2004R0601 — MT — 29.09.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 (ĠU L 097, 1.4.2004, p.16) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1099/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 |
L 248 |
11 |
22.9.2007 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 601/2004
tat-22 ta' Marzu 2004
li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 1 ),
Billi:|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, (il-Konvenzjoni), kienet ġiet approvata mill-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunell 81/691/KEE ( 2 ), u daħħlet fis-seħħ fil-Komunità fil-21 ta' Mejju 1982. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni tipprovdi qafas għal koperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku permezz ta' l-istabbeliment ta' Kummissjoni għall-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, minn hawn il-quddiem (CCAMLR), u l-adozzjoni mill-CCAMLR ta' miżuri ta' konservazzjoni li jsiru jorbtu fuq il-Partijiet Kontraenti. |
|
(3) |
Il-Komunità, bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni, għandha tassigura li l-miżuri ta' konservazzjoni adottati mill-CCAMLR ikunu applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità. |
|
(4) |
IL-Miżuri ikkonċernati jinkludu kwantità ta' regoli u disposizzjonijiet għall-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' Konservazzjoni li għandhom ikunu inkorporati fil-liġi tal-Komunità bħala disposizzjonijiet speċjali fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-istrateġija komuni tas-sajd ( 3 ), u li jissupplementaw id-disposizzjonijiet tiegħu. |
|
(5) |
Uħud minn dawk id-disposizzjonijiet speċjali kienu ġew trasportati fil-liġi tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3943/90 tad-19 ta' Diċembru 1990 dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' osservazzjoni u spezzjoni stabbilita permezz ta' l-Artikolu XXIV tal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku ( 4 ), bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 66/98 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' konservazzjoni u kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-Antartiku ( 5 ), u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1721/1999 tad-29 ta' Lulju 1999 li jistabilixxi ċerti miżuri ta' kontroll fir-rigward ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Partijiet mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku ( 6 ). |
|
(6) |
In vista ta' l-implementazzjoni ta' miżuri ġodda ta' konservazzjoni adottati mill-CCAMLR, dawk ir-Regolamenti għandhom ikunu mħassra u mibdula b'Regolament wieħed li jiġbor flimkien id-disposizzjonijiet speċjali għal-kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd li jirriżultaw mill-obbligi tal-Komunità bħala Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuiri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri implementattivi konferiti fuq il-Kummisjoni ( 7 ). |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
IS-SUSTANZA TAS-SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Is-sustanza tas-suġġett
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u kondizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni mill-Komunità ta':
(a) il-miżuri ta' kontroll applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku, (il-Konvenzjoni), li joperaw fiż-żona tal-Konservazzjoni fl-ibħra lokalizzati lill hinn mil-limiti ta' ġurisdizzjonijiet nazzjonali;
(b) sistema li tħeġġeġ il-konformità mid-dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni mal-miżuri tal-konservazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku (CCAMLR).
2. Dan ir-Regolament għandhu jkun applikabbli mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni u għandu jopera għat-tkomplija ulterjuri ta' l-għanijiet u l-prinċipji tagħha u tad-disposizzjonijiet ta' l-atti finali tal-konferenza li fiha kienu ġew adottati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament dawn id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) “iż-Żona tal-Konvenzjoni”: tfisser iż-żona ta' l-applikazzjoni tal-Konvenżjoni kif definita fl-Artikolu 1 tagħha;
(b) “il-konverġenza Antartiku”: tfisser linja li tgħaqqad dawn il-punti li ġejjin matul il-parallelli tal-latitudini u l-meridjani tal-lonġitudini: 50 oS, 0o - 50 oS, 30 oE - 45 oS, 30 oE - 45 oS, 80 oE - 55 oS, 80 oE - 55 oS, 150 oE - 60 oS, 150 oE - 60 oS, 50 oW - 50 oS, 50 oW - 50 oS, 0o;
(ċ) “dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità”: tfisser dgħajjsa li ttajjar il-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità u li hija rreġistrata fil-Komunità li tiġbor u li iżżomm abbord organiżmi marittini mir-riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(d) “sistema VMS”: tfisser sistema ibażata fuq satellita għal monitoraġġ ta' dgħajjes li tkun installata abbord id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità bi qbil ma l-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93;
(e) “sajd ġdid”: ifisser sajd għal speċje bl-użu ta' metodu partikolari tas-sajd fi sub-żona ta' l-istatisika FAO ta' l-Antartiku, li dwarha:
(i) informazzjoni dwar id-distrubuzzjoni, abbundanza, il-popolazzjoni, il-potenzal tal-qabda u l-identità tal-ħażniet minn riċerka/stħarriġ komprensiv jew sajd esploratorju qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew
(ii) data tal-qabda u ta' l-isforz qatt ma tkun ġiet ippreżentata lill-CCAMLR; jew
(iii) data tal-qabda jew ta' l-isforz miż-żewġ staġuni l-aktar reċenti li fihom ikun seħħ is-sajd qatt ma tkun ġiet ippreżantata lill-CCAMLR;
(f) “sajd esploratorju”: ifisser sajd li preċedentament kien klassifikat bħala “sajd ġdid” kif definit fil-paragrafu (e). Sajd esploratorju għandu jibqa jkun klassifikat bħala tali sakemm informazzjoni suffiċċjenti tkun disponibbli:
(i) għall-evalwazzjoni tad-distribuzzjoni, l-abbundanza u l-popolazzjoni ta' l-ispeċje immirati, li jwasslu għal estimi tal-qabda potenzali tas-sajd;
(ii) għal reviżjoni ta' l-impatti potenzali tas-sajd fuq speċje dipendenti u relatata, u
(iii) li tippermetti lill-Kumitat Xjentifiku CCAMLR li jifformula u jipprovdi parir dwar il-livelli tal-qabda xierqa, kif ukoll dwar il-livelli ta' l-isforz u l-apparat tas-sajd, meta xieraq;
(g) “spettur CCAMLR”: spetturi inkarigat minn Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni sabiex jimplementaw is-sistema ta' kontroll referuta fl-Artikolu 1(1);
(h) “sistema ta' l-ispezzjoni CCAMLR”: tfisser id-dokument li jkun iġib dak l-isem; adottat mill-CCAMLR, li jikkonċerna il-kontroll u l-ispezzjoni fuq il-baħar ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;
(i) “dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti”: tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni u li tkun instabet involuta fl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(j) “Parti Kontraenti”: tfisser parti kontraenti mal-Konvenzjoni;
(k) “dgħajjsa ta' Parti Kontraenti”: tfisser dgħajjsa tas-sajd li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni;
(l) “sejbien (deħra)”: tfisser kwalunkwe sejbien ta' dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti mhux-Kontraenti mal-Konvenzjoni minn dgħajjsa li ittajjar il-bandiera ta' Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni u li topera fiż-żona tal-Konvenzjoni, jew minn ajruplan irreġistrat f'Parti Kontraenti mal-Konvenzjoni, li jkun itir fuq iż-żona tal-Konvenzjoni, jew min spettur tal-CCAMLR;
(m) “attivitajiet IUU” tfisser l-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(n) “dgħajjsa IUU”: tfisser dgħajjsa involuta fl-attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.
KAPITOLU II
AĊĊESS GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI
Artikolu 3
Permess speċjali tas-sajd
1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità biss li jkollhom permess speċjali tas-sajd maħruġ mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom b'konformità tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 ( 8 ) għandhom ikunu awtorizzati, skond il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-permess, li jistadu, li jżommu abbord, li jagħmlu t-trasbord jew li jħottu l-art riżorsi tas-sajd miż-żona tal-Konvenzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, fi żmien tlett ijiem mid-data tal-ħruġ tal-permess imsemmi fil-paragrafu 1, l-informazzjoni li ġejja li tikkonċerna d-dgħajsa koperta bil-permess:
(a) l-isem tad-dgħajsa konċernata;
(b) it-tip ta’ bastiment;
(ċ) it-tul;
(d) in-numru IMO tad-dgħajsa (jekk maħruġ);
(e) fejn u meta nbena;
(f) il-bandiera preċedenti, jekk kien hemm;
(g) is-Sinjal ta’ Sejħa bir-Radju internazzjonali;
(h) l-isem u l-indirizz tas-sid(ien) tad-dgħajsa, u kwalunkwe sid(ien) benefiċjarju/i, jekk magħruf/a;
(i) ritratti bil-kulur tad-dgħajsa, li għandhom jikkonsistu minn:
(i) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tal-lemin tad-dgħajsa (starboard side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha;
(ii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri n-naħa tax-xellug tad-dgħajsa (port side), li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tagħha;
(iii) ritratt mhux iżgħar minn 12 × 7 ċm li juri l-poppa, meħud direttament minn wara;
(j) il-perijodu li fih huwa awtorizzat li jistad fiż-żona tal-Konvenzjoni, bid-dati li fihom l-attivitajiet tas-sajd jibdew u jispiċċaw;
(k) iż-żona jew iż-żoni tas-sajd;
(l) l-ispeċi mmirati;
(m) it-tagħmir użat;
(n) il-miżuri meħuda sabiex jiżguraw it-tħaddim bla tbagħbis tat-tagħmir ta’ monitoraġġ bis-satellita installat abbord.
