuntati eletroniċi u kisi tal-kadmju b'eċċezzjoni għall-applikazzjonijiet projbiti taħt id-Direttiva 91/338/KEE ( 11 ) li temenda d-Direttiva 76/769/KEE ( 12 ) dwar restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi. |
|
9. |
Il-kromju essavalenti bħala anti-korrużjoni tas-sistema tat-tkessiħ ta’ l-azzar bil-karbonju fir-refriġeraturi ta’ l-assorbiment. |
|
9a. |
DecaBDE in polymeric applications. |
|
9b. |
Lead in lead-bronze bearing shells and bushes. |
|
10. |
Ġewwa l-proċedura riferita fl-Artikolu 7 (2), il-Kummisjoni għandta tivvaluta l-applikazzjonijiet ta’: — id-Deca BDE, — il-merkurju fil-bozoz dritti tad-dawl fluworexxenti għal għanijiet speċjali, — iċ-ċomb fl-istannijiet ta’ l-oġġetti li jservu, il-ħażna u s-sistemi tal-wiri fl-ordni tal-ħażna, it-tagħmir ta’ l-infrastrutturi tan-networks għas-swiċċjar, is-sinjalar, it-trasmissjoni kif ukoll il-ġestjoni tan-networks għat-telekomunikazzjonijiet (bil-ħsieb li jiġi ffissat limitu taż-żmien għal din l-eżenzjoni), u — il-bozoz tad-dawl, bħala materja ta’ prijorità sabiex jiġi stabbilit malajr kemm jista’ jkun jekk dawn l-intestaturi jridux jiġu emendati kif jixraq. |
|
11. |
Iċ-ċomb użat fis-sistemi ta' konnettur compliant pin. |
|
12. |
Iċ-ċomb bħala materjal għall-kisi għall-module c-ring ta' trasmissjoni termali. |
|
13. |
Iċ-ċomb u l-kadmju fi ħġieġ ottiku u tal-iffiltrar. |
|
14. |
Iċ-ċomb f'stannijiet ta' aktar minn żewġ elementi għall-konnessjoni bejn il-pinnijiet u l-pakkett ta' makroprosessuri b'kontenut ta' ċomb ta' aktar minn 80 % jew inqas minn 85 % bħala piż. |
|
15. |
Iċ-ċomb f'stannijiet biex titlesta konnessjoni elettrika vijabli bejn semikonduttur die u carrier integrat fi ħdan iċ-ċirkwit ta' pakketti Flip Chip. |
|
16. |
Iċ-ċomb fil-lampi linejari inkandexxenti f'tubi miksija bis-silikat. |
|
17. |
Halide taċ-ċomb bħala aġent li jagħti r-raġġi fil-lampi ta' Skariku ta' Intensità Għolja (HID) użati f'applikazzjonijiet reprografiċi professjonali. |
|
18. |
Iċ-ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti (1 % ċomb skond il-piż jew inqas) ta' lampi ta' skariku meta wżati bħal lampi abbronzanti li fihom il-fosfru bħalma huwa il-BSP (BaSi2O5:Pb) kif ukoll meta wżat bħal lampi speċjali fir-reprografija ta' l-istampar bid-dijazo, fil-litografija, fin-nases għall-insetti, proċessi kurativi fotokimiċi li fihom il-fosfru bħalma huwa l-SMS ((Sr, Ba)2MgSi2O7:Pb). |
|
19. |
Iċ-ċomb bil-PbBiSn-Hg u l-PbInSn-Hg fi kompożizzjonijiet speċifiċi bħala amalgamu prinċipali u bil-PbSn-Hg bħala amalgamu awżiljarju f'Bozoz Energy Saving (ESL) kompatti ħafna. |
|
20. |
L-ossidu taċ-ċomb fil-ħġieġ użat użat biex iwaħħal flimkien is-sustrati ta' quddiem u ta' wara tal-lampi fluworexxenti ċatti użat fl-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD). |
|
21. |
Iċ-ċomb u l-kadmju fl-inki tal-istampar għall-applikazzjoni ta' enamels fuq ħġieġ tal-borosilikat. |
|
22. |
Iċ-ċomb bħala impurità f’rotaturi Faraday RIG (rare earth iron garnet) li jintużaw għal sistemi ta’ komunikazzjoni tal-fibra ottika sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
23. |
Ċomb f’finituri ta’ komponenti “fine pitch” li ma jkunux konnekters b’ “pitch” ta’ 0,65mm jew inqas b’oqsfa taċ-ċomb NiFe u ċomb f’finituri ta’ komponenti “fine pitch” li ma jkunux konnekters b’ “pitch” ta’ 0,65mm jew inqas b’oqsfa tar-ram u ċ-ċomb. |
|
24. |
Ċomb fl-istann li jintuża għall-istannjar ma’ kapasiters b’aktar minn saff wieħed diskojdali, b’toqob imħaffra fihom (machined through hole discoidal multilayer capacitors) u kapasiters taċ-ċeramika b’aktar minn saff wieħed tat-tip ‘planar array’. |
|
25. |
Ossidu taċ-ċomb li jintuża fil-panils tal-plażma displej (PDP) u displejs li jemettu l-elettroni permezz tal-konduzzjoni mas-superfiċje (SED) li jintużaw f’elementi strutturali; b’mod partikolari fis-saff djelettriku tal-ħġieġ ta’ quddiem u ta’ wara, tal-bus electrode, l-istrixxa s-sewda, l-address electrode, il-barrier ribs, is-seal frit u l-frit ring, kif ukoll fil-pejsts tal-istampar. |
