|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2606 |
19.12.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2606
tat-18 ta’ Diċembru 2025
li jistabbilixxi l-format tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b’appoġġ għall-mobbiltà b’emissjonijiet baxxi (1), b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tagħha,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw rapporti dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ dik id-Direttiva. Dawn ir-rapporti jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar: i) l-għadd u l-kategoriji ta’ vetturi koperti mill-kuntratti tal-akkwist pubbliku fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva; ii) il-miżuri meħuda biex tiġi implimentata d-Direttiva; u iii) l-attivitajiet ta’ implimentazzjoni futuri. Jenħtieġ li jipprovdu wkoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis li tkun rilevanti. L-ewwel rapport ta’ dan it-tip jenħtieġ li jiġi ppreżentat sat-18 ta’ April 2026 u jenħtieġ li jkopri informazzjoni relatata mal-ewwel perjodu ta’ referenza, mit-2 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2025. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 10(6) tad-Direttiva 2009/33/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format ta’ dawn ir-rapporti li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2009/33/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom billi twettaq l-estrazzjoni tad-data rilevanti mill-avviżi tal-kuntratti ppubblikati fil-bażi tad-data Tenders Electronic Daily, kif ukoll billi tiġbor u tippubblika l-informazzjoni rilevanti dwar il-kuntratti tal-akkwist pubbliku fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. |
|
(4) |
Minn Frar 2024, sistema ġdida għall-kodifikazzjoni tal-kuntratti tal-akkwist pubbliku permezz tal-Formoli elettroniċi ssostitwiet is-sistema preċedenti ta’ avviżi fil-qafas tal-bażi tad-data Tenders Electronic Daily. Is-sistema l-ġdida tippermetti l-kodifikazzjoni ddedikata u l-estrazzjoni awtomatika tad-data rilevanti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE. Il-Kummissjoni wettqet l-estrazzjoni mill-bażi tad-data Tenders Electronic Daily tal-informazzjoni kollha mill-avviżi rilevanti fil-qafas tas-sistema preċedenti ta’ avviżi. Il-Kummissjoni qasmet din l-informazzjoni mal-Istati Membri permezz tal-Kumitat dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE, li jridu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 10(2) ta’ dik id-Direttiva.
Il-mudell huwa stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/33/oj.
ANNESS
MUDELL GĦAR-RAPPORTAR DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 2009/33/KE
1. Struttura istituzzjonali u traspożizzjoni
Din it-taqsima trid tipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-rwol u l-kompetenzi ta’ korpi pubbliċi differenti fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE, u tispjega kif l-isforz ġie kondiviż fl-Istat Membru.
1.1. Awtorità responsabbli għat-traspożizzjoni u għall-implimentazzjoni tad-Direttiva
L-awtoritajiet pubbliċi ewlenin inkarigati biex jiżguraw li d-Direttiva tiġi implimentata fil-livell nazzjonali (eż. il-Ministeru għat-trasport, il-Ministeru għall-ekonomija) iridu jiġu elenkati f’din it-taqsima. Jekk il-kompetenzi jiġu kondiviżi bejn il-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, dan jista’ jiġi spjegat hawnhekk.
1.2. Miri minimi għall-akkwist u l-kondiviżjoni tal-isforzi fl-Istat Membru
Din it-taqsima trid tippreżenta kif il-miri minimi għall-akkwist stabbiliti fl-Artikolu 5 u fl-Anness I tad-Direttiva 2009/33/KE jiġu implimentati fl-Istat Membru. B’mod partikolari, l-Istati Membri jridu jindikaw jekk il-miri minimi għall-akkwist ġewx applikati permezz ta’: i) l-użu tal-istess livell ta’ ambizzjoni għall-awtoritajiet kontraenti u għall-entitajiet kontraenti kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva; jew ii) l-istabbiliment ta’ livelli differenti ta’ ambizzjoni għal diversi awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti. Fil-każ tal-aħħar, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni qasira dwar kif ġew stabbiliti l-miri differenti.
1.3. Eżenzjonijiet nazzjonali
Din it-taqsima se tindika jekk l-Istat Membru użax eżenzjonijiet nazzjonali għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ vetturi elenkati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/33/KE.