L-Istati Membri għandhom, safejn huwa prattikabbli, jgħaddu wkoll lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja dwar id-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-CCAMLR:
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur, jekk differenti minn dak tas-sid(ien) tad-dgħajsa;
(b) l-ismijiet u n-nazzjonalità tal-kaptan u, fejn applikabbli, tal-kaptan tas-sajd;
(ċ) it-tip tal-metodu jew metodi ta’ sajd;
(d) il-wisa’ (ta’ l-aktar parti wiesgħa) (m);
(e) it-tunnellaġġ gross reġistrat;
(f) it-tip u n-numri tal-komunikazzjoni tad-dgħajsa (in-numri INMARSAT A, B u Ċ);
(g) l-għadd normali ta’ membri ta’ l-ekwipaġġ;
(h) is-saħħa tal-magna jew magni prinċipali (kW);
(i) il-kapaċità tal-ġarr (tunnellati), numru ta’ stivi tal-ħut u l-kapaċità tagħhom (m3);
(j) kwalunkwe informazzjoni oħra (eż. klassifikazzjoni tas-silġ) meqjusa xierqa.
Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti tali informazzjoni mingħajr dewmien lis-Segretarjat tal-CCAMLR.
3. L-informazzjoni trasmessa lejn il-Kummissjoni mill-Istati Membri għandha tinkludi in-numru tar-reġistru intern tal-flotta kif hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 li jikkonċerna ir-reġistru tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità ( 9 ), flimkien mad-dettalji tal-port residenzali u ta' l-ismijiet tal-padrun jew tal-kerrej tad-dgħajjsa, u għandha tkun akkumpanjata bin-notifika li l-kaptan tad-dgħajjsa ikun ġie infurmat bil-miżuri fis-seħħ għaż-żona jew iż-żoni li fihom id-dgħajjsa tkun sejra tista fiż-żona tal-Konvenzjoni.
4. Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli, bla ħsara għad-disposizzjonijiet speċjali li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8.
5. L-Istati Membri m'għandhomx joħorġu permess speċjali tas-sajd lid-dgħajjes li jkollhom l-intenzjoni li jinvolvu rwieħhom fis-sajd bil-konz fit-tul ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni li ma jkunux konformi mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(3), it-tieni paragrafu, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri tekniċi applikabli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta bil-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta' l-Antartiku ( 10 ).
6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 4
Regoli ġenerali u mġieba
1. Il-permessi speċjali tas-sajd, referuti fl-Artikolu 3, jew kopja awtentikata tagħhom, għandhom jkun miżmuma abbord id-dgħajjes tas-sajd u għandhom ikunu disponibli fi kwalunkwe ħin għall-ispezzjoni mill-ispettur CCAMLR.
2. Kull Stat Membru għandu jassigura li d-dgħajjes tas-sajd kollha tal-Komunità li jtajjru il-bandiera tiegħu għandhom jinnotifikawh bid-dħul u bil-ħruġ mill-portijiet kollha, bid-dħul u bil-ħruġ tagħhom miż-żona tal-Konvenzjoni u bil-movimenti tagħhom bejn is-subżoni u d-diviżjonijiet ta' l-istatistika tal-FAO.
3. Kull Stat Membru għandu jivverifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 mad-data li tkun waslet permezz tas-sistemi VMS li jitħaddmu abbord dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu. Hu għandu jittrażmetti d-data VMS lis-Segretarjat tas-CCAMLR bi trażmissjoni bil-kompjuter fi żmien jumejn mid-data tal-wasla tagħha, b’ mod kunfidenzjali skond ir-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti mis-CCAMLR.
4. Fil-każ ta' ħsara teknika tas-sistema tal-VMS abbord dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika malajr kemm jista jkun possibli lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, bl-isem tad-dgħajjsa, u il-ħin, id-data u l-posizzjoni tad-dgħajjsa meta is-sistema VMS tkun waqqfet milli topera. Malli s-sistema VMS terġa tkun operazzjonali, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma b'dan mingħajr dewmien lill-CCAMLR.
Artikolu 5
Aċċess għas-sajd tal-granċi
1. L-Istati Membri tal-Bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni ta' dgħajjsa tas-sajd tal-Komunità li tistad għall-granċi fis-subżona 48.3 tal-istatistika FAO. In-notifika għandha ssir erba' xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd u għandha tinkludi in-numru intern tar-reġistru tal-flotta u l-pjan ta' riċerka u sajd dwar id-dgħajjsa ikkonċernata.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina in-notifika, tivverifika li din tkun konformi mar-regoli applikabbli u tinforma lill-Istat Membru bis-sejbiet tagħha. L-Istat Membru għandu joħroġ permess speċjali tas-sajd mal-wassla tas-sejbiet tal-Kummissjoni jew fi żmien 10 tijiem utili mid-data tan-notifika tas-sejbiet. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-CCAMLR kif xieraq, mhux aktar tard minn tlett xhur bil-quddiem tad-data stabbilita għall-bidu tas-sajd.
3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 5a
Notifiki ta’ intenzjoni ta’ parteċipazzjoni fis-sajd għall-krill
Il-Partijiet Kontraenti kollha li bi ħsiebhom jistadu għall-krill fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jinnotifikaw lis-Segretarjat bl-intenzjoni tagħhom mhux inqas minn xhur minn qabel il-laqgħa annwali regolari tal-CCAMLR, immedjatament qabel l-istaġun li fih bi ħsiebhom jistadu.
Artikolu 6
Aċċess għas-sajd ġdid
1. Sajd f'tip ta' sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 5.
2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparetċipaw f'tip ta' sajd ġdid. Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw f'tip ta' sajd ġdid.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jinnotifika lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn erba’ xhur minn qabel il-laqgħa annwali tal-CCAMLR bl-intenzjoni ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li jiżviluppa sajd ġdid fiż-żona tal-Konvenzjoni. L-Istat Membru m’għandux jibda sajd ġdid sakemm jitwettaq il-proċess stabbilit mis-CCAMLR, għall-eżaminazzjoni tas-sajd.
In-notifika għandha tkun akkumpanjata b’kemm jista’ jkun mill-informazzjoni li ġejja li l-Istat Membru jista’ jipprovdi:
(a) in-natura tas-sajd propost, inklużi l-ispeċi mmirati, il-metodi ta’ sajd, ir-reġjun propost u kwalunkwe livell minimu ta’ qabdiet meħtieġa sabiex jiġi żviluppat sajd vijabbli;
(b) informazzjoni bijoloġika minn kruċieri ta’ riċerka/stħarriġ komprensivi, bħal distribuzzjoni, abbundanza, data dwar il-popolazzjoni u informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;
(ċ) dettalji ta’ speċi dipendenti u assoċjati u l-possibbiltà li tali speċi jiġu affettwati bi kwalunkwe mod bis-sajd propost;
(d) informazzjoni minn sajd ieħor fir-reġjun jew sajd simili x’imkien ieħor li jista’ jassisti fl-evalwazzjoni tal-potenzjal tal-qabda;
(e) jekk is-sajd propost ikollu jsir permezz tat-tagħmir ta’ tartarun tal-qiegħ, informazzjoni dwar l-impatti magħrufa u antiċipati ta’ dan it-tagħmir fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli, inklużi l-ispeċi li jgħixu fil-qiegħ u l-komunitajiet tagħhom.
4. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn il-CCAMLR għall-konsiderazzjoni l-informazzjoni ipprovduta bi qbil mal-paragrafu 3, flimkien ma xi informazzjoni relevanti oħra li tkun għad-disposizzjoni tagħha.
5. Meta il-CCAMLR tapprova tip ta' sajd ġdid, dak it-tip ta' sajd għandu jkun awtorizzat:
(a) mill-Kummuissjoni fil-każi meta il-CCAMLR ma tkunx adottat xi mużura ta' konservazzjoni f'dak li jirrigwardja t-tip ta' sajd ġdid, jew
(b) mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, fil-każi l-oħrajn kollha.
6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 7
Aċċess għal sajd esploratorju
1. Sajd esploratorju fiż-żona tal-Konvenzjoni għandu jkun ipprojbit apparti minn meta ikunu ġie awtorizzat bi qbil mal-paragrafi 2 sa 7.
2. Dawk id-dgħajjes biss li huma mgħammra u konfigurati hekk jistgħu ikunu konformi mal-miżuri kollha tal-konservazzjoni adottati mill-CCAMLR għandhom ikunu eliġibbli sabiex jipparteċipaw fis-sajd esploratorju.
Dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU tal-CCAMLR referuta fl-Artikolu 29 m'għandhomx ikunu eliġibli li jipparteċipaw fis-sajd esploratorju.
3. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju jew li jkollu l-intenzjoni li jawtorizza dgħajjsa li tipparteċipa f'tali sajd, għandu jħejji pjan ta' l-operazzjonijiet tar-riċerka u tas-sajd li huwa għandu jitrasmetti direttament lill-CCAMLR qabel id-data stabbilita mill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni.
Il-pjan għandu jkun fih kemm jista jkun mill-informazzjoni li ġejja bħal ma l-Istat Membru jkun kapaċi li jipprovdi:
(a) deskrizzjoni ta' kif l-attivitajiet tal-Istat Membru ikunu konformi mal-pjan tal-ġbir tad-data żviluppata mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR;
(b) in-natura tas-sajd esploratorju, inklużi l-ispeċje immirati, il-metodi tas-sajd, ir-reġjun proponut u l-livelli massimi tal-qbid ipproponuti għall-istaġun li jkun imiss;
(ċ) informazzjoni bioloġika minn kruċiera komprensiva ta' riċerka/stħarriġ, bħal ma hija d-distribuzzjoni, l-abundanza, il-popolazzjoni, id-data u l-informazzjoni dwar l-identità tal-ħażniet;
(d) dettalji tal-ispeċje dipendenti u assoċċjati u l-probbabbilità li tali speċje jkunu affettwati bi kwalunkwe mod possibbli bis-sajd proponut;
(e) informazzjoni minn sajd f'reġunji oħrajn jew sajd simili x'imkien ieħor li jista jgħin fl-evalwazzjoni tal-qabda potenzali.
