|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/876 |
18.3.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/876
tal-4 ta’ Marzu 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendar tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (ASAP)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 173(3), flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex jiġi kopert ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat sabiex il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ sseħħ retroattivament mill-25 ta’ Lulju 2023. |
|
(5) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendar propost tal-Protokoll 31 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VERLINDEN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …
ta’ …
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-ŻEE biex tkopri r-Regolament (UE) Nru 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 2023/1525 tibda mill-25 ta’ Lulju 2023, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, ikun innotifikat wara l-10 ta’ Lulju 2023. |
|
(3) |
Peress li l-parteċipazzjoni ma setgħetx tiġi stabbilita sal-10 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja 2023, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat biex jistabbilixxi l-ftehim tal-Partijiet Kontraenti dwar il-modalitajiet għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji retroattivi għas-sena finanzjarja 2023, biex tkun possibbli l-parteċipazzjoni sħiħa fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2023/1525. |
|
(4) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA jenħtieġ li jkunu intitolati li jipparteċipaw f’attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kostijiet imġarrba għall-attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-25 ta’ Lulju 2023 jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għall-kostijiet imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. Il-klawżola ta’ retroattività fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2023/1525 tapplika wkoll. |
|
(5) |
Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA u l-istituzzjonijiet, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u ċ-ċittadini tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea huma stabbiliti fil-Ftehim ŻEE, u b’mod partikolari fl-Artikolu 81 tiegħu. |
|
(6) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ sseħħ mill-25 ta’ Lulju 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jinżdied wara l-paragrafu 14 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
“15. 32023 R 1525: Ir-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP) (ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7).
L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-25 ta’ Lulju 2023, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea:
|
— |
Linja baġitarja 13 01 05: “Nefqa ta’ appoġġ għall-Istrument għat-Tisħiħ Industrijali tad-Difiża”, |
|
— |
Linja baġitarja 13 07 01: “L-Istrument għat-Tisħiħ Industrijali tad-Difiża”. |
Il-kostijiet imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-25 ta’ Lulju 2023 jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2023/1525 jiġu ssodisfati, wara l-20 ta’ Marzu 2023 jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mid-data tal-bidu tal-azzjoni msemmija fil-ftehim tal-għotja jew fid-deċiżjonijiet tal-għotja kkonċernati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .... ta’ ... [Din id-Deċiżjoni] tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.
F’konformità mal-paragrafi 8 u 9 tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 32 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati tal-EFTA għandha tapplika għat-tranżazzjonijiet kollha li jsiru fil-linji baġitarji rilevanti għas-sena finanzjarja 2023 b’mod retroattiv. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn korrispondenti għas-sena finanzjarja 2023 għandhom ikunu disponibbli, mutatis mutandis, taħt l-istess termini bħall-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2024; dawn għandhom b'mod partikolari jagħtu lok għall-provvediment, fil-bidu tas-sena finanzjarja 2024, tal-ammonti sħaħ tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn korrispondenti għas-sena finanzjarja 2023.
L-Iżlanda u l-Liechtenstein għandhom jiġu eżentati mill-parteċipazzjoni fl-Istrument stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/1525, u mill-kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-25 ta’ Lulju 2023.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi ..., ...
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7.
(*1) [Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Constitutional requirements indicated.]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni Nru … [Din id-Deċiżjoni] li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE biex tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti sabiex tiġi inkluża l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-Istrument stabbilit mir-Regolament (UE) 2023/1525
Din id-Deċiżjoni testendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti sabiex tiġi inkluża l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-Istrument stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/1525 (“l-Istrument”). L-Istati tal-EFTA jqisu li l-kwistjonijiet ta’ difiża jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE, u għalhekk li l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi kwistjonijiet ta’ difiża lil hinn mill-parteċipazzjoni fl-Istrument. L-Istati tal-EFTA jenfasizzaw ukoll li l-Iżlanda u l-Liechtenstein ma għandhomx jipparteċipaw fl-Istrument u ma għandhomx jikkontribwixxu finanzjarjament għalih.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/876/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)