2. Data kwantitattiva mill-bażi tad-data Tender Electronic Daily (TED) u mill-Formoli elettroniċi
Id-data dwar l-għadd u l-kategoriji ta’ vetturi koperti mill-kuntratti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/33/KE — miġbura u ppubblikata mill-Kummissjoni permezz tal-estrazzjoni tad-data rilevanti mill-avviżi tal-għoti tal-kuntratti ppubblikati fuq it-TED — trid tiġi ppreżentata mill-Istati Membri f’din it-taqsima jekk jużaw xi ħaġa minn dik id-data għal dan ir-rapport. L-Istati Membri li jiddependu b’mod esklużiv fuq sistemi nazzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar, mingħajr ma jintegraw id-data mill-bażi tad-data tat-TED, jistgħu jħallu din it-taqsima vojta.
Għall-ewwel perjodu ta’ referenza, il-Kummissjoni twettaq l-estrazzjoni u tippubblika d-data separatament għall-avviżi kkodifikati fit-TED sal-31 ta’ Diċembru 2023 bl-użu tal-format ta’ rapportar preċedenti, u għal dawk ikkodifikati mill-1 ta’ Jannar 2024 bl-użu tal-Formoli elettroniċi attwali. Dik id-data trid tiġi inkluża separatament fit-Tabelli 1a u 1b, rispettivament; fit-Tabella 1b (l-avviżi kkodifikati bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-31 ta’ Diċembru 2025), l-Istati Membri jistgħu jikkodifikaw id-data estratta mill-Kummissjoni jew jużaw id-data estratta minnhom direttament mill-bażi tad-data. Madankollu, id-data inkluża f’din it-tabella għandha tiġi mill-bażi tad-data tat-TED u mill-Formoli elettroniċi, u mhux minn sistemi nazzjonali separati ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar. It-Tabella 1 irid ikun fiha l-għadd totali għall-perjodu kollu, miksub biż-żieda tan-numri fiċ-ċelloli korrispondenti fit-Tabella 1a u 1b.
Għall-perjodi ta’ referenza sussegwenti, trid tintuża biss it-Tabella 1. Il-Kummissjoni se tiġbor id-data għall-perjodu kollu bl-istess format (Formoli elettroniċi), u dik id-data trid tiġi inkluża direttament fit-Tabella 1.
Fit-tielet kolonna tat-Tabelli 1, 1a u 1b, l-Istati Membri jridu jindikaw liema sehem mill-avviżi inklużi fit-tabella rispettiva jipprovdu l-informazzjoni sħiħa meħtieġa għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar tad-Direttiva 2009/33, jiġifieri t-tip ta’ vetturi, il-kategorija tagħhom, u jekk dawn humiex vetturi nodfa f’konformità mal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva, diment li tali informazzjoni tkun disponibbli (1).
Tabella 1
Data aggregata mill-bażi tad-data tat-TED u mill-Formoli elettroniċi, li tkopri l-perjodu ta’ referenza kollu
|
Tip ta’ vettura |
Għadd ta’ avviżi |
Sehem ta’ avviżi li jipprovdu informazzjoni sħiħa (jekk disponibbli) |
Għadd totali ta’ vetturi |
Għadd ta’ vetturi nodfa |
Sehem ta’ vetturi nodfa |
(għall-karozzi tal-linja biss) Għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
(għall-karozzi tal-linja biss) Sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
|
Vetturi light-duty |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Trakkijiet |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Karozzi tal-linja |
|
|
|
|
|
|
|
|
Informazzjoni addizzjonali |
L-Istati Membri jistgħu jużaw din il-kaxxa tat-test biex jipprovdu kwalunkwe kumment jew informazzjoni oħra li jqisu rilevanti għad-data estratta u ppubblikata mill-Kummissjoni. |
||||||
Tabella 1a
Data estratta mill-bażi tad-data tat-TED (perjodu mit-2 ta’ Awwissu 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2023)
|
Tip ta’ vettura |
Għadd ta’ avviżi |