4. Kull Stat Membru li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jippreżenta ta' kull sena lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien mifthiem mal-CCAMLR id-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir ta' data li jkun żvilippat mill-Kumitat Xjentifiki dwar is-sajd ikkonċernat.
Meta d-data speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data ma tkunx ġiet ippreżentata lill-CCAMLR dwar l-istaġun l-aktar reċenti li fiħ kien seħħ is-sajd, it-tkomplija tas-sajd esploratorju mill-Istat Membru li jkun naqas milli jippreżenta id-data tiegħu għandu jkun ipprojbit sakemm id-data relevanti tkun ġiet fornuta lill-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u il-Kumitat Xjentifiku CCAMLR ikun ingħata l-opportunità li jirrevedi d-data.
5. Qabel ma Stat Membru jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'said esploratorju li diġa jkun iseħħ, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-CCAMLR mhux anqas min tlett xhur bil-quddiem tal-laqgħa annwali tal-CCAMLR. L-Istat Membru li jwettaq in-notifika m'għandux jawtorizza lid-dgħajjes tiegħu sabiex jipparteċipaw f'sajd esploratorju sakemm ikun hemm il-konklużjoni ta' dik il-laqgħa.
6. L-isem, it-tip, id-daqs, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call-sign tar-radju għal kull dgħajjsa li tipparteċipa fis-sajd esploratorju għandhom ikunu notifikati direttament mill-Istat Membru lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, mill-anqas tlett xhur bil-quddiem tal-bidu ta' kull vjaġġ tas-sajd.
7. Il-kapaċità tas-sajd u l-isforz għandhom ikunu suġġetti għal-limitu stabbilit fl-livell li ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ sabiex tkun akkwistata l-informazzjoni speċifikata fil-pjan tal-ġbir tad-data u li jkun meħtieġ li jagħmel l-evalwazzjonijiet referuti fl-Artikolu 2(f).
8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 7a
Ħtiġiet speċjali għas-sajd esploratorju
Dgħajjes tas-sajd li jipparteċipaw f’sajd esploratorju għandhom ikunu suġġetti għall-ħtiġiet addizzjonali li ġejjin:
(a) id-dgħajjes għandhom ikunu pprojbiti milli jarmu:
(i) prodotti ta’ żejt jew karburant jew residwi żejtnija fil-baħar, ħlief kif permess fl-Anness I mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġiż minn Bastimenti (MARPOL 73/78);
(ii) żibel;
(iii) skart ta’ l-ikel li ma jgħaddix minn għarbiel b’toqob mhux akbar minn 25 mm;
(iv) tajr tar-razzett jew partijiet tagħhom (inkluż qxur tal-bajd);
(v) drenaġġ ’il ġewwa minn 12-il mil nawtiku minn blat maħruġ ’il barra ta’ art jew silġ, jew drenaġġ waqt li d-dgħajsa tkun tbaħħar b’veloċità ta’ inqas minn 4 mili tal-baħar (knots); jew
(vi) irmied ta’ ħruq;
(b) ebda tajr ħaj tar-razzett jew tajr ħaj ieħor m’għandu jiddaħħal fis-Subżoni 88.1 u 88.2 u kwalunkwe tajr tar-razzett ipproċessat mhux mittiekel għandu jitneħħa mis-Subżoni 88.1 u 88.2;
(ċ) is-sajd għad-Dissostichus spp. fis-Subżoni 88.1 u 88.2 għandu jiġi pprojbit ’il ġewwa minn 10 mili nawtiċi mill-kosta tal-Gżejjer Balleny.
Artikolu 7b
Programm ta’ tikkettar
1. Kull bastiment tas-sajd li jipparteċipa fis-sajd esploratorju għandu jimplimenta programm ta’ tikkettar (tagging) kif ġej:
(a) individwi tad-Dissostichus spp. għandhom jiġu ttikkettati u meħlusa skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Programm u fil-Protokoll tat-Tikkettar tal-CCAMLR għad-Dissostichus spp. f’sajd esploratorju. Id-dgħajjes għandhom jieqfu mit-tikkettar biss wara li jkunu ttikkettaw 500 individwu, jew iħallu s-sajd wara li jkunu ttikkettaw id-Dissostichus spp. bir-rata speċifika;
(b) il-programm għandu jkun immirat għal individwi ta’ kull daqs sabiex tintlaħaq il-ħtieġa ta’ tikkettar; it-toothfish f’kundizzjoni tajba biss għandhom jiġu ttikkettati. L-individwi meħlusa kollha għandhom jiġu ttikkettati doppju u l-ħelsien għandu jkopri l-usa’ żona ġeografika possibbli; f’reġjuni fejn hemm iż-żewġ speċi ta’ Dissostichus, ir-rata ta’ tikkettar għandha tkun, sa fejn hu possibbli, proporzjonata għall-ispeċi u d-daqs tad-Dissostichus spp. preżenti fil-qabdiet;
(ċ) it-tikketti kollha għandhom ikunu stampati b’mod ċar b’numru tas-serje uniku u b’indirizz tas-sors sabiex l-oriġini tat-tikketti tkun tista’ tiġi ttraċċata mill-ġdid fil-każ li l-individwu ttikkettat jerġa’ jinqabad; mill-1 ta’ Settembru 2007 it-tikketti kollha għall-użu f’sajd esploratorju għandhom jiġu pprovduti mis-Segretarjat;
(d) kull individwi ttikkettat maqbud mill-ġdid (jiġifieri, ħut maqbud diġà tikkettat) m’għandux jinħeles mill-ġdid, anki jekk kien liberu għal perijodu qasir biss;
(e) l-individwi ttikkettati maqbuda mill-ġdid kollha għandu jittiħdilhom id-dettalji bijoloġiċi (it-tul, il-piż, is-sess, l-istadju gonadali), għandu jittieħed ritratt elettroniku tal-ħut li juri d-data, għandhom jiġu rkuprati l-otoliti u titneħħa t-tikketta;
(f) id-data kollha rilevanti tat-tikketta u kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data għandhom jiġu rrapportati elettronikament fil-format CCAMLR lil CCAMLR fi żmien tliet xhur mit-tluq tad-dgħajsa minn dan is-sajd;
(g) id-data rilevanti kollha tat-tikketta, kwalunkwe qbid mill-ġdid ta’ tikketti li jirreġistraw id-data, u eżemplari maqbuda mill-ġdid għandhom jiġu rrapportati wkoll b’mod elettroniku fil-format CCAMLR fl-arkivju reġjonali tad-data mit-tikketti rilevanti kif imniżżel fil-Protokoll ta’ l-Ittikkettar tal-CCAMLR.
2. Toothfish li huma ttikkettati u meħlusa m’għandhomx jinqatgħu mil-limiti tal-qabda.
Artikolu 8
Aċċess għal riċerka xjentifika
1. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intezjoni li jwettqu riċerka xjentifika meta l-estimi tal-qabda jkun mistenni li jkun anqas minn 50 tunnellata, inklużi mhux aktar minn 10 tunnellati ta' Dissostichus spp., u anqas minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari ta' krill, klamari u granċi, għandu jippreżenta direttamenti lill-CCAMLR, b'kopja lill-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni li ġejja:
(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;
(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;
(ċ) id-diviżjoni u s-subżoni li fihom ir-riċerka għandha tkun imwettqa;
(d) l-estimi tad-dati tad-dħul u tal-ħruġ miż-żona tal-Konvenzjoni;
(e) l-iskop tar-riċerka;
(f) it-tgħammir tas-sajd li aktarx li jkun użat.
2. Id-dgħajjes tal-Komunità referuti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eżentati mill-miżuri tal-konservazzjoni li jirrigwardjaw id-daqs tat-toqob tax-xbieki, projbizzjonijiet tat-tipi ta' l-apparat, iż-żoni magħluqa, l-istaġuni tas-sajd u l-limiti tal-daqsijiet, il-ħtiġiet tas-sistema tar-rapportaġġ apparti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 9(6), u l-Artikolu 16(1).
3. L-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom ikollhom l-intenzjoni li jwettqu riċerka xjentifika li fiha l-estimi tal-qabda totali jkunu mistennija li jkunu aktar minn 50 tunnellata, jew aktar minn 10 tunnellatai ta' Dissostichus spp., jew aktar minn 0,1 % ta' limitu ta' qabda partikolari għall-krill, klamari u granċijiet, għandu jippreżenta lejn il-CCAMLR għal reviżjoni, b'kopja lejn il-Kummissjoni, tal-programm tar-riċerka bi qbil mal-linji ta' gwida standardizzati u tal-formati adottati mill-Kumitat Xjentifiku tal-CCAMLR, minn anqas sitt xhur bil-quddiem tad-data ippjanata tal-bidu tar-riċerka. Is-sajd ippjanat għal skopijiet tar-riċerka m'għandux jipproċiedi sakem il-proċess ta' reviżjoni jkun twettaq kollu mill-CCAMLR u d-deċiżjoni tagħha tkun ġiet notifikata.
4. L-Istati Membri għandhom iressqu rapport lejn il-CCAMLA, b'kopja lejn il-Kummissjoni, ta' l-informazzjoni tal-qabda u tal-isforz li jirriżultaw minn xi riċerka xjentifika suġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 3. Sommarju tar-riżultati għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 180 jum mid-data tat-twettieq tat-riċerka. Rapport sħiħ tar-riżultati tar-riċerka għandu jkun ipprovdut mill-Istat Membru lejn il-CCAMLR, b'kopja lejn il-Kummissjoni, fi żmien 12 il-xahar mid-data tat-twettieq tat-riċerka.