|
26. |
Ossidu taċ-ċomb fl-envelopp tal-ħġieġ tal-bozoz ‘Black Light Blue’ (BLB). |
|
27. |
Ligi taċ-ċomb bħala stann għat-transducers li jintużaw f’loudspeakers ta’ qawwa kbira (maħsuba għal xogħol kontinwu għal diversi sigħat f'livelli ta' qawwa akustika ta' 125dB SPL u aktar.). |
|
28. |
Kromju eżavalenti f'kisjiet għall-prevenzjoni tal-korrużjoni ta' folji tal-metall mhux miżbugħa u klipps li jintużaw għall-protezzjoni mill-korrużjoni u l-Protezzjoni mill-Interferenza Elettromagnetika fit-tagħmir li jaqa' taħt il-kategorija tad-Direttiva 2002/96/KE (tagħmir ta' l-IT u t-telekomunikazzjonijiet). Eżenzjoni mogħtija sa l-1 ta' Lulju 2007. |
|
29. |
Iċ-ċomb fil-ħġieġ tal-kristall kif iddefinit fl-Anness I (Kategoriji 1, 2, 3 u 4) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/493/KEE ( 13 ). |
Għal-finijiet tal-Artikolu 5(1)(a), għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,1 % piż f’materjali omoġenei għaċ-ċomb, il-merkurju, il-kromju essavalenti, il-bifenili polibrominatati (PBB) u l-eteri tad-difenil polibrominatat (PBDE) u ta’ 0,01 % piż f’materjali omoġenei għall-kadmju.
|
30. |
Legi tal-kadmju użati bħala stann fis-saldjar ta' kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transducers użati fi spikers qawwija b'livelli ta' pressjoni ta' ħoss ta' 100 dB (A) jew aktar. |
|
31. |
Ċomb f'materjali ta' l-istann f'lampi fluworexxenti ċatti mingħajr il-merkurju (li pereżempju jintużaw għalskrins tal-kristalli likwidi, id-disinn jew fid-dawl industrijali). |
|
32. |
Ossidu taċ-ċomb fit-taħlit imdewweb ta' l-issiġillar (seal frit) użat fil-manufattura ta' mmuntar tat-twieqi għat-tubi tal-laser ta' l-argon u l-kripton. |
|
33. |
Ċomb fl-istann li jintuża għall-istannjar ta’ wajers irqaq tar-ram ta’ dijametru ta’ 100 μm u inqas fit-transformers tal-enerġija. |
|
34. |
Ċomb fl-elementi ta’ potenzjometru trimmer abbażi taċ-ċermit. |
|
35. |
Kadmju f’fotoreżisturi għall-optocouplers applikati f’tagħmir ta’ awdjo professjonali sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
36. |
Merkurju użat bħala inibitur tat-textix fl-iskrins tal-plażma DC li jkun fihom sa massimu ta’ 30 mg għal kull skrin sal-1 ta’ Lulju 2010. |
|
37. |
Ċomb fis-saff tal-kisi ta’ diodes ta’ vultaġġ għoli abbażi ta’ korp tal-ħġieġ tal-borat taż-żingu. |
|
38. |
Kadmju u ossidu tal-kadmju f’pejsts ta’ saff oħxon użati fuq ossidu tal-berilju marbut mal-aluminju. |
|
39. |
Il-kadmju fl-LEDs II-VI tal-konverżjoni tal-ilwien (< 10 μg Cd/mm2 ta’ medda li tarmi d-dawl) għall-użu f’sistemi ta’ stat solidu għall-illuminazzjoni jew turija sal-1 ta’ Lulju 2014. |
( 1 ) ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 195 u
ĠU C 240 E, tat-28.8.2001, p. 303.
( 2 ) ĠU C 116, tal-20.4.2001, p. 38.
( 3 ) ĠU C 148, tat-18.5.2001, p. 1.
( 4 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Mejju 2001 (ĠU C 34 E, tas-7.2.2002, p. 109), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2001 (ĠU C 90 E, tas-16.4.2002, p. 12) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2002 u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002.
( 5 ) ĠU C 30, ta’ l-4.2.1988, p. 1.
( 6 ) Ara l-paġna 24 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 7 ) ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 38. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/101/KE (ĠU L 1, tal-5.1.1999, p. 1).
( 8 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 9 ) ĠU L 144, ta’ 1-4.6.1997, p. 19. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/65/KE (ĠU L 271, tad-9.10.2002, p. 16).
( 10 ) ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
( 11 ) ĠU L 186, 12.7.1991, p. 59.
( 12 ) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
( 13 ) ĠU L 326, 29.12.1969, p. 36. Direttiva kif emendata l-aħħar b'Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.