Sehem ta’ avviżi li jipprovdu informazzjoni sħiħa (jekk disponibbli) |
Għadd totali ta’ vetturi |
Għadd ta’ vetturi nodfa |
Sehem ta’ vetturi nodfa |
(għall-karozzi tal-linja biss) Għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
(għall-karozzi tal-linja biss) Sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
|
Vetturi light-duty |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Trakkijiet |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Karozzi tal-linja |
|
|
|
|
|
|
|
|
Informazzjoni addizzjonali |
L-Istati Membri jistgħu jużaw din il-kaxxa tat-test biex jipprovdu kwalunkwe kumment jew informazzjoni oħra li jqisu rilevanti għad-data estratta u ppubblikata mill-Kummissjoni. |
||||||
Tabella 1b
Data estratta mill-Formoli elettroniċi (perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2025)
|
Tip ta’ vettura |
Għadd ta’ avviżi |
Sehem ta’ avviżi li jipprovdu informazzjoni sħiħa (jekk disponibbli) |
Għadd totali ta’ vetturi |
Għadd ta’ vetturi nodfa |
Sehem ta’ vetturi nodfa |
(għall-karozzi tal-linja biss) Għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
(għall-karozzi tal-linja biss) Sehem ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
|
Vetturi light-duty |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Trakkijiet |
|
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Karozzi tal-linja |
|
|
|
|
|
|
|
|
Informazzjoni addizzjonali |
L-Istati Membri jistgħu jużaw din il-kaxxa tat-test biex jipprovdu kwalunkwe kumment jew informazzjoni oħra li jqisu rilevanti għad-data estratta u ppubblikata mill-Kummissjoni. |
||||||
3. Data kwantitattiva minn sorsi nazzjonali
L-Istati Membri li stabbilew skemi nazzjonali ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li ma jiddependux direttament fuq il-bażi tad-data tat-TED iridu jużaw din it-taqsima biex jipprovdu l-informazzjoni kwantitattiva prodotta permezz ta’ skemi bħal dawn. Din l-informazzjoni tista’ tissostitwixxi jew tikkomplementa l-informazzjoni estratta mill-bażi tad-data tat-TED u mill-Formoli elettroniċi kif previst fit-Taqsima 2.
Din it-taqsima tista’ tintuża wkoll biex tipprovdi kwalunkwe data kwantitattiva addizzjonali li l-Istat Membru jiġbor biex jimla l-lakuni identifikati fid-data estratta mill-bażi tad-data tat-TED u ppreżentata fit-Taqsima 2. Jekk l-Istati Membri jużaw kemm id-data estratta mill-bażi tad-data tat-TED u/jew mill-Formoli elettroniċi, kif ukoll id-data miġbura permezz ta’ sorsi nazzjonali, id-data kompluta għandha tiġi aggregata u ppreżentata fit-Tabella 2, u għandha tinkludi kemm id-data diġà ppreżentata fit-Taqsima 2 u fit-Tabella 1, kif ukoll id-data addizzjonali miġbura mill-Istat Membru. It-Tabella 2 għandu jkun fiha wkoll spjegazzjoni dwar ir-relazzjoni bejn id-data pprovduta fit-Taqsima 2 u f’din it-taqsima.
Minbarra l-għadd ta’ vetturi u l-għadd u s-sehem ta’ vetturi nodfa u ta’ karozzi tal-linja b’emissjonijiet żero, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar id-daqs kumplessiv tal-akkwist involut. Jistgħu jagħmlu dan billi jinkludu fit-tieni kolonna l-għadd ta’ kuntratti involuti, il-valur monetarju totali tagħhom, jew kwalunkwe miżura oħra li tippermetti li jiġi stmat il-volum kumplessiv involut.
L-Istati Membri li ma stabbilewx skema ddedikata ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar u li ma għandhomx sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni kwantitattiva li beħsiebhom jikkondividu jistgħu jħallu din it-taqsima vojta.