5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
KAPITOLU III
SISTEMA TAR-RAPPORTAĠĠ TAD-DATA
SEZZJONI 1
RAPPORT TAL-QABDA U TAL-ISFORZ
Artikolu 9
Rapport tal-qabda u tal-isforz
1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu suġġetti għal tlett sistemi ta' rapportaġġ tal-qabda u ta' l-isforz li jikkorespondu mal-perijodi referuti fl-Artikoli 10, 11 u 12 għall-ispeċje differenti u għaż-żoni, subżoni u diviżjonijiet ikkonċernati ta' l-istatistika tal-FAO.
2. Ir-rapport tal-qbda u tal-isforz għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar il-perijodu f'dak il-każ:
(a) l-isem tad-dgħajjsa ikkonċernata;
(b) il-marka esterna ta' l-identifikazzjoni tagħha;
(ċ) il-qabda totali tal-ispeċje relevanti;
(d) in-numru totali ta jiem u siegħat involuti fis-sajd;
(e) il-qabdiet tal-ispeċje kollha u tal-ispeċje tal-qabdiet sekondarji li jkunu nżammu abbord matul il-perijodu tar-rapportaġġ;
(f) fil-każ ta' sajd bil-konz fit-tul, in-numru ta' snanar.
3. Il-kaptani tad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jippreżentaw rapport dwar il-qabda u l-isforz lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera mill-anqas jum wieħed mid-data tat-tmiem tal-perijodu relevanti tar-rapportaġġ refererut fl-Artikoli 10, 11 u 12.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill CCAMLR, b’kopja lill-Kummissjoni, bi trażmissjoni bil-kompjuter, mill-anqas fi żmien tlett ijiem mid-data tat-tmiem ta’ kull perijodu ta’ rapportaġġ, tar-rapport tal-qabda u l-isforz trażmess minn kull bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tagħhom u rreġistrat fil-Komunità. Kull rapport tal-qabda u ta’ l-isforz għandu jispeċifika l-perijodu ta’ rapportaġġ tal-qabda kkonċernata.
▼M1 —————
6. Is-sistemi tar-rapportaġġ tal-qabda u l-isforz għandhom ikunu applikabli għal speċje miġbura għal skopijiet ta' riċerka xjentifika, kull meta il-qabda matul perijodu partikolari tkun teċċedi ħames tunnellati, apparti minn meta aktar regolamenti speċifiċi jkunu applikabbli għal dawk l-ispeċje partikolari.
7. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 10
Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar il-qabda u l-isforz
1. Għall-iskopijiet tas-sistema tar-rapportaġġ ta' kull xahar dwar il-qabda u l-isforz, il-perijodu tar-rapportaġġ għandu jkun xahar kalendarju.
2. Din is-sistema għandha tapplika għal:
(a) is-sajd għal Electrona carlsbergi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;
(b) is-sajd għal Euphausia superba fis-subżona tal-istatistika 48 tal-FAO u fis-subżoni tal-istatistika 58.4.2 u 58.4.1 tal-FAO.
3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 11
Sistema ta' rapportaġġ ta' kull 10 t'ijiem dwar il-qabda u l-isforz
1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta' rapportaġġ ta' kull 10 t'ijiem dwar il-qabda u l-isforz, kull xahar kalendarju għandu jkun diviż fi tlett perijodi tar-rapportaġġ, innominati bl-ittru A, B u C u li jibdew mill-jum wieħed sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 20 u mill-jum 21 sa l-aħħar jum tax-xahar.
2. Din is-sistema għandha tapplika għal:
(a) is-sajd għal Champsocephalus gunnari u Dissostichus eleginoides u speċje oħrajn ta' ibħra fondi fid-diviżjoni tal-istatistika 58.5.2 tal-FAO;
(a) is-sajd esploratorju għal klamari Martialia hyadesi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;
(ċ) is-sajd għal-granċi Paralomis spp. (l-ordni ta' Decapoda, subordni Repantia) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO, apparti milli dik operata matul l-ewwel fażi tal-iskema tas-sajd esploratorju CCAMLR għal dawk l-ispeċje u subżona.
3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 12
Sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz
1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta' rapportaġġ ta' kull ħamest ijiem dwar il-qabda u l-isforz, kull xahar kalendarju għandu jkun diviż f'sitt perijodi tar-rapportaġġ, innominati bl-ittru A, B, C, D, E u F u li jibdew mill-jum wieħed sal-jum 5, mill-jum 6 sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 15, mill-jum 16 sal-jum 20, mill-jum 21 sal-jum 25, u mill-jum 26 sa l-aħħar jum tax-xahar.
2. Din is-sistema għandha tkun applikabli għal kull staġun tas-sajd dwar:
(a) is-sajd għall-Champsocephalus gunnari fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO;
(b) is-sajd għall-Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO;
(ċ) għas-sajd eploratorju għall-Dissostichus eleginoides fiż-Żona kollha tal-Konvenzjoni, għal rettangoli ta' skala żgħir kif definiti fl-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 600/2004.
3. B'segwiment tan-notifika mill-CCAMLR ta' l-għeluq ta' sajd bil-każ ta' nuqqas li jkun trasmess ir-rapport tal-qabda u l-isforz referut f'dan l-Artikolu, id-dgħajjsa jew id-dgħajjes ikkonċernati għandhom jieqfu joperaw immedjetament mis-sajd f'dak il-każ u għandhom ikunu awtorizzati li jerġgħu jibdew bis-sajd biss meta r-rapport jew, skond kif xieraq, spjegazzjoni tad-diffikultajiet tekniċi li jkunu jiġġustifikaw in-nuqas tal-preżentazzjoni tar-rapport, ikunu ntbgħatu lejn il-CCAMLR.
4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
SEZZJONI 2
SISTEMI TA' RAPPORTAĠĠ TA' KULL XAHAR TA' DATA BI SKALA-ŻGĦIRA GĦAT-TKARKIR, KONZ TAX-XLIEF FIT-TUL U TA' SAJD BIN-NASES
Artikolu 13
Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data il-qabda u l-isforz
1. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità għandhom jitrasmettu lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li huma jtajjru il-bandiera tiegħu, għal kull staġun tas-sajd, sal-15 il-jum ta' xahar li jsegwi lill-dak li fih is-sajd ikun seħħ, data tal-qabda u l-isforz fuq skala żgħira għax-xahar ikkonċernat, rigward, skond kif xieraq, it-tkarkir, ix-xlief fit-tul jew is-sajd bin-nases, għal dawn l-ispeċje u ż-żoni li ġejjin:
(a) Champsocephalus gunnari fis-subdiviżjoni tal-istatistika 58.5.2 u fis-subżona 48.3 tal-FAO;
(b) Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 48.3 u 48.4 tal-FAO;
(ċ) Dissostichus eleginoides fis-subżoni tal-istatistika 58.5.2 tal-FAO;
(a) Electrona carlsbergi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;
(e) Martialia hyadesi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO;
(f) Paralomis spp. (l-ordni ta' Decapoda, subordni Repantia) fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO, apparti milli dik operata matul l-ewwel fażi tal-iskema tas-sajd esploratorju CCAMLR għal dawk l-ispeċje u subżona.
2. Fil-każ tas-sajd referut fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (f), id-data għandha tkun irraportata għal kull tqegħid ta' nases, u fil-każi l-oħrajn għal kull erfiegħ.
3. Il-qabdiet kollha tal-ispeċje immirati u dawk sekondarji għandhom ikunu irraportati għall-ispeċje individwali. Id-data għandha tinkludi in-numri ta' L-għasafar tal-baħar u mammali marini ta' kull speċje maqbuda u rilaxxati jew maqtula.
4. L-Istati Membri għandhom jittrażmetti d-data msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 lill-CCAMLR fit-tmiem ta’ kull xahar kalendarju, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.
5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 14
Sistema ta' rapportaġġ ta' kull xahar dwar id-data fuq skala bioloġika fina
1. Id-dgħajjes tal-Komunità għandhom jitrasmettU lejn l-awtoritajiet kompetneti tal-Istati Membri li huma jtajjru il-bandiera tagħhom, skond l-isteSs kondizzjonijiet u għal-istess tipi ta' sajd bħal dawk referuti fl-Artikolu 13, kampjuni repreżentattivi tal-kejl tat-tul u tal-komposizzjoni tal-ispeċje immirati u tal-ispeċje sekondarji miġbura waqt is-sajd.
2. Il-kejl tat-tul tal-ħut għandu jkun imqarreb l-isfel lejn l-eqreb ċentimetru u kampjuni rapreżentattivi tal-komposizzjoni tat-tul għandhom ikunu miġbura minn rettangoli fi gradilja singola bi skala irqieqa (0,5o latitudini bi 1o lonġitudini). Meta dgħajjsa tiċċaqqlaq minn rettangolu ta' skala żgħira lejn ieħor matul il-korsa ta' xahar, komposizzjonijiet separati tat-tul għandhom ikunu ippreżentati għal kull rettangolu.
3. Fil-każ ta' data li tikkonċerna t-tip ta' sajd referut fl-Artikolu 13(1)(d), kampjun rapreżentattiv għandu jinkludi mhux anqas minn 50 ħuta.
