|
25.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 280/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9930 — LGP/TPG/WellSky)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 280/09)
1.
Fit-18 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Leonard Green & Partners, L.P. (“LGP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
TPG Capital (“TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
WellSky Corporation (“WellSky”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
LPG u TPG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ WellSky kollha kemm hi. BħalissaTPG tikkontrolla hija biss lil WellSky.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
LGP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, li primarjament tinvesti f’kumpaniji li jipprovdu servizzi, inklużi servizzi tal-konsumatur, tan-negozju, u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll bejgħ bl-imnut, distribuzzjoni, u industrijali, |
|
— |
TPG: ditta globali ta’ investiment privat li tiġġestixxi familja ta’ fondi, li tinvesti f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv, |
|
— |
WellSky: fornitur ta’ software tal-kura tas-saħħa ta’ speċjalità (Software as a Service, “SaaS” u pjattaformi ta’ software oħrajn) għall-ġestjoni tal-flussi ta’ xogħol kliniku, finanzjarju u amministrattiv. Fiż-ŻEE, WellSky tikkummerċjalizza biss soluzzjonijiet ta’ software, li jittrattaw il-ġestjoni tal-medikazzjoni u s-software ta’ ġestjoni tal-kimoterapija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9930 — LGP/TPG/WellSky
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks: +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).