Tabella 2
Monitoraġġ nazzjonali – data aggregata li tkopri l-perjodu ta’ referenza kollu
|
Tip ta’ vettura |
Għadd ta’ kuntratti, valur monetarju, jew kejl ieħor tad-daqs tal-akkwist (jekk disponibbli) |
Għadd totali ta’ vetturi |
Għadd ta’ vetturi nodfa (2) |
Sehem ta’ vetturi nodfa |
(għall-karozzi tal-linja biss) Għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
(għall-karozzi tal-linja biss) Perċentwal ta’ vetturi b’emissjonijiet żero |
|
Vetturi light-duty |
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Trakkijiet |
|
|
|
|
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Karozzi tal-linja |
|
|
|
|
|
|
|
Deskrizzjoni tal-approċċ tal-ġbir tad-data |
L-Istati Membri jridu jużaw din il-kaxxa tat-test biex jipprovdu ħarsa ġenerali qasira lejn l-iskema ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li stabbilew, inkluż b’mod partikolari l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, il-kopertura temporali, kwalunkwe differenza possibbli fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE, u l-kompletezza tar-rapportar f’termini ta’ sehem ta’ avviżi li jipprovdu informazzjoni sħiħa dwar l-għadd u t-tip ta’ vetturi akkwistati. Jekk id-data pprovduta f’din it-tabella tissejjes fuq id-data pprovduta fit-Taqsima 2 u tintegraha (eż. billi timla l-lakuni identifikati), l-interrelazzjoni bejn iż-żewġ settijiet tad-data trid tiġi spjegata hawnhekk. |
|||||
|
Informazzjoni addizzjonali |
L-Istati Membri jistgħu jużaw din il-kaxxa tat-test biex jipprovdu kwalunkwe kumment jew informazzjoni oħra li jqisu rilevanti għad-data estratta u ppubblikata mill-Kummissjoni. |
|||||
4. Informazzjoni kwalitattiva dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva
Dawk ir-rapporti jridu jipprovdu informazzjoni dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE, dwar attivitajiet ta’ implimentazzjoni futuri, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li l-Istat Membru jqis rilevanti. Meta jkun rilevanti, l-Istati Membri jistgħu jinkludu wkoll informazzjoni reġjonali jew lokali rilevanti f’din it-taqsima, b’mod partikolari dawk l-Istati Membri b’kompetenzi kondiviżi fil-livelli amministrattivi differenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva.
4.1. Informazzjoni addizzjonali dwar id-data kwantitattiva
L-Istati Membri jistgħu jużaw din it-taqsima biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jqisu rilevanti sabiex jintegraw u jikkomplementaw id-data kwantitattiva ppreżentata fit-Taqsima 2 u fit-Taqsima 3. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata ma’ kwalunkwe avviż, kuntratt jew proċedura ta’ akkwist li għalihom ma tkunx saret disponibbli d-data kwantitattiva fit-taqsimiet preċedenti.
4.2. Miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tad-Direttiva matul il-perjodu ta’ referenza attwali
L-Istati Membri jistgħu jużaw din it-taqsima biex jippreżentaw kwalunkwe miżura li jkunu ħadu biex jimplimentaw id-Direttiva flimkien mat-traspożizzjoni tal-miri minimi għall-akkwist. Dan jista’ jinkludi eż. attivitajiet ta’ koordinazzjoni, pubblikazzjoni ta’ gwida, korsijiet ta’ taħriġ, skemi ta’ appoġġ finanzjarju, jew miżuri oħra meħuda biex jgħinu jiżguraw li l-miri minimi għall-akkwist ġew issodisfati matul il-perjodu ta’ referenza kopert minn dan ir-rapport.
4.3. Ostakli identifikati
L-Istati Membri jistgħu jużaw din it-taqsima biex jippreżentaw kwalunkwe ostaklu li ltaqgħu miegħu meta ppruvaw jimplimentaw id-Direttiva u jiksbu l-miri. Jistgħu jippreżentaw ukoll kwalunkwe miżura meħuda biex jindirizzaw dawk l-ostakli f’din it-taqsima.
4.4. Attivitajiet ta’ implimentazzjoni futuri
L-Istati Membri jistgħu jużaw din it-taqsima biex: i) jipprovdu informazzjoni dwar l-evoluzzjoni mistennija tas-sehem ta’ vetturi nodfa fil-perjodu ta’ referenza li jmiss, f’termini temporali kif ukoll ta’ distribuzzjoni ġeografika fl-Istat Membru; u ii) jippreżentaw kwalunkwe miżura jew azzjoni li jkunu ppjanaw biex jiżguraw li jissodisfaw il-miri minimi għall-akkwist matul dak il-perjodu ta’ referenza.
4.5. Informazzjoni addizzjonali
L-Istati Membri jistgħu jużaw din it-taqsima biex jipprovdu kwalunkwe informazzjoni oħra li jqisu rilevanti.
(1) Din l-informazzjoni setgħet ġiet ipprovduta fl-avviżi billi jiġi indikat jekk il-vetturi li qed jiġu akkwistati humiex nodfa, jew billi tiġi inkluża biżżejjed informazzjoni dwar il-vetturi involuti biex dan jiġi vvalutat.
(2) Dan huwa l-għadd totali ta’ vetturi nodfa (inkluż vetturi b’emissjonijiet żero).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2606/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)