4. Fi tmiem kull xahar, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu n-notifika li jkunu rċevew lill-CCAMLR.
5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 15
L-għeluq tas-sajd fuq il-bażi ta' nuqqas li jkun ippreżentat rapport
Meta il-CCAMLR tinnotifika xi Stat Membru li s-sajd ikun ġie magħluq minħaba n-nuqqas li jkun ġie ippreżentat rapport kif hemm provediment dwar dan fl-Artikoli 13 u 14, l-Istat Membru kkonċernat għandu jassigura li d-dgħajjes tiegħu li jipparteċipaw f'dak it-tip ta' sajd għandhom jieqfu immedjetament mis-sajd tagħhom.
SEZZJONI 3
RAPPORTAĠĠ ANWALI TAL-QABDIET
Artikolu 16
Data tal-qabda totali
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-CCAMLR, sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, bil-qabdiet totali għas-sena preċedenti miġbura mid-dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tagħhom, imqassma skond id-dgħajsa, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.
2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 17
Data aggregata għas-sajd tal-krill
1. Id-dgħajjes tal-Komunità li jkunu ipparteċipaw fis-sajd għall-krill fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jitrasmettu, sa l-1 ta' Jannar ta' kull sena, lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu huma jtajjru il-bandiera, il-qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforsi għall-istaġun preċedenti tas-sajd.
2. L-Istati Membri għandhom jgħaqqdu d-data dwar qabdiet u sforzi ta’ skala żgħira b’rettangolu ta’ 10 × 10 mili nawtiċi u b’perijodu ta’ 10 t’ijiem, u jittrażmettu din id-data lill-CCAMLR sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.
3. Għall-iskopijiet tal-qabda fuq skala żgħira u d-data tal-isforż, ix-xahar kalendarju għandu jkun diviż fi tlett perijodi ta' rapportaġġ ta' 10 t'ijiem il-wieħed: mill-jum wieħed sal-jum 10, mill-jum 11 sal-jum 20 u mill-jum 21 sa l-aħħar tax-xahar. Dawn il-perijodi ta' rapportaġġ ta' 10 t'ijiem għandhom ikunu referuti bħala il-perijodi A, B u C.
4. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 18
Data tal-qabdiet tal-granċi fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO
1. Id-dgħajjes tas-sajd Komunitarji għas-sajd tal-granċi fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO, għandhom jittrażmettu lill-CCAMLR, sal-25 ta’ Settembru ta’ kull sena, id-data li tikkonċerna l-attivitajiet tas-sajd u tal-qabdiet tal-granċi li jkunu saru qabel il-31 ta’ Awwissu ta’ dik is-sena, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.
2. Id-data li tikkonċerna l-qabdiet mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena għandha tiġi trażmessa lill-CCAMLR fi żmien xahrejn mid-data ta’ l-għeluq tas-sajd, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni.
3. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 19
Qabdiet fuq skala żgħira u d-data tal-isforz għal sajd esploratorju tal-klamari fis-subżona tal-istatistika 48.3 tal-FAO.
1. Id-dgħajjes tas-sajd Komunitarji għas-sajd tal-klamari (Martialia hyadesi) fis-subżona statistika 48.3 tal-FAO għandhom jittrażmettu lill-CCAMLR, sal-25 ta’ Settembru ta’ kull sena, id-data dwar qabdiet u sforzi ta’ skala żgħira għal dak is-sajd, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni. Id-data għandha tinkludi n-numru ta’ għasafar tal-baħar u mammiferi marini maqbugħda u meħlusa jew maqtula.
2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
KAPITOLU IV
KONTROLL U SPEZZJONI
SEZZJONI 1
KONTROLL U SPEZZJONI FUQ IL-BAĦAR
Artikolu 20
Skop
Dan il-Kapitolu għandu jkun applikabbli għad-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità u għad-dgħajjes tas-sajd li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti oħra tal-Konvenzjoni.
Artikolu 21
L-ispetturi CCAMLR innominati mill-Istati Membri għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet fuq il-baħar
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-ispetturi CCAMLR li jistgħu ikunu abbord kwalunkwe dgħajjsa tad-sajd tal-Komunità, jew, b'arranġament ta' Parti Kontraenti oħra, abbord id-dgħajjsa ta' dan ta' l-aħħar, involuta fi jew li dalwaqt tkun involuta bil-ġbir tar-riżorsi marittimi ħajjin jew f'attivitajiet ta' riċerka xjentifika relatati mas-sajd tar-riżorsi fiż-żona tal-Konvenzjoni.
2. L-ispetturi CCAMLR għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' Parti Kontraenti apparti minn dik tal-Komunià jew ta' l-Istati Membri tagħha fiż-żona tal-Konvenzjoni dwar il-konformità mal-miżuri applikabli tal-konservazzjoni kif adottati mill-CCAMLR u, fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, dwar il-konformità ma kwalunkwe miżuri ta' konservazzjoni jew kontroll relatati mas-sajd tar-riżorsi li huma applikabli għal dawk id-dgħajjes.
3. L-ispetturi CCAMLR għandhom ikunu familjari ma l-attivitajiet tas-sajd u tar-riċerka xjentifika li dwarhom ikunu sejrin iwettqu l-ispezzjonijiet, id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni u tal-miżuri ta' konservazzjoni kif adottati permezz tagħha. L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw il-kwalifiki ta' kull spettur li huma jinnominaw.
4. L-ispetturi għandhom ikunu ċittadini tal-Istat Membru li jkun jinnominhom u, waqt li jwettqu l-attività tal-ispezzjonijiet, għandhom ikunu suġġetti solament għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru. Huma għandhom ikunu mogħtija l-istatus ta' uffiċjal tal-vapur sakemm ikunu abbord u għandhom ikunu kapaci li jikkomunikaw fil-lingwa tal-Istat tal-bandiera tad-dgħajjes li fuqhom iwettqu l-attivitajiet tagħhom.
5. Kull spettur CCAMLR għandu jkollu fuqu dokument ta' l-identità approvat jew ipprovdut mill-CCAMLR u maħruġ mill-Istat Membru li jkun wettaq in-nomina. Dak id-dokument għandu jindika li l-ispettur ikun ġie innominat li jwettaq l-ispezzjonijiet bi qbil mas-sistema ta' l-osservazzjoni u ta' l-ispezzjoni tal-CCAMLR.
6. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu l-ismijiet tal-ispetturi li huma jonnominaw, b'kopja lejn il-Kummissjoni, u lejn is-Segretarjat tal-CCAMLR fi żmien 14 il-jum min-nomina tagħhom.
7. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw bejniethom u mal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-sistema.
8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 22
Determinazzjoni ta' l-attivitajiet li jistgħu ikunu suġġetti għall-ispezzjoni
L-attivitajiet tar-riċerka u tal-ġbir ta' riżorsi marittimi ħajjin fiż-żona tal-Konvenzjoni jistgħu ikunu suġġetti għal spezzjoni. Dawk l-attivitajiet għandhom ikunu assumiti meta l-ispettur CCAMLR isib li l-attivitajiet ta' dgħajjsa tas-sajd ikunu jilħqu waħda jew aktar mill-erba' kriterji li ġejjin u meta ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kuntrarju ta' dan:
(a) l-apparat tas-sajd li jkun użat, jew li jkun reċentament ġie użat, jew li huwa lest għall-użu, inklużi:
(i) xbieki, konz jew nases li huma fil-baħar;
(ii) ix-xbieki tat-tkarkir u l-bibien ikunu imqabbda;
(iii) snanar bil-lixka, nases bil-lixka jew xi lixka diġa imdewba lesta għall-użu;
(iv) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika sajd reċenti jew sajd li sejjer jibda;
(b) ħut li jseħħ fiż-żona tal-Konvenzjoni bħala li jkun qiegħed jiġi ipproċessat jew li kien reċentament ipproċessat, inkluż:
(i) ħut frisk jew skart tal-ħut li jkun fl-istiva abbord;
(ii) ħut li jkun jiġi iffriżat;
(iii) informazzjoni operazzjonali jew tal-prodott li tkun disponibbli f'dan ir-rigward;
(ċ) apparat tas-sajd minn dgħajjsa li tkun tinstab fil-baħar, inkluż:
(i) apparat tas-sajd li jkollu il-marki tad-dgħajjsa;
(ii) apparat tas-sajd li jkun jaqbel ma dak li jkun abbord id-dgħajjsa;
(iii) ir-reġistru tat-tbaħħir jindika li dak l-apparat ikun fil-baħar;
(d) il-ħut (jew il-prodotti tagħhom) li jseħħu fiż-żona tal-Konvenzjoni li jkunu stvati abbord.
Artikolu 23
L-immarkar ta' dgħajjes li jkollhom l-ispetturi fuqhom
1. Id-dgħajjes li jkollhum fuqhom l-ispetturi CCAMLR għandhom itajjru bandiera jew bandiera tal-ponta speċjli li tkun approvata mill-CCAMLR sabiex tindika li l-ispetturi jkunu abbord u li jkunu jwettqu d-doveri ta' spezzjoni bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR.
2. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 24
Proċeduri ta' l-ispezzjoni fuq il-baħar
1. Kwalunwe dgħajjsa tal-Komunità li tkun preżenti fiż-żona tal-Konvenzjoni għall-iskop tal-ġbir jew tat-twettieq ta' riċerka xjentifika dwar il-miżuri marittimi ħajjin għandhom, meta jkunu mogħtija is-sinjal xieraq mill-Kodiċi Internazzjonali tas-Sinjali minn dgħajjsa li jkollha abbord spettur CCAMLR, bi qbil ma l-Artikolu 23, li tieqaf jew li tieħu tali azzjonijiet bħal ma huma meħtieġa ħalli tiffaċilita it-trasferiment b'sigurtà u mħaffef tal-ispettur lejn id-dgħajjsa, apparti milli minn meta d-dgħajjsa tkun attivitament twettaq l-operazzjonijiet tal-ġbir, f'liema każ għandha tagħmel hekk malli jkun possibbli.
2. Il-kaptan tad-dgħajjsa għandu jippermetti lill-ispettur, li jista jkun akkumpanjat minn assissitenti, li jitla abbord id-dgħajjsa. Abbord id-dgħajjsa, l-ispettur għandu jippreżenta id-dokument referut fl-Artikolu 21(5). L-ispetturi għandhom ikunu ipprovduti mill-kaptan tad-dgħajjsa bl-għajnuna xierqa għat-twettieq tad-doveri tagħhom, inkluż l-aċċess skond kif meħtieġ għas-sistema tal-komunikazzjonijiet.
3. L-ispezzjoni għandha tkun imwettqa hekk li d-dgħajjsa tkun suġġetta għall-inqas interferenza u inkonvenjenza possibbli. Inkjesti għandhom ikunu limitati għall-aċċertar tal-fatti b'relazzjoni mal-konformità tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu applikabbli għall-Istat tal-bandiera ikkonċernat.
4. L-ispetturi għandhom ikollhom l-awtorità li jispezzjonaw il-qabdiet, ix-xbieki u l-apparat l-ieħor tas-sajd kif ukoll il-ġbir u l-attivitajiet xjentifiċi tar-riċerka, u għandhom ikollhom aċċess għar-reġistri u r-rapporti tal-qabda u tal-lokazzjoni sa kemm dan ikun meħtieġ għat-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom. L-ispetturi jistgħu jiġbdu ritratti u/jew video skond ma jkun meħtieġ sabiex jiddokumentaw xi ksur allegat tal-miżuri tal-konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ.
5. L-ispetturi CCAMLR għandhom iwaħħlu marka ta' l-identifikazzjoni approvata mill-CCAMLR ma kwalinkwe xikba jew apparat ieħor tas-sajd li jidher li jkun ġie użat bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li jkunu fis-seħħ. Huma għandhom jirreġistraw dan il-fatt fir-rapport referut fl-Artikolu 25(3) u (4).
6. Jekk dgħajjsa tiċħad li tieqaf jew li b'mod ieħor tiċħad milli tiffaċilita t-trasferimnt ta' spettur, jew jekk il-kaptan jew l-ekwipaġġ ta' dgħajjsa jindaħlu fl-attivitajiet awtorizzati ta' l-ispettur, l-ispettur involut għandu jħejji rapport dettaljat, inkluża deskrizzjoni sħiħa taċ-ċirkostanzi kollha, u jibgħat dak ir-rapport lill-Istat li jkun innominah sabiex ikun trasmess bi qbil mad-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 25.
Interferenza ma spettur jew in-nuqas ta' konformità ma talbiet raġjonevoli li jitressqu mill-ispettur fit-twettieq tad-doveri tiegħu għandhom ikunu ittratti mill-Istat Membru tal-bandiera bħalli kieku dak l-ispettur ikun spettur ta' dak l-Istat Membru.
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jressaq rapport dwar l-azzjonijiet meħuda permezz ta' dan il-paragrafu bi qbil ma l-Artikolu 26.
7. Qabel ma jħalli d-dgħajjsa li fuqha tkun twettqet l-ispezzjoni, l-ispettur CCMALR għandu jagħti lill-Kaptan ta' dik id-dgħajjsa kopja tar-rapport komplut tal-ispezzjoni referut fl-Artikolu 25.
8. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 25
Rapport tal-ispezzjoni
1. L-ispezzjonijiet fuq il-baħar imwettqa bi qbil ma l-Artikolu 24 għandhom ikunu suġġetti għal rapport tal-ispezzjoni fil-għamla approvata mill-CCMALR, li jkun imħejji kif ġej:
(a) L-ispetturi CCAMLR għandhom iressqu rapport dwar xi allegat ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu fis-seħħ. L-ispetturi għandhom jippermettu lill-Kaptan tad-dgħajjsa li fuqa ikun titwettaq l-ispezzjoni sabiex jikkumenta, fuq il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni, dwar xi aspett tal-ispezzjoni;
(b) l-ispetturi għandhom jiffirmaw il-formula tar-rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tad-dgħajjsa spezzjonata għandu jkun mistieden li jiffirma r-rapport tal-ispezzjoni sabiex jikkonferma li jkun irċieva kopja tar-rapport.
2. L-ispettur CCAMLR għandu jipprovdi kopja tal-formola tal-ispezzjoni flimkien mar-ritratti u l-video lejn l-Istat Membru li jkun innominaħ, mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tar-ritorn tiegħu lejn port.
3. L-Istat Membru tan-nomina għandu jitrasmetti kopja tal-formola tal-ispezzjoni mhux aktar tard minn 15 il-jum mid-data tal-wasla tiegħu, flimkien ma żewġ kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-CCAMLR.
L-Istat Membru għandu wkoll jitrasmetti kopja waħda tar-rapport flimkien mal-kopji tar-ritratti u tal-video lejn il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sebat ijiem mid-data tal-wassla tiegħu flimkien ma xi rapport supplementari dwar l-informazzjoni trasmessa sussegwentament lejn il-CCAMLR rigward ir-rapport tal-ispezzjoni.
4. Xi Stat Membru li jirċievi rapport tal-ispezzjoni jew xi rapporti jew informazzjoni supplementari, inklużi rapport permezz ta' l-Artikolu 24(6), li jikkonċernaw dgħajjsa li ittajjar il-bandiera tiegħu għandu jitrasmetti kopja lejn il-CCMALR u għandu wkoll jitrasmetti kopja mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni, u jinkludi kopja ta' xi kummenti u/jew osservazzjonijiet li setgħu kienu trasmessi lejn il-CCAMLR b'segwiment tal-wassla ta' tali rapporti jew informazzjoni.
5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 26
Proċedura ta' ksur (tal-miżuri)
1. Meta bħala risultat ta' l-attivitajiet tal-ispezzjoni mwettqa bi qbil mas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR, ikun hemm evidenza ta' ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li miżuri xierqa jkunu meħuda kontra il-persuni naturali jew legali responsabbli għall-ksur tal-miżuri adottati permezz tal-Konvenzjoni bi qbil ma l-Artikolu 25 tar-Regolament tal Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi sostenibbli ta' l-esplojtazzjoni tal-ħut permezz tal-Istrateġija Komuni tas-Sajd ( 11 ).
2. L-Istat Membru tal-bandiera għandu, fi żmien 14 il-jum mid-data ta' meta jkunu tressqu l-akkużi jew tal-bidu tal-proċedimenti li jirrigwardjaw prosekuzzjoni, jinforma lil-CCAMLR u lill-Kummissjoni, u jżommhom informati bil-progress tal-proċedimenti u ta' l-eżitu tagħhom.
3. L-Istat Membru tal-bandiera għandu mill-anqas darba fis-sena jgħaddi rapport bil-miktub lejn il-CCAMLR, dwar l-eżitu tal-proċedimenti referuti fil-paragrafu 1 u tal-penali imposti. Jekk il-proċedimenti ma jkunux ġew finalizzati, għandu jsir rapport tal-progress. Meta il-proċedimenti ma jkunux ġew mibdija, jew inkella ma kienu itterminati b'suċċess, ir-rapport għandu jkun fih spjegazzjoni. L-Istat Membru tal-Bandiera għandu jitrasmetti kopja tar-rapport lejn il-Kummissjoni.
4. Il-penali hemm provvediment dwarhom mill-Istat Membru tal-bandiera fir-rigward tal-ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR għandhom ikunu suffiċċjentament severi sabiex jassiguraw konformità ma dawk il-miżuri u li jiskoraġixxu il-ksur, u għandhom iċaħħdu lil min jgħamel l-offiża minn xi benefiċċju ekonomiku li jkun akkumula mill-attivitajiet illegati tagħhom.
5. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jassigura li kwalunkwe mid-dgħajjes tiegħu li jkunu nstabu li jkunu kissru xi miżura ta' konservazzjoni CCAMLR ma jwettqux operazzjonijiet tas-sajd ġewwa ż-żona tal-Konvenzjoni sakemm dawn ikunu wettqu il-penali imposti.
6. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 26a
Rappurtar ta’ avvistamenti ta’ dgħajjes
1. Fil-każ li l-kaptan ta’ bastiment tas-sajd liċenzjat jilmaħ bastiment tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni, il-kaptan għandu, fejn ikun possibbli, jirreġistra kemm jista’ jkun informazzjoni dwar kull avvistament bħal dan, inklużi:
(a) l-isem u d-deskrizzjoni tad-dgħajsa;
(b) il-kodiċi tar-radju tad-dgħajsa;
(ċ) in-numru ta’ reġistrazzjoni u n-numru Lloyds/IMO tad-dgħajsa;
(d) l-istat tal-bandiera tad-dgħajsa;
(e) ritratti tad-dgħajsa b’appoġġ għar-rapport;
(f) kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra dwar l-attivitajiet osservati tad-dgħajsa avvistata.
2. Il-kaptan għandu jibgħat, malajr kemm jista’ jkun, rapport bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Istat tal-bandiera tiegħu. L-Istat tal-Bandiera għandu jressaq kwalunkwe rapporti bħal dawn lis-Segretarjat tal-CCAMLR jekk id-dgħajsa avvistata tkun involuta f’attivitajiet IUU skond l-istandards tal-CCAMLR.
SEZZJONI 2
KONTROLL U SPEZZJONI FIL-PORT
Artikolu 27
Kontroll u spezzjoni fil-port
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni fuq id-dgħajjes kollha tas-sajd li jkunu jġorru Dissostichus spp., li jidħlu fil-portijiet tagħhom.
L-ispezzjonijiet għandhom ifittxu li jistabbilixxu li:
(a) il-qabda li tkun ġiet maħtuta jew li tkun għaddiet minn trasbord:
(i) tkun akkumpanjata bid-dokument tal-qabda tal-Dissostichus spp., meħtieġ permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi l-iskema tad-dokumentazzji tal-qabda għall-Dissostichus spp. ( 12 ); u
(ii) li jkun jikkorrespondi ma l-informazzjoni li tkun tinsab fid-dokument;
(b) meta d-dgħajjsa tkun involuta fl-attivitajiet tal-ġbir fiż-żona tal-Konvenzjoni, li dawn ikunu b'konformità mal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.
2. Sabiex ikunu faċilitati l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu li d-dgħajjes ikkonċernati jipprovdu avviż bil-quddiem tad-dħul tagħhom fil-port u li jiddikjaraw bil-kitba li huma kienux involuti fi, jew li appoġġjaw attivitajiet illegali, mhux regolati jew mhux rapporti tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni. Dhul fil-port għandu jkun miċħud, apparti milli fil-każ ta' emerġenzi, lid-dgħajjsa li tonqos milli tiddikjara li hija ma kienetx ħadet parti f'attivitajiet illegali, mhux regolati u mhux rapportati tas-sajd jew li tonqos milli tagħmel dikjarazzjoni.
Fil-każ ta' dgħajjes awtorizzati li jidħlu fil-port, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru għandhom iwettqu l-ispezzjonijiet tagħhom malajr kemm jista jkun possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa minn wara d-daħla fil-port.
L-ispezzjonijiet m'għandhom jimponu l-ebda piżijiet mhux meħtieġa fuq id-dgħajjsa jew l-ekwipaġġ tagħha, u għandhom ikunu iggwidati bid-disposizzjonijiet relevanti tas-sistema tal-ispezzjoni CCAMLR.
3. Meta jkun hemm evidenza li dgħajjsa tkun stadet bi ksur tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR, l-awtoritajiet kompetenti fil-port tal-Istat Membru m'għandhomx jawtorizzaw il-ħatt jew it-trasbord tal-qabda.
Il-port tal-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Istat tal-bandiera bis-sejbiet tiegħu u għandu jikkopera fit-twettieq tal-investigazzjoni fl-allegat ksur u, meta xieraq, fl-imposizzjoni tal-penali li hemm provvediment dwarhom permezz tal-liġi nazzjonali.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-CCAMLR fl-opportunità l-aktar kmieni possibbli b'xi dgħajjsa referuta fil-paragrafu 1 li lilha aċċess għall-port jew għall-awtorizzazzjoni tal-ħatt jew tat-trasbord ta' Dissostichus spp., tkun ġiet miċħuda. L-Istati Membri għandhom jitrasmettu kopja ta' dik l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni.
5. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 37(2).
KAPITOLU V
DGĦAJJES INVOLUTI F'SAJD ILLEGALI, MHUX REGOLAT U MHUX RAPPORTAT (IUU) FIŻ-ŻONA TAL-KONVENZJONI
SEZZJONI 1
DGĦAJJES TAL-PARTIJIET KONTRAENTI
Artikolu 28
Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet Kontraenti
1. Għall-finijiet ta’ din it-taqsima, bastiment ta’ Parti Kontraenti jista’ jitqies li jkun wettaq attivitajiet IUU bi ħsara għall-effikaċja tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR meta dan ikun:
(a) involut f’attivitajiet ta’ sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni mingħajr il-permess speċjali tas-sajd imsemmi fl-Artikolu 3 jew, fil-każ ta’ bastiment li ma jkunx bastiment tas-sajd Komunitarju, liċenzja maħruġa skond il-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR rilevanti, jew bi vjolazzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ tali permess jew liċenzja;
(b) ikun naqas milli jirreġistra jew jiddikjara l-qabdiet tiegħu magħmula fiż-żona tal-Konvenzjoni b’konformità mas-sistema tar-rapportar applikabbli għas-sajd li sar, jew li jkun għamel dikjarazzjonijiet foloz;
(ċ) stad matul perijodi magħluqin tas-sajd jew f’żoni magħluqin b’kontravenzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR;
(d) uża tagħmir pprojbit b’kontravenzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR applikabbli;
(e) wettaq trasbord jew ipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti ta’ sajd ma’, appoġġa jew forna mill-ġdid dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU tal-CCAMLR;
(f) naqas li jipprovdi dokument validu għall-qbid għad-Dissostichus spp. fejn meħtieġ skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1035/2001;
(g) wettaq attivitajiet ta’ sajd kuntrarji għal kwalunkwe miżura oħra ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR b’mod li jagħmel ħsara għall-ilħuq ta’ l-għanijiet tal-Konvenzjoni kif stabbiliti fl-Artikolu XXII tal-Konvenzjoni; jew
(h) wettaq attivitajiet ta’ sajd f’ibħra maġenb gżejjer fiż-żona tal-Konvenzjoni li fuqhom l-eżistenza ta’ sovranità ta’ l-Istat hija rikonoxxuta mill-Partijiet Kontraenti kollha b’mod li jagħmel ħsara għall-ilħuq ta’ l-għanijiet tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR.
2. Fil-każ ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità, referenzi għall-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR fil-paragrafu 1 għandhom jinfthiemu bħala referenzi għad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 600/2004, id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1035/2001, jew id-disposizzjonijiet tar-Regolament li jiffissa għal kull sena l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut jew gruppi ta' ħut, applikabbli fl-ibħra tal-Komunità u, għal dgħajjes tal-Komunità, fl-ibħra ta' fejn limitazzjonijiet tal-qabda huma meħtieġa, li jimplementaw tali miżuri.
Artikolu 29
Identifikazzjoni ta' dgħajjes involuti fl-attivitajiet IUU
1. L-Istati Membri li jakkwistaw informazzjoni dokumentata kif xieraq rigward dgħajjes li jidħlu taħt waħda jew aktar mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 28, fuq il-bażi, inter alia, ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 19 sa 26, għandhom jitrasmettu din l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-20 ta' April, tas-sena li ssegwi lill-dik li fiha l-attivitajiet dokumentati tad-dgħajjsa jkunu seħħew.
Il-Kummissjoni għandha immedjetament, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April, titrasmetti lejn il-CCAMLR, l-informazzjoni li tkun irċievit minn għand l-Istati Membri.
2. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn l-Istati Membri, immedjetament mal-wassla minn għand il-CCAMLR, l-abbozz tal-lista tad-dgħajjes ta' Parti Kontraenti li jkunu presunti bħala li jkunu wettqu attivitajiet IUU.
L-Istat Membru jew l-Istati Membri li d-dgħajjes tagħhom jidhru bl-abozz tal-lista għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju, il-kummenti tagħhom, skond kif xieraq, inkluża data VMS verifikabbli, u xi informazzjoni oħra bħala appoġġ li turi li d-dgħajjes elenkati ma kienux involuti fl-attivitajiet tas-sajd b'kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR, u l-anqas ma kellhom il-possibbiltà li jkunu nvoluti fl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti tali kummenti u l-informazzjoni supplementarja lejn il-CCAMLR sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju.
3. Mal-wassla ta' l-abozz tal-lista referuta fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw mill-qrib id-dgħajjes elenkati sabiex jintraċċaw l-attivitajiet tagħhom u jiskopru xi kambjament possibbli fl-isem, fil-bandiera jew fil-patronanza tagħhom.
4. Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lejn l-Istati Membri, immedjetament mal-wassla minn għand il-CCAMLR, il-lista tad-dgħajjes ta' Parti Kontraenti li jidhru fil-lista proviżorja ta' dgħajjes IUU. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lejn il-Kummissjoni kwalunkwe kummenti jew informazzjoni addizzjonali rigward id-dgħajjes elenkati, mill-anqas xharejn bil-quddiem tal-Laqgħa Annwali tal-CCAMLR li tkun tmiss. Il-Kummissjoni għandha immedjetament titrasmetti tali kummenti u informazzjoni addizzjonali lejn il-CCAMLR.
5. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri ta' kull sena bil-lista ta' dgħajjes IUU li tkun adottata mill-CCAMLR.
Artikolu 30
Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti Kontraenti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa skond il-liġi nazzjonali u Komunitarja, sabiex:
(a) l-ebda permess speċjali ta’ sajd kif imsemmi fl-Artikolu 3 ma jinħareġ lid-dgħajjes tas-sajd Komunitarji li jkunu jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU sabiex jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni;
(b) l-ebda liċenzja jew permess speċjali ta’ sajd ma jinħareġ lid-dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU sabiex jistadu fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom;
(ċ) il-bandiera tagħhom ma tingħatax lid-dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU;
(d) dgħajjes li jidhru fil-lista IUU għandhom jiġu pprojbiti aċċess għall-portijiet minbarra għall-iskop ta’ azzjoni ta’ infurzar jew għal raġunijiet ta’ forza maġġuri jew sabiex tingħata assistenza lil dgħajjes jew persuni fuq dawk id-dgħajjes fil-perikolu jew f’diffikulta. Dgħajjes permessi li jidħlu fil-port għandhom jiġu ispezzjonati skond l-Artikolu 27;
(e) meta l-aċċess għall-port jingħata lil tali dgħajjes:
(i) id-dokumentazzjoni u informazzjoni oħra, inkluż id-Dokumenti dwar il-Qabda tad-Dissostichus fejn rivelanti, huma eżaminati, bil-ħsieb li tiġi vverifikata ż-żona li fih saret il-qabda; u meta l-oriġini ma tkunx tista’ tiġi vverifikata adegwatament, il-qabda tinżamm jew kwalunkwe ħatt jew trasbord tal-qabda huwa rifjutat, u
(ii) fejn possibbli,
— fil-każ li jinstab li l-qabda ttieħdet bi ksur tal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR, il-qabda tiġi konfiskata;
— l-appoġġ kollu għal tali dgħajjes, inklużi r-riforniment ta’ karburant mhux ta’ emerġenza, ir-riforniment ta’ provvisti u t-tiswijiet, huwa pprojbit;
(f) l-importaturi, it-trasportaturi, u s-setturi l-oħra kkonċernati huma mħeġġa sabiex joqgħodu lura milli jittrattaw ma’ u minn trasbord ta’ ħut maqbud minn dgħajjes fil-lista tad-dgħajjes IUU.
2. L-attivitajiet li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti
(a) b’deroga mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) 2847/93, għal dgħajjes tas-sajd Komunitarji, għal dgħajjes ta’ appoġġ, għal dgħajjes ta’ riforniment tal-karburant, għal dgħajjes prinċipali ta’ flotta u għal bastimenti tal-merkanzija, li jipparteċipaw bi kwalunkwe mod fi trasbord jew f’operazzjonijiet konġunti ta’ sajd ma’, jappoġġaw jew ifornu mill-ġdid dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU;
(b) il-kiri ta’ dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU;
(ċ) l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew l-esportazzjoni mill-ġdid tad-Dissostichus spp. minn dgħajjes li jidhru fil-lista tad-dgħajjes IUU.
3. L-Istati Membri m'għandhomx jivvalidaw id-dokumenti ta' l-esportazzjoni jew ta' l-esportazzjoni mill-ġdid li jkunu jakkumpanjaw konsenja ta' Dissostichus spp., permezz tad-disposizzjonijiet relevanti tar-Regolament (KE) 1035/2001 meta il-konsenja ikkonċernata tkun ġiet dikkjarata bħala li kienet inqabdet minn xi dgħajjsa inkluża fil-lista ta' dgħajjes IUU.
4. Il-Kummissjoni għandha tiġbor u twettaq skambju mal-Partijiet Kontraenti l-oħrajn jew mal-Partijiet mhux-Kontraenti li jikkoperaw, ma l-entitajiet jew l-entitajiet tas-sajd, kwalunkwe informazzjoni xierqa li tkun ġiet dokumentata sewwa, bil-għan tas-sejbien, tal-kontroll u tal-prevenzjoni ta' l-użu ta' ċertifikati foloz ta' l-importazzjoni/esportazzjoni rigward il-ħut minn dgħajjes li jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU.
SEZZJONI 2
DGĦAJJES TAL-PARTIJIET MHUX-KONTRAENTI
Artikolu 31
Skema għall-promozzjoni tal-konformità miċ-ċittadini mal-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR
1. Mingħajr preġudizzju għall-prevalenza tar-responsabbiltà ta’ l-Istat tal-Bandiera, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, suġġetti għal u f’konformità mal-liġijiet u r-regoli applikabbli tagħhom, ta’:
(a) biex jivverifikaw jekk kwalunkwe persuna fiżika jew legali suġġetta għall-ġurisdizzjoni tagħhom hija nvoluta fl-attivitajiet IUU kif deskritti fl-Artikolu 28;
(b) jieħdu azzjoni xierqa b’rispons għal kwalunkwe attività vverifikata msemmija f’punt 1(a); u
(ċ) jikkoperaw għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri u l-azzjonijiet imsemmija f’punt 1(a). Għal dan il-għan, l-aġenziji rilevanti ta’ l-Istati Membri jistgħu jikkoperaw sabiex jimplimentaw il-miżuri ta’ konservazzjoni tal-CCAMLR u jistgħu jfittxu koperazzjoni mill-industriji fil-ġurisdizzjoni tagħhom.
2. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapporti lis-Segretarjat tal-CCAMLR u l-Partijiet Kontraenti u l-Partijiet Mhux Kontraenti li qed jikkoperaw mal-CCAMLR, għall-iskop ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Iskema ta’ Dokumentazzjoni tal-Qabda għad-Dissostichus spp., fuq l-azzjonijiet u l-miżuri meħuda skond paragrafu 1, f’waqthom, b’kopja tintbagħat lill-Kummissjoni, sabiex jassistu fl-implimentazzjoni ta’ din il-miżura ta’ konservazzjoni.
Artikolu 32
Attivitajiet IUU mwettqa minn dgħajjes tal-Partijiet mhux-Kontraenti
1. Dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun dehret involuta f'attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni jew li tkun ġiet miċħuda aċċess għall-port, ħatt jew trasbord bi qbil ma l-Artikolu 27 għandha tkun preżunta li tkun wettqet attivitajiet IUU li jkunu imminaw l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR.
2. Fil-każ ta' attivitajiet ta' trasbord ġeww fil, jew il-barra mil, żona tal-Konvenzjoni, li jinvolvu l-parteċipazzjoni ta' dgħajjsa misjuba ta' Parti mhux-Kontraenti, il-preżunzjoni li l-effettività tal-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR ikunu ġew imminati għandha tkun tapplika wkoll għal xi dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti li tkun involuta f'dawk l-attivitajiet ma dik id-dgħajjsa.
Artikolu 33
Spezzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti
1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kull dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontraenti kif referuta fl-Artikolu 32 li tidħol fil-portijiet tagħhom tkun spezzjonata mill-awtoritajiet kompetenti bi qbil ma l-Artikolu 27.
2. Id-dgħajjes spezzjonati bis-saħħa tal-paragrafu 1 m'għandhomx ikunu mħollija li jħottu jew li jagħmlu trasbord ta' xi speċje ta' ħut li huma suġġetti għall-miżuri ta' konservazzjoni CCAMLR li huma jistgħu ikollhom abbord apparti minn meta d-dgħajjsa tistabbilixxi li l-ħut kien inqabad b'konformità ma tali miżuri u mal-ħtiġiet permezz tal-Konvenzjoni.
Artikolu 34
Informazzjoni dwar dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti
1. Stat Membru li jiskopri dgħajjsa ta' Parti mhux-Kontreanti jew jiċħah li jħalliha tidħol fil-port, li tħott jew li tagħmel trasbord permezz ta' l-Artikoli 32 u 33 għandu jagħmel sforz sabiex jinforma lid-dgħajjsa li hija tkun assumita bħala li tkun imminat l-għan tal-Konvenzjoni u li din l-informazzjoni sejra tkun trasmessa lejn il-Partijiet Kontraenti kollha, lejn il-CCAMLR u lejn l-Istat tal-bandiera tad-dgħajjsa.
2. L-Istati Membri għandhom immedjetament jitrasmettu lejn il-Kummissjoni l-informazzjoni li tirrigwarja is-sejbien, iċ-ċaħda tad-dħul fil-port, il-ħatt jew it-trasbord, u tar-riżultati ta' l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fil-portijiet tagħhom, u ta' xi azzjoni sussegwenti li huma jkunu ħadu fir-rigward tad-dgħajjsa ikkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti dik l-informazzjoni immedjetament lejn il-CCAMLR.
3. L-Istati Membri jistgħu fi kwalunkwe waqt jippreżentaw lill-Kummissjoni għal trasmissjoni immedjata lejn il-CCMALR b'xi informazzjoni addizzjonali, li tista tkun relevanti għall-identifikazzjoni ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti li tista tkun twettaq attivitajiet IUU tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri ta' kull sena bid-dgħajjes tal-Parti mhux-Kontreanti li jkunu jidhru fil-lista ta' dgħajjes IUU adottata mill-CCAMLR.
Artikolu 35
Miżuri fir-rigward ta' dgħajjes ta' Parti mhux-Kontraenti
L-Artikoli 30(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dgħajjew ta' Parti mhux-Kontraenti elenkati fil-lista ta' dgħajjes IUU referuta fl-Artikolu 34(4).
KAPITOLU VI
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 36
L-Implimentazzjoni
Il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu implimentati l-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 21, 23, 24, 25, 26, u 27 għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 37(2).
Artikolu 37
Proċedura tal-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit permezz ta' l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala xahar wieħed.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.
Artikolu 38
Tħassir
1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 3943/1990, (KE) Nru 66/98, u (KE) Nru 1721/1999 huma b'dan imħassra.
2. Ir-Referenzi magħmula għar-Regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Opinjoni mogħtija fil-16.12.2003 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) ĠU L 252, tal-5.9.1981, p. 26.
( 3 ) ĠU L 261, ta' l-20.10.1993, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1954/2003 (ĠU L 289, tas-7.11.2003, p. 1).
( 4 ) ĠU L 379, tal-31.12.1990, p. 45.
( 5 ) ĠU L 6, ta' l-10.1.1998, p.1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2742/1999 (ĠU L 341, tal-31.12.1999, p. 1).
( 6 ) ĠU L 203, tat-3.8.1999, p. 14.
( 7 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 8 ) ĠU L 171, tas-6.7.1994, p. 7.
( 9 ) ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 27. Ir-Regolament kif imħassar bir-Regolament (KE) Nru 26/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 25).
( 10 ) Ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 11 ) ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.
( 12 ) ĠU L 145, tal-31.05.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 669/2003 (ĠU L 97, tal-15.4.2003, p